Mur għall-kontenut ewlieni

Għodod ta’ taħriġ tal-interpretazzjoni

Għodod u riżorsi utli għall-prattika tal-ħiliet tal-interpretazzjoni.

Klassijiet virtwali

Aħna noffru kkowċjar u klassijiet online lill-programmi tal-Masters u postgradwatorji fl-Interpretazzjoni tal-Konferenzi.

Trainers b’esperjenza fil-qasam tal-interpretazzjoni jiggwidaw lill-istudenti u jagħtu feedback mill-bogħod.

Aktar minn 50 università fid-dinja diġà ngħaqdu mal-“klassi virtwali” tagħna.

Video dwar klassijiet virtwali

Kuntatt: scic-virtual-classatec [dot] europa [dot] eu (scic-virtual-class[at]ec[dot]europa[dot]eu)

Repożitorju tad-Diskorsi

Ir-Repożitorju tad-Diskorsi hu għodda ta’ tagħlim elettroniku żviluppata mid-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni li jipprovdi materjal awdjoviżiv ta’ taħriġ għall-istudenti u t-trainers tal-interpretazzjoni.

Hu fih kemm ġabra ta’ recordings, jew siltiet ta’ konferenzi jew laqgħat pubbliċi oħrajn kif ukoll diskorsi ta’ taħriġ magħmulin mill-interpreti mill-istituzzjonijiet Ewropej. Dawn huma organizzati skont il-lingwa, il-livell ta’ diffikultà, it-tip ta’ mudell u ta’ suġġett tal-interpretazzjoni.

Għandek aċċess immedjat għal aktar minn 4,000 diskors. Hu jkopri l-24 lingwa uffiċjali kollha tal-UE, il-lingwi ta’ xi pajjiżi kandidati, kif ukoll ir-Russu, l-Għarbi u ċ-Ċiniż.

Kuntatt: SCIC-Speech-Repositoryatec [dot] europa [dot] eu (SCIC-Speech-Repository[at]ec[dot]europa[dot]eu)

SCICtrain

SCICtrain fih numru ta’ videos għall-istudenti u t-trainers li jkopru firxa wiesgħa tat-tekniki, l-għodod u r-riżorsi tal-interpretazzjoni. 

Moduli ta’ taħriġ għall-istudenti tal-interpretazzjoni