Mur għall-kontenut ewlieni

Tweġiba

It-talba għall-kunsens jeħtieġ li tiġi ppreżentata b'mod ċar u konċiż, bl-użu ta' lingwaġġ li jkun faċli biex jinftiehem, u jkun jista' jingħaraf b'mod ċar minn biċċiet oħra ta' informazzjoni bħat-termini u l-kundizzjonijiet. It-talba għandha tispeċifika x'użu se jsir mid-data personali tiegħek u tinkludi d-dettalji ta' kuntatt tal-kumpanija li se tipproċessa d-data. Il-kunsens għandu jingħata b'mod liberu, speċifiku, infurmat u u ma jkunx ambigwu. “Kunsens infurmat” tfisser li inti għandek tingħata informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek, li tinkludi mill-inqas:

  • l-identità tal-organizzazzjoni li qed tipproċessa d-data;
  • l-għanijiet li għalihom qed tiġi pproċessata d-data;
  • it-tip ta' data li se tiġi pproċessata;
  • il-possibbiltà li jiġi rtirat il-kunsens (pereżempju: billi tintbagħat posta elettronika biex jiġi rtirat il-kunsens);
  • fejn applikabbli l-fatt li d-data tkun se tintuża għat-teħid ta' deċiżjonijiet li għandhom biss bażi awtomatizzata, inkluż tekniki li joħolqu profil;
  • informazzjoni dwar jekk il-kunsens huwiex relatat ma' trasferiment internazzjonali tad-data tiegħek, ir-riskji possibbli tat-trasferimenti ta' data lejn pajjiżi barra mill-UE jekk dawk il-pajjiżi m'humiex is-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza u m'hemmx salvagwardji xierqa.

Eżempji

Il-kunsens mhux mitlub skont it-termini tal-liġi

Inti tirreġistra fi skola tal-mużika biex tieħu l-lezzjonijiet tal-pjanu. Il-formola tar-reġistrazzjoni fiha dokument twil miktub b'tipa żgħira bl-użu ta' termini legali u tekniċi ħafna, li jinkludi l-possibbiltà li l-iskola tista' tgħaddi d-dettalji personali tiegħek lill-bejjiegħa bl-imnut li jbigħu l-istrumenti mużikali. L-iskola tkun qed tikser il-liġi għaliex il-kunsens tiegħek biex tirċievi materjal ta' kummerċjalizzazzjoni (potenzjalment mill-bejjiegħa bl-imnut tal-istrumenti mużikali) ma jkunx intalab mingħandek kif stipulat fil-liġi.

Qed tiftaħ kont bankarju onlajn u tixtieq tikkonferma t-talba tiegħek. Inti tintwera paġna b'żewġ kaxxi biex timmarka li jgħidu “Jiena naċċetta t-termini u l-kundizzjonijiet” u “Jiena naqbel li d-deċiżjoni dwar jekk inhix intitolat għal karta tal-kreditu hija bbażata biss fuq it-tfassil ta' profili mingħajr l-ebda intervent uman”. Iż-żewġ kaxxi biex timmarka huma attivati (immarkati) b'mod awtomatiku. Inti trid tiddiżattiva l-kaxxa biex timmarka jekk ma tridx li tkun soġġett għal deċiżjoni dwar jekk intix intitolat għall-karta tal-kreditu fuq il-bażi biss ta' tekniki ta' ħolqien ta' profili. Anke jekk ma tiddiżattivax il-kaxxa biex timmarka, il-bank ma jkunx kiseb kunsens validu għaliex il-kaxxi mmarkati minn qabel mhumiex meqjusa kunsens validu skont il-GDPR.

Referenzi

Examples

Consent not requested as per terms of the law

You enrol at a music school to take piano classes. The enrolment form contains a long document drafted in small print using highly legal and technical terms, which includes the possibility that the school may pass on your personal details to retailers selling musical instruments. The school is in breach of the law as your consent to receive marketing material (potentially from instrument retailers) was not requested as stipulated by law. 

You’re opening a bank account online and want to confirm your request. You are shown a page with two tick boxes saying ‘I accept the terms and conditions’ and ‘I agree that the decision whether I am entitled to a credit card is solely based upon profiling without any human intervention’. Both tick boxes are activated (checked) by default. You have to deactivate the tick box if you don’t want to be subject to a decision on whether you are entitled to a credit card based solely on profiling.  Even if you don’t deactivate the tick box, the bank would not have obtained valid consent as pre-ticked boxes are not considered to be valid consent under GDPR.