EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021PC0555

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi

COM/2021/555 final

Brussell, 14.7.2021

COM(2021) 555 final

2021/0200(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2021) 555 final} - {SWD(2021) 553 final} - {SWD(2021) 611 final} - {SWD(2021) 612 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

• Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew 1 nediet strateġija ġdida ta’ tkabbir għall-UE bil-għan li tittrasforma l-UE f’soċjetà ġusta u għanja b’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva. Hija tafferma mill-ġdid l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li żżid il-miri klimatiċi tagħha u tagħmel lill-Ewropa l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050. Barra minn hekk, hija timmira li tipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew żdiedu biss fid-dawl tal-effetti severi ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni.

L-indirizzar tat-tibdil fil-klima huwa sfida urġenti. F’konformità mas-sejbiet xjentifiċi tar-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), jeħtieġ li jinkisbu emissjonijiet globali ta’ CO2 żero netti madwar l-2050, u n-newtralità għall-gassijiet serra l-oħrajn kollha aktar tard fis-seklu. Din l-isfida urġenti tirrikjedi li l-UE żżid l-azzjoni tagħha u turi tmexxija globali billi ssir newtrali għall-klima sal-2050. Dan l-objettiv huwa stabbilit fil-Komunikazzjoni “Pjaneta Nadifa għal Kulħadd ” - Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima” 2 .

Abbażi ta’ valutazzjoni komprensiva tal-impatt, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Settembru 2020 dwar It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 3 (Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030) ipproponiet li tiżdied l-ambizzjoni tal-UE u li jiġi propost pjan komprensiv biex tiżdied il-mira vinkolanti tal-Unjoni Ewropea għall-2030 lejn tnaqqis nett tal-emissjonijiet ta’ mill-inqas 55 % meta mqabbel mal-1990, b’mod responsabbli. Li titkabbar l-ambizzjoni tal-2030 issa jgħin biex tingħata ċertezza lil dawk li jfasslu l-politika u lill-investituri, sabiex id-deċiżjonijiet li jittieħdu fis-snin li ġejjin ma jwasslux għal livelli tal-emissjonijiet li jkunu inkonsistenti mal-objettiv tal-UE li nkunu newtrali għall-klima sal-2050. Il-mira għall-2030 hija konformi mal-objettiv tal-Ftehim ta’ Pariġi li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm ferm taħt iż-2 °C u li jsiru sforzi sabiex din tinżamm għal 1,5 °C.

Il-Kunsill Ewropew approva l-mira vinkolanti l-ġdida tal-UE għall-2030 fil-laqgħa tiegħu ta’ Diċembru 2020 4 . Huwa talab ukoll lill-Kummissjoni “biex tivvaluta kif is-setturi ekonomiċi kollha jistgħu jikkontribwixxu bl-aħjar mod għall-mira tal-2030 u biex tressaq il-proposti meħtieġa akkumpanjati minn eżami fil-fond tal-impatt ambjentali, ekonomiku u soċjali fil-livell tal-Istati Membri, b’kont meħud tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima u filwaqt li jiġu rieżaminati l-flessibbiltajiet eżistenti.”.

Għal dan il-għan, ir-Regolament li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) 5 għamel il-mira tan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050 legalment vinkolanti, u żied l-ambizzjoni tal-2030, li għandha tkun tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra netti (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) b’tal-inqas 55 % meta mqabbel mal-livelli tal-1990 sal-2030.

Sabiex issegwi l-perkors stabbilit fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima u twassal dan il-livell ogħla ta’ ambizzjoni għall-2030, il-Kummissjoni rrieżaminat il-leġiżlazzjoni dwar il-klima u l-enerġija fis-seħħ bħalissa, li x’aktarx tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’40 % biss sal-2030 u b’60 % sal-2050.

Dan il-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”, kif imħabbar fil-Pjan dwar il-Mira Klimatika tal-Kummissjoni, huwa l-aktar element kostitwenti komprensiv fl-isforzi għall-implimentazzjoni tal-mira klimatika ambizzjuża l-ġdida għall-2030, u s-setturi u l-politiki ekonomiċi kollha se jkollhom bżonn jagħtu l-kontribut tagħhom.

Bħala parti mill-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”, din il-proposta għandha l-għan li temenda r-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi 6 (minn hawn ’il quddiem “l-ESR”) sabiex tallinja l-kontribut tagħha lejn it-twettiq tal-ambizzjoni miżjuda għall-2030. F’Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew talab li tintlaħaq il-mira b’mod kollettiv mill-UE bl-aktar mod kosteffettiv possibbli, li tiġi ppreservata l-kompetittività tal-UE u li jitqiesu l-punti ta’ tluq differenti tal-Istati Membri, iċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi u l-potenzjal għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Huwa ta gwida ulterjuri dwar l-elementi ewlenin għal qafas ta’ politika rivedut tal-2030 dwar il-klima u l-enerġija. Sabiex jinkiseb mill-inqas tnaqqis ta’ 55 % tal-ekonomija kollha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, is-setturi fil-qafas tar-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi se jkollhom bżonn iżidu l-isforzi. Il-valutazzjoni tal-impatt li tappoġġa l-Pjan dwar il-Mira Klimatika indikat li t-tnaqqis ġenerali jkun jeħtieġ li jiżdied b’madwar 10 punti perċentwali mill-mira attwali tal-ESR ta’ -30 % meta mqabbel mal-2005. Il-ħtieġa li l-ESR jiġi rieżaminat, li tittieħed deċiżjoni dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu u li tiżdied l-ambizzjoni diġà ġiet elaborata fil-Pjan dwar il-Mira Klimatika.

Bħalissa l-ESR ikopri l-emissjonijiet kollha ta’ gassijiet serra inklużi fil-mira tal-UE li la huma koperti mill-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet (ETS) u lanqas mir-Regolament dwar l-Użu tal-Art, it-Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF). Bħalissa dan ikopri l-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra mit-trasport (ħlief l-avjazzjoni u t-tbaħħir mhux domestiku), mill-bini, mill-agrikoltura, mill-installazzjonijiet industrijali u mill-gassijiet mhux koperti mill-EU ETS u mill-iskart kif ukoll mill-emissjonijiet li mhumiex relatati mal-kombustjoni mill-użu tal-enerġija u tal-prodotti. Dan jinkludi kemm l-emissjonijiet tas-CO2 kif ukoll sehem sinifikanti ta’ emissjonijiet mhux tas-CO2. Il-leġiżlazzjoni dwar l-ESR ġiet adottata fl-2018 biex twassal għal tnaqqis ta’ 30 % 7 fl-emissjonijiet koperti mill-2030 meta mqabbla mal-2005, b’mod koerenti ma’ mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-UE ta’ mill-inqas 40 % sal-2030 meta mqabbla mal-1990. L-ESR jistabbilixxi miri annwali vinkolanti għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-Istati Membri li flimkien jilħqu dan it-tnaqqis. Jekk il-leġiżlazzjoni tibqa’ l-istess, fl-2030 is-setturi li bħalissa huma koperti mill-ESR flimkien jiksbu tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ -32 % meta mqabbla mal-2005 8 . Minkejja li dan ikun ifisser li l-kontribut ta’ -30 % imsemmi hawn jinqabeż, dan xorta jkun kontribut insuffiċjenti għal mira ġenerali ta’ mill-inqas -55 % meta mqabbla mal-1990, f’konformità mal-Ftehim dwar il-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Għalhekk, l-objettiv ġenerali ta’ din l-inizjattiva huwa li tirrevedi l-ESR sabiex jikkontribwixxi għall-ambizzjoni klimatika tal-2030 biex sal-2030 jintlaħaq tnaqqis nett ta’ mill-inqas 55 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra taħt il-livelli tal-1990 b’mod kosteffettiv u koerenti filwaqt li titqies il-ħtieġa għal tranżizzjoni ġusta u l-ħtieġa li s-setturi kollha jikkontribwixxu għall-isforzi klimatiċi tal-UE. L-għan huwa li tinkiseb trajettorja gradwali u bbilanċjata lejn in-newtralità klimatika sal-2050.

Din il-proposta taġġorna l-miri nazzjonali f’konformità ma’ tnaqqis madwar l-UE ta’ 40 % fis-setturi tal-ESR meta mqabbla mal-2005 sal-2030. L-Istati Membri jikkontribwixxu għal tnaqqis globali fl-UE fl-2030 b’miri li jvarjaw minn -10 % sa -50 % taħt il-livelli tal-2005.

Konsistenza ma’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika 

L-Unjoni, b’mod partikolari permezz tal-pakkett dwar l-“Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha” 9 , kienet qed issegwi aġenda ambizzjuża ta’ dekarbonizzazzjoni, b’mod partikolari billi tibni Unjoni tal-Enerġija robusta, li tinkludi l-għanijiet tal-2030 għall-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli.

Il-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” dwar il-klima u l-enerġija huwa pass komprensiv fir-rieżami tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biex tiġi allinjata mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-UE. L-inizjattivi kollha fil-pakkett huma interkonnessi mill-qrib.

Din il-proposta leġiżlattiva hija komplementari għal proposti “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” oħra li huma mfassla biex iwasslu għal riżultati b’mod kollettiv bħala pakkett l-objettivi klimatiċi. L-interazzjoni bejn il-miżuri fil-livell tal-UE u l-miżuri tal-Istati Membri qed tikber fl-importanza u fl-intensità. Għalhekk, din il-proposta leġiżlattiva żżomm konsistenza ma’:

(a)l-Liġi Ewropea dwar il-Klima;

(b)Ir-Reviżjoni tad-Direttiva 2003/87/KE dwar l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet (ETS) 10 ;

(c)Ir-Reviżjoni tar-Regolament dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF);

(d)L-Emenda għad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (UE) 2018/2001 11  biex tiġi implimentata l-ambizzjoni tal-mira klimatika l-ġdida għall-2030;

(e)L-Emenda tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika 2012/27/UE 12 biex tiġi implimentata l-ambizzjoni tal-mira klimatika l-ġdida għall-2030;

Flimkien mal-istrateġija l-ġdida ta’ adattament tal-UE adottata fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Frar 2021 Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima 13 , din l-inizjattiva u l-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55 %” dwar il-klima u l-enerġija se jippermettu lill-Ewropa tiffaċċja l-isfida tal-klima.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni 

Il-proposti tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-azzjonijiet u mal-politiki kollha tal-UE u jgħinu lill-UE tilħaq il-mira miżjuda tal-2030 u tranżizzjoni ġusta u ta’ suċċess lejn l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-2050, kif iddikjarat mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Din l-inizjattiva tar-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi hija għalhekk konsistenti mal-politiki tal-Unjoni dwar ekonomija nadifa u ċirkolari, il-mobbiltà sostenibbli u intelliġenti, l-Istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt, l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero u l-leġiżlazzjoni dwar l-iskart, ir-reviżjonijiet tar-Regolament dwar il-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra (ir-Regolament dwar il-Gassijiet F) u r-Regolament dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ir-Regolament dwar l-Ożonu) kif ukoll il-pożizzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali u d-Diplomazija dwar il-Patt Ekoloġiku tagħha.

Il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” flimkien ma’ Next Generation EU u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027 se jgħinu biex jinkisbu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali doppji li l-Ewropa qed timmira li tikseb. Il-kombinazzjoni ta’ dawn il-politiki u l-appoġġ finanzjarju tal-UE se jindirizzaw il-kriżi ekonomika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 u se jaċċelleraw il-bidla għal ekonomija nadifa u sostenibbli, billi jorbtu l-azzjoni klimatika u t-tkabbir ekonomiku filwaqt li jilħqu n-newtralità klimatika sal-2050. B’mod ġenerali, il-baġit tal-UE (QFP) 2021-2027 u l-pakkett tal-UE tal-ġenerazzjoni li jmiss se jiżguraw mira ta’ nfiq ta’ integrazzjoni klimatika ta’ 30 %. B’mod speċifiku fir-rigward tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza skont in-Next Generation EU, kull pjan nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza se jkollu jinkludi minimu ta’ 37 % tan-nefqa relatata mal-investimenti klimatiċi. Il-politika ta’ koeżjoni se tikkontribwixxi għan-nefqa klimatika b’100 % tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, u mill-inqas 37 % tal-Fond ta’ Koeżjoni u 30 % tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Dawn il-fondi jistgħu jappoġġaw bil-kbir l-investimenti u r-riformi identifikati fil-Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima, adottati abbażi tar-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika 14 (“ir-Regolament dwar il-Governanza”) u jgħinu biex itaffu l-kost soċjoekonomiku tat-tranżizzjoni.

Barra minn hekk, biex tissaħħaħ il-konsistenza bejn il-politiki, u kif imħabbar fil-Komunikazzjoni tagħha Regolazzjoni aħjar: Ningħaqdu flimkien biex nagħmlu liġijiet aħjar 15 , il-Kummissjoni qed ittejjeb il-linji gwida tagħha għal regolamentazzjoni aħjar biex tiżgura li l-inizjattivi kollha tagħha jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u b’hekk jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti skont il-Liġi Ewropea dwar il-Klima.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ 

Bażi Ġuridika

Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). F’konformità mal-Artikoli 191 u 192(1) tat-TFUE, l-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi biex, fost l-oħrajn, jinkisbu l-objettivi li ġejjin: il-preżervazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent; il-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jiġu trattati problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b’mod partikolari l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Sussidjarjetà

It-tibdil fil-klima huwa problema transfruntiera, li ma tistax tissolva bl-azzjoni nazzjonali jew lokali waħedha. Il-koordinazzjoni tal-azzjoni klimatika trid isseħħ fil-livell Ewropew u, fejn possibbli, fil-livell globali. L-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata abbażi tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Mill-1992, l-Unjoni Ewropea ħadmet biex tiżviluppa soluzzjonijiet konġunti u biex tmexxi ’l quddiem azzjoni globali biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima. B’mod aktar speċifiku, l-azzjoni fil-livell tal-UE se tipprovdi twettiq kosteffettiv tal-objettivi tal-2030 u tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fit-tul filwaqt li tiżgura l-ġustizzja u l-integrità ambjentali. L-Artikoli 191 sa 193 tat-TFUE jikkonfermaw u jispeċifikaw il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima.

Proporzjonalità

Din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-UE li tiġi implimentata l-mira tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2030 b’mod kosteffettiv, filwaqt li jiġu żgurati l-ġustizzja u l-integrità ambjentali.

Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima stabbiliet tnaqqis globali fl-ekonomija kollha u tnaqqis domestiku fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Din il-proposta tkopri parti kbira minn dawn l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u tirrevedi l-ESR sabiex jintlaħaq dan l-objettiv.

• Għażla tal-istrument

L-għan ewlieni ta’ din l-inizjattiva huwa li jiġu aġġornati l-miri stabbiliti fl-ESR sabiex jiġu allinjati maż-żieda fil-livell ta’ ambizzjoni għall-2030, u għalhekk l-objettiv tal-proposta l-aħjar li jintlaħaq permezz ta’ Regolament, skont l-istrument leġiżlattiv preċedenti għall-istabbiliment ta’ miri nazzjonali legalment vinkolanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT 

• L-evalwazzjonijiet ex post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-ESR ġie adottat fl-2018, wara evalwazzjoni 16 tal-qafas preċedenti, id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi 406/2009/KE 17 . B’mod ġenerali, id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE wasslet biex l-Istati Membri jsiru aktar attivi fil-kunsiderazzjoni ta’ miżuri ġodda biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-setturi tagħha u kif l-aħjar ifassluhom.

   Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Ir-reviżjoni tal-ESR tibni fuq il-feedback li wasal matul it-tħejjija u wara l-preżentazzjoni tal-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030.

B’mod aktar preċiż, għall-fini ta’ din il-proposta, fid-29 ta’ Ottubru 2020 il-Kummissjoni ppubblikat valutazzjoni tal-impatt tal-bidu li tiddeskrivi l-kunsiderazzjonijiet inizjali u l-għażliet ta’ politika tar-reviżjoni. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu kienet miftuħa għal feedback mid-29 ta’ Ottubru 2020 sas-26 ta’ Novembru 2020 u waslu 101 kontribut 18 .

Barra minn hekk, sabiex tiġbor l-evidenza u tiżgura trasparenza akbar, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika mit-13 ta’ Novembru 2020 sal-5 ta’ Frar 2021. Din il-konsultazzjoni tnediet fl-istess ħin flimkien ma’ konsultazzjonijiet dwar id-Direttiva dwar l-ETS, ir-Regolament dwar il-LULUCF u r-Regolament dwar l-istandards tas-CO2 għall-karozzi u għall-vannijiet. Il-konsultazzjoni pubblika rċeviet 45 678 tweġiba, li minnhom 45 403 tweġibiet ġew sottomessi miċ-ċittadini assoċjati f’kampanja. Il-276 tweġiba li jifdal ġew ipprovduti minn assoċjazzjonijiet tan-negozju, negozji, individwi, awtoritajiet pubbliċi u trade unions. Il-maġġoranza l-kbira tar-rispondenti qablu li s-setturi koperti mill-ESR jenħtieġ li jwasslu għal tnaqqis addizzjonali u li l-Istati Membri jenħtieġ li jżidu l-isforzi tagħhom u jsegwu miri aktar ambizzjużi. Il-maġġoranza tar-rispondenti kienu favur kopertura parallela tal-ESR u tal-ETS f’każ ta’ estensjoni tal-ETS, għall-bini u għat-trasport bit-triq, b’maġġoranza kbira tal-NGOs u ċ-ċittadini favur din l-għażla. Sehem iżgħar iżda sinifikanti ta’ rispondenti kien favur it-tnaqqis tal-kamp ta’ applikazzjoni settorjali tal-ESR b’maġġoranza ħafna aktar limitata ta’ tweġibiet tas-settur privat favur din l-għażla (speċjalment dawk li ġejjin mis-settur tal-enerġija). Sommarju dettaljat u r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika huma ppreżentati fl-Anness 2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt għal din il-proposta.

Fl-1 ta’ Ġunju 2021, il-Viċi President Eżekuttiv Timmermans u l-Kummissarju Schmit organizzaw seduta tas-sħab soċjali biex jiddiskutu d-dimensjoni ekonomika u soċjali tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”. Is-sħab soċjali pprovdew appoġġ għall-mira ta’ tnaqqis ta’ 55 % u indikaw il-fehmiet tagħhom fir-rigward tal-proposti differenti tal-pakkett. 

   Ġbir u użu tal-għarfien espert

Bħal proposti u valutazzjonijiet tal-impatt oħrajn mehmuża mal-pakkett ta’ politika “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”, din il-proposta tagħmel użu wkoll minn ġabra ta’ għodod integrati ta’ mmudellar li jkopru l-emissjonijiet kollha ta’ gassijiet serra tal-ekonomija tal-UE. Dawn l-għodod jintużaw biex jipproduċu sett ta’ xenarji ewlenin li jirriflettu pakketti ta’ politika awtokonsistenti allinjati mal-mira klimatika miżjuda għall-2030, filwaqt li jibnu fuq ix-xenarji żviluppati għall-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030. Ix-xenarji huma bbażati fuq ix-Xenarju ta’ Referenza aġġornat tal-UE għall-2020 (REF 2020) 19 , projezzjoni tal-evoluzzjoni tas-sistemi tal-enerġija nazzjonali u tal-UE u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont il-qafas ta’ politika attwali 20 , li jinkludi l-impatti tal-COVID-19. Dawn ix-xenarji tħejjew bl-għajnuna ta’ kuntratt mal-laboratorju E3M, mal-Università Teknika Nazzjonali ta’ Ateni, mal-IIASA u mal-EuroCare f’koordinazzjoni mal-esperti tal-Istati Membri permezz tal-Grupp ta’ Esperti tax-Xenarju ta’ Referenza, u r-riżultati dettaljati tal-immudellar se jiġu ppubblikati flimkien mal-proposti legali.

Il-pakkett ewlieni ta’ mmudellar użat biex jiġu prodotti x-xenarji ppreżentati f’din il-valutazzjoni tal-impatt għandu rekord ta’ użu b’suċċess fil-valutazzjonijiet tal-politika tal-enerġija u tal-klima tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, intuża għall-proposti tal-Kummissjoni għall-Pjan dwar il-Mira Klimatika 21 biex tiġi analizzata l-mira ta’ mitigazzjoni miżjuda għall-2030, l-Istrateġija fit-Tul 22  kif ukoll għall-qafas ta’ politika tal-UE għall-klima u l-enerġija għall-2020 u għall-2030.

L-elementi ewlenin tal-qafas ta’ mmudellar għall-projezzjonijiet tal-emissjonijiet tal-enerġija, tat-trasport u tas-CO2 huma żewġ mudelli: (i) Sistema ta’ Ekwilibriju tas-Suq Indott mill-Prezzijiet 23 (PRIMES) u; (ii) PRIMES-TREMOVE (mudell tat-trasport). Il-mudell ta’ Informazzjoni u Simulazzjoni dwar it-Tniġġis tal-Gassijiet Serra u tal-Arja (GAINS) jintuża għall-projezzjonijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mhux tas-CO2, għall-mudelli tal-Ġestjoni Globali tal-Bijosfera (GLOBIOM-G4M) għall-projezzjonijiet tal-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-Użu tal-Art, tat-Tibdil fl-Użu tal-Art u tal-Forestrija u l-mudell globali tas-settur agrikolu b’diversi pajjiżi (CAPRI) jintużaw għall-projezzjonijiet tal-attività agrikola.

Barra minn hekk, il-proposta tibni fuq: (i) id-data tal-emissjonijiet u l-esperjenzi mill-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika tal-UE; (ii) l-evidenza miġbura fil-valutazzjoni tal-impatt li tappoġġa l-proposta tal-2016 għall-ESR; (iii) u l-istudji preċedenti relatati mat-trasport bit-triq u l-bini fir-rigward tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

Abbażi tar-REF2020, ġie prodott sett ta’ xenarji ta’ politika “ewlenin”. Dawn huma mfassla biex jirrappreżentaw tnaqqis nett ta’ 55 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra permezz ta’ pakketti ta’ politika konsistenti mal-għażliet ta’ politika esplorati fil-valutazzjonijiet tal-impatt differenti. Dawn ix-xenarji ta’ politika ewlenin jitlestew minn varjanti speċifiċi għall-politika, u analiżijiet addizzjonali, deskritti fil-valutazzjoni tal-impatt li tappoġġa din il-proposta u valutazzjonijiet tal-impatt relatati mill-pakkett ta’ politika “Lesti għall-Mira ta’ 55 %”.

   Valutazzjoni tal-impatt

Il-valutazzjonijiet tal-impatt għall-inizjattivi differenti tal-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-mira ta’ 55 %” huma bbażati fuq xenarji integrati ta’ mmudellar li jirriflettu l-interazzjoni ta’ strumenti ta’ politika differenti fuq l-operaturi ekonomiċi, sabiex jiġu żgurati l-komplementarjetà, il-koerenza u l-effettività fil-kisba tal-ambizzjoni klimatika tal-2030 u l-2050 (ara t-Taqsima hawn fuq).

Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta tikkomplementa l-analiżi li saret fil-valutazzjoni tal-impatt tal-2020 li tappoġġa l-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030. Din iffurmat il-bażi analitika biex jiġi stabbilit l-objettiv ta’ tnaqqis nett ta’ mill-inqas 55 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030 meta mqabbel mal-1990 u l-objettiv ta’ newtralità klimatika tal-2050.

Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħareġ opinjoni pożittiva fid-19 ta’ April 2021, b’rakkomandazzjonijiet għal titjib. Il-valutazzjoni tal-impatt ġiet emendata kif xieraq. Il-bidliet ewlenin jikkonċernaw il-punti li ġejjin:

·Deskrizzjoni tal-problema mtejba biex jiġu identifikati b’mod suffiċjenti n-nuqqasijiet tal-ESR attwali;

·Koerenza ma’ inizjattivi oħrajn relatati, speċjalment mar-reviżjonijiet tal-ETS u tal-LULUCF, u mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima;

·Il-wiri tal-proporzjonalità li jinżamm il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ESR għal setturi li se jkunu koperti mill-ETS il-ġdida;

·Distribuzzjoni mtejba u ċċarata tal-isforzi madwar l-Istati Membri;

·Identifikazzjoni mtejba ta’ min se jiġi affettwat u kif, il-kostijiet u l-benefiċċji tal-għażla ppreferuta u l-fehmiet dettaljati tal-gruppi ta’ partijiet ikkonċernati.

• Għażliet ta’ politika

Il-valutazzjoni tal-impatt tanalizza tliet għażliet ta’ politika ewlenin :

1.L-estensjoni tal-ETS għal uħud mis-setturi li bħalissa huma koperti mill-ESR (jiġifieri l-bini u t-trasport bit-triq), filwaqt li dawn is-setturi jinżammu wkoll skont l-ESR;

2.It-trasferiment ta’ ċerti setturi għall-ETS (jiġifieri l-bini u t-trasport bit-triq) u t-tnaqqis kif xieraq tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-ESR;

3.It-trasferiment ta’ ċerti setturi għall-ETS (il-kombustjoni kollha tal-fjuwils fossili) u t-tneħħija gradwali tal-ESR billi l-emissjonijiet tal-ESR mhux relatati mal-enerġija mill-agrikoltura jiġu amalgamati mas-setturi koperti mir-Regolament dwar il-LULUCF (fl-hekk imsejjaħ settur tal-art) u s-setturi li jifdal jiġu koperti skont l-istrumenti ta’ politika klimatika rilevanti u regolamentazzjoni ġdida speċifika (jekk ikun hemm bżonn) li tkun tkopri s-setturi kollha mhux tal-ETS li bħalissa huma koperti fil-qafas tal-ESR.

Fi ħdan l-għażliet 1 u 2, il-valutazzjoni tal-impatt tindirizza wkoll il-livell xieraq ta’ żieda tal-miri dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet, jiġifieri jekk jenħtieġx li ż-żieda tkun b’saħħitha jew moderata, id-distribuzzjoni tal-isforzi fost l-Istati Membri u l-kontribut tagħhom għall-mira kollettiva, il-punt tat-tluq tat-trajettorji tal-allokazzjonijiet annwali, u l-funzjonament tal-flessibbiltajiet tal-ETS u tal-LULUCF.

S’issa, id-Direttiva dwar l-EU ETS, l-ESR u r-Regolament dwar il-LULUCF flimkien koprew l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ partijiet differenti tal-ekonomija, li kull wieħed minnhom jiddefinixxi l-kontribut tas-setturi koperti għall-mira ġenerali. L-estensjoni tal-ipprezzar tal-karbonju, għodda importanti għall-ġlieda kontra l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal setturi ġodda, tqajjem mistoqsijiet speċifiċi.

Il-ħolqien ta’ skambju ġdid ta’ kwoti tal-emissjonijiet għat-trasport bit-triq u għall-bini jiġġustifika l-kunsiderazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi nnifsu, filwaqt li jitqiesu l-effettività, l-kosteffiċjenza u l-ġustizzja tal-istrument u l-arkitettura tal-politika dwar il-klima kollha kemm hi. Bl-istess mod, bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar il-LULUCF lejn strument għall-Użu tal-Art jista’ jkollha impatt ukoll fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ESR. Madankollu, il-proposta tal-LULUCF tipprevedi biss miri nazzjonali għas-settur tal-art wara l-2030, u għalhekk, ma għandhiex impatt fuq il-proposta tal-ESR, li għandha kamp ta’ applikazzjoni ta’ żmien limitat għall-2030. Barra minn hekk, fil-valutazzjoni tal-impatt ġew ikkunsidrati u vvalutati għażliet differenti għall-kamp ta’ applikazzjoni tal-ESR, b’mod partikolari jekk settur huwiex inkluż kemm fl-ESR kif ukoll fl-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, u/jew fi strument għall-użu tal-art, li jkollu impatt fuq l-ilħuq tal-mira ġenerali tal-UE sal-2030.

L-applikazzjoni tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għal setturi bħall-bini u t-trasport bit-triq se tkopri madwar nofs l-emissjonijiet tar-Regolament attwali dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi. Bħal fil-każ tal-ETS attwali, sistema bħal din se tintegra l-prezz tas-CO2 f’deċiżjonijiet ekonomiċi u finanzjarji u se tkun għodda importanti biex tinċentiva azzjoni kosteffettiva min-negozji u mill-konsumaturi f’dawn is-setturi madwar l-Istati Membri kollha. Fl-istess ħin, prezz tal-karbonju waħdu ma jwassalx għat-trasformazzjoni meħtieġa fis-setturi kkonċernati b’mod effiċjenti. Il-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 ikkonkluda li hemm ħtieġa ċara għal politiki komplementari u mmirati. Dawn jistgħu jindirizzaw il-fallimenti tas-suq u l-inċentivi maqsuma, jaċċelleraw il-bidla teknoloġika u jiżviluppaw l-infrastruttura meħtieġa b’mod koordinat (eż. għar-rinnovazzjoni tal-bini, l-elettrifikazzjoni u t-teknoloġija tal-idroġenu għall-industrija).

Għalhekk, ikun prematur li t-tnaqqis immirat fl-emissjonijiet mill-bini u mit-trasport bit-triq jitħalla esklussivament għan-negozjar tal-emissjonijiet. Tali għażla tkun teħtieġ kunsiderazzjoni xierqa f’rieżami futur tal-ESR, li jibni fuq it-tagħlimiet meħuda mill-funzjonament tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għal dawn iż-żewġ setturi.

L-għażla ppreferuta hija li tiżdied l-ambizzjoni fl-ESR, f’konformità mal-projezzjonijiet kosteffiċjenti, biex tinkiseb l-ambizzjoni klimatika ġenerali għall-2030 stabbilita fil-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030. L-estensjoni tan-negozjar ta’ kwoti tal-emissjonijiet għal setturi ġodda – it-trasport bit-triq u l-bini - filwaqt li jinżammu skont il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ESR, titqies bħala li tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-mira tal-ESR, u mhux bħala sostituzzjoni tagħha.

Iż-żieda tal-miri nazzjonali skont l-ESR tirrikjedi kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-ġustizzja u tal-kosteffiċjenza fi ħdan l-istrument. Fir-rigward tal-ġustizzja, il-valutazzjoni tikkonkludi li aġġornament tal-approċċ tal-iffissar tal-miri bbażat fuq il-PDG per capita għadu xieraq, filwaqt li jiġi applikat ammont limitat ta’ korrezzjonijiet immirati biex jiġi indirizzat it-tħassib dwar il-kosteffiċjenza. B’mod ġenerali, dan se jixpruna lejn il-konverġenza tal-emissjonijiet per capita f’dawn is-setturi madwar l-UE.

Bil-għan li tiġi żgurata l-kosteffiċjenza massima, il-flessibbiltajiet eżistenti kollha huma mistennija jintużaw bl-ambizzjoni miżjuda, riflessa f’mira tal-UE ta’ 40 % għall-ESR. L-istrumenti ta’ flessibbiltà, kemm fid-daqs kif ukoll fil-funzjonament tagħhom, jitqiesu bħala xierqa biex tiġi żgurata kosteffiċjenza mtejba tal-politika ġenerali.

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti limiti nazzjonali vinkolanti ġodda, espressi f’allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, li progressivament iwasslu għall-mira tal-2030 ta’ kull Stat Membru għas-snin 2023 sa 2030. L-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet għas-snin 2023, 2024 u 2025 se jiġu kkalkolati abbażi tad-data dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għas-snin 2005 u 2016 sa 2018 kif rieżaminata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 4(3) tal-ESR. Għal akkuratezza akbar, il-kalkolu tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għas-snin 2026 sa 2030 se jkun ibbażat fuq il-medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ kull Stat Membru matul is-snin 2021, 2022 u 2023 wara rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali li għandu jitwettaq mill-Kummissjoni fl-2025.

Barra minn hekk, fl-2027, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali għall-fini ta’ konformità mal-ESR, kif previst fl-Artikolu 38 tar-Regolament dwar il-Governanza. Il-Kummissjoni se tiddetermina permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk iż-żewġ rieżamijiet komprensivi sabiex tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn tal-kompiti.

Il-“Liġi Ewropea dwar il-Klima” tipprevedi li sabiex jiġi żgurat li jintużaw biżżejjed sforzi ta’ mitigazzjoni sal-2030, il-kontribut tal-assorbimenti netti għall-mira netta ta’ tnaqqis tal-gassijiet serra ta’ mill-inqas 55 % fl-2030 għandha tkun limitata għal 225 Mt CO2-eq. Din id-dispożizzjoni fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima hija mingħajr preġudizzju għar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Iż-żieda proposta fl-ambizzjoni tar-Regolament dwar il-LULUCF, flimkien mal-qsim tal-flessibbiltà eżistenti tal-LULUCF għall-użu f’kull perjodu ta’ konformità ta’ ħames snin, tnaqqas il-probabbiltà li ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti tal-Liġi dwar il-Klima. Madankollu, il-fatt li titħalla l-flessibbiltà mis-settur tal-ESR fis-setturi tal-LULUCF u flessibbiltà limitata, viċi versa, huwa ta’ benefiċċju sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonformaw b’mod effettiv mal-obbligi individwali tagħhom.

Qed jiġi propost l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ġdid li jieħu l-għamla ta’ riżerva addizzjonali. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jipparteċipawx. Din ir-riżerva tista’ tiġi skattata biss ladarba jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Liġi dwar il-Klima, għall-fini tal-konformità nazzjonali mal-miri tal-ESR billi kwalunkwe kreditu mhux użat tal-LULUCF jiġi ttrasferit 24 fi tmiem it-tieni perjodu ta’ konformità lil dawk l-Istati Membri fil-bżonn. Madankollu, l-użu ta’ din ir-riżerva se jiddependi fuq prestazzjoni żejda fis-settur tal-LULUCF.

   Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni 

F’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-proposta tħejjiet b’mod inklużiv, abbażi tat-trasparenza u l-involviment kontinwu mal-partijiet ikkonċernati.

L-ESR jistabbilixxi miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-Istati Membri fil-livell nazzjonali. Għalhekk, huwa f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu kif jilħqu dawn il-miri (għal raġunijiet ta’ sussidjarjetà). Din il-proposta, filwaqt li tirrevedi l-miri li għandhom jintlaħqu minn kull Stat Membru sal-2030, ma timponix piż amministrattiv addizzjonali fuq l-amministrazzjonijiet nazzjonali, bħala atturi ewlenin f’dan ir-rigward immirati mill-ESR.

Drittijiet fundamentali 

Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea 25 . B’mod partikolari, hija tikkontribwixxi għall-objettiv ta’ livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent f’konformità mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli kif stipulat fl-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI 

Implimentazzjoni tajba tal-proposta li temenda l-ESR se tkun kruċjali għall-ilħuq tal-objettivi tagħha u tal-objettivi stabbiliti fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Iż-żieda fil-miri tal-ESR se tirrikjedi miżuri addizzjonali fil-livell nazzjonali, u l-Istati Membri, se jkollhom bżonn jirrevedu u jimplimentaw strateġiji ta’ azzjoni klimatika aktar stretti. Għalhekk hemm bżonn li jiġu implimentati miżuri ta’ appoġġ għall-bini tal-kapaċità matul ħames snin (2023-2027) li jippermettu lill-Istati Membri jaġġustaw għal qafas aktar impenjattiv. Il-kost totali stmat tal-miżuri ta’ appoġġ huwa ta’ EUR 1 750 000.

Il-proposta tirrevedi wkoll il-flessibbiltà tal-LULUCF stabbilita fl-Artikolu 7 tal-ESR u toħloq riżerva volontarja ġdida, ir-riżerva addizzjonali, biex tgħin lill-Istati Membri jilħqu l-miri individwali tagħhom, filwaqt li tippermettilhom jużaw assorbimenti netti mhux użati ġġenerati fil-perjodu 2026-2030, bil-kundizzjoni li l-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni ta’ 55 % tintlaħaq fl-2030 b’kontribut massimu tal-assorbimenti netti stabbilit għal 225 MtCO2Eq, kif tesiġi l-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Dawn l-emendi se jirrikjedu aġġustamenti fir-Reġistru tal-Unjoni li se jkollhom jiġu implimentati bl-appoġġ ta’ kuntrattur estern, b’kost stmat ta’ EUR 600 000.

Il-kompiti msemmija hawn fuq se jirrikjedu wkoll żieda fil-kapaċità mis-servizzi tal-Kummissjoni li se jkunu jeħtieġu tliet pożizzjonijiet AD ġodda, li se jipprovdu wkoll appoġġ għall-proċess ta’ kodeċiżjoni. Id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-implikazzjonijiet ta’ din il-proposta għall-baġit tal-UE.

L-iżvilupp tal-IT u l-għażliet tal-akkwist se jkunu soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Bord tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u taċ-Ċibersigurtà tal-Kummissjoni Ewropea.

5.ELEMENTI OĦRAJN 

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar 

Ir-rapportar trasparenti u regolari tal-obbligi tal-Istati Membri flimkien ma’ kontrolli ta’ konformità robusti huma elementi fundamentali biex ikun żgurat il-progress biex jiġu onorati l-impenji fit-tul tal-UE ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet. L-inizjattiva żżomm ir-reġim ta’ konformità tal-ESR u tkompli tiddependi fuq il-qafas robust ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika pprovdut fir-Regolament dwar il-Governanza. Il-Kummissjoni se tuża fost l-oħrajn l-informazzjoni sottomessa u rrapportata mill-Istati Membri skont ir-Regolament dwar il-Governanza bħala bażi għall-valutazzjoni regolari tagħha tal-progress. Dan jinkludi informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-politiki u l-miżuri, il-projezzjonijiet u l-adattament. Il-Kummissjoni se tagħmel użu wkoll minn din l-informazzjoni għar-Rieżamijiet tal-Implimentazzjoni Ambjentali u l-monitoraġġ tal-Programmi ta’ Azzjoni Ambjentali. L-informazzjoni miksuba mill-Istati Membri tista’ tiġi kkomplementata b’osservazzjonijiet atmosferiċi sistematiċi permezz ta’ osservazzjonijiet in situ kif ukoll permezz tat-telerilevament, bħal dawk ipprovduti minn Copernicus.

L-effettività tal-proposta fl-ilħuq tal-miri riveduti tal-2030 tiddependi mill-kapaċità tal-Istati Membri li jaġġustaw il-pjanijiet u l-istrateġiji tagħhom għal rispons aktar vigoruż għall-isfida tat-tibdil fil-klima. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni se tistabbilixxi miżuri ta’ bini tal-kapaċità biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jinkorporaw il-miri riveduti fil-pjanijiet u fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom dwar il-klima, inklużi l-Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima.

Din l-inizjattiva żżomm ukoll id-dispożizzjonijiet ta’ rieżami fis-seħħ, li jeħtieġu li l-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi żmien sitt xhur minn kull rendikont globali miftiehem skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Pariġi, dwar it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament. L-ewwel rendikont globali se jsir fl-2023, u se jiġi ripetut kull ħames snin wara dan.

Fl-aħħar nett, l-ESR, ir-rilevanza tiegħu bħala strument regolatorju u l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu se jkunu soġġetti għal rieżami għall-iżvilupp tal-qafas dwar il-klima u l-enerġija wara l-2030, filwaqt li jitqiesu l-interazzjonijiet bejn id-diversi strumenti, b’mod partikolari l-estensjoni tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għal setturi ġodda u r-regolamentazzjoni ta’ pilastru tal-użu tal-art agrikola u tal-forestrija.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Artikolu 1 

Dan l-Artikolu fih l-emendi proposti kollha għall-ESR, jiġifieri:

(1)Artikolu 1 dwar is-suġġett: biex tiġi aġġornata r-referenza għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ESR fil-livell tal-UE;

(2)Artikolu 2 dwar il-kamp ta’ applikazzjoni: biex jiġi aġġustat kif jiġi ddefinit il-kamp ta’ applikazzjoni filwaqt li titqies l-inklużjoni proposta tat-trasport marittimu fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE;

(3)L-Artikolu 4, il-paragrafi (2) u (3) dwar il-livelli annwali ta’ emissjonijiet ta’ bejn l-2021 u l-2030: jiġi aġġornat il-qafas li skontu l-Kummissjoni se tistabbilixxi l-livelli annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri l-ġodda għal bejn l-2023 u l-2030. Il-qafas il-ġdid jinkludi aġġornament tal-allokazzjonijiet nazzjonali annwali tal-emissjonijiet li jagħmel użu mid-data l-ġdida li se ssir disponibbli biss fl-2025. Minħabba l-inċertezzi assoċjati mal-effetti fuq terminu medju tal-pandemija tal-COVID-19 fl-ekonomija u l-ħeffa tal-irkupru, ir-rieżami tal-2025 se jippermetti aġġustament tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal bejn l-2026 u l-2030 sabiex jiġi żgurat li la jkunu laxki wisq u lanqas stretti wisq;

(4)L-Artikolu 6, paragrafu (3a) ġdid dwar il-flessibbiltà tal-EU ETS: Malta tiġi pprovduta bi skadenza biex tindika jekk għandhiex l-intenzjoni li tuża ż-żieda fil-flessibbiltà tal-ETS tagħha. Din l-iskadenza l-ġdida hija meħtieġa peress li, minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-ekonomija tagħha, Malta se jkollha aċċess għal flessibbiltà akbar tal-ETS permezz ta’ emenda tal-Anness II tal-ESR;

(5)L-Artikolu 7 dwar l-użu tal-assorbimenti mil-LULUCF: biex l-użu tal-flessibbiltà tal-LULUCF jinqasam f’żewġ perjodi ta’ ħames snin u kull perjodu jiġi soġġett għal limitu massimu li jikkorrispondi għal nofs l-ammont totali; u biex jitneħħa l-paragrafu 2 minħabba li l-bidla prevista fit-titolu tal-Anness III se titwettaq permezz tal-emenda tal-ESR kif propost hawnhekk (ara l-punt 9 hawn taħt);

(6)Żid Artikolu ġdid (l-Artikolu 11a): l-istabbiliment ta’ riżerva addizzjonali volontarja (iffurmata minn kwalunkwe kreditu mhux użat tal-LULUCF fi tmiem it-tieni perjodu ta’ konformità) li għandha tintuża mill-Istati Membri għall-konformità mal-mira tal-ESR 2030 tagħhom, soġġetta għall-kundizzjoni li l-mira fil-livell tal-UE ta’ -55 % tintlaħaq b’kontribut massimu ta’ 225 MtCO2Eq ta’ assorbimenti netti f’konformità mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Din il-flessibbiltà addizzjonali se tiffaċilita l-konformità mill-Istati Membri li jista’ jkollhom diffikultajiet biex ilaħħqu ma’ miri nazzjonali aktar stretti kemm fis-setturi tal-ESR kif ukoll fis-setturi tal-LULUCF, fi tmiem il-perjodu biss;

(7)L-Anness I dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri: biex jiddaħħlu miri ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Istati Membri sal-2030 b’rabta mal-livelli tal-2005 għas-setturi koperti mill-ESR;

(8)L-Anness II dwar il-flessibbiltà tal-ETS: biex il-limitu tal-flessibbiltà tal-ETS ta’ Malta jiżdied minn 2 % għal 7 %;

(9)L-Anness III: li jiġi emendat it-titolu tiegħu f’konformità mat-test il-ġdid tal-Artikolu 7.

2021/0200 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 26 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 27 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-Ftehim ta’ Pariġi, adottat f’Diċembru 2015 fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), daħal fis-seħħ f’Novembru 2016 (“il-Ftehim ta’ Pariġi”). Il-Partijiet fih qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt iż-2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali, u li jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali.

(2)L-Unjoni stabbiliet qafas regolatorju biex tilħaq il-mira tal-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ mill-inqas 40 % kif approvata mill-Kunsill Ewropew fl-2014, qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Pariġi. Il-leġiżlazzjoni li timplimenta dik il-mira tikkonsisti, fost l-oħrajn, mid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 (li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gassijiet serra ġewwa l-Unjoni), mir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 (li jirrikjedi li l-Istati Membri jibbilanċjaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra mill-użu tal-art, mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-forestrija), u r-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 , li jistabbilixxi miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030, fis-setturi li la huma koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, u lanqas mir-Regolament 2018/841.

(3)Il-Patt Ekoloġiku Ewropew 31 jgħaqqad sett komprensiv ta’ miżuri u inizjattivi ta’ tisħiħ reċiproku mmirati lejn l-ilħuq tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta’ tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Dan għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b’mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b’diżabilità u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Għalhekk, irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura.

(4)Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 (il-“Liġi Ewropea dwar il-Klima”), l-Unjoni stabbiliet fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta’ mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.

(5)Sabiex jiġu implimentati dawk l-impenji kif ukoll il-kontributi tal-Unjoni skont il-Ftehim ta’ Pariġi 33 adottat fil-qafas tal-UNFCCC, jenħtieġ li jiġi adattat il-qafas regolatorju tal-Unjoni biex tintlaħaq il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

(6)Ir-Regolament (UE) 2018/842 jistabbilixxi obbligi fuq l-Istati Membri fir-rigward tal-kontributi minimi tagħhom għall-perjodu mill-2021 sal-2030 biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni li fl-2030, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha jitnaqqsu bi 30 % taħt il-livelli tal-2005 fis-setturi koperti mill-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament. Huwa jistabbilixxi wkoll regoli dwar id-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u għall-evalwazzjoni tal-progress li jkun sar mill-Istati Membri biex jonoraw il-kontributi minimi tagħhom.

(7)Filwaqt li l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet se japplika wkoll għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport bit-triq u marittimu kif ukoll mill-bini, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 se jinżamm. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2018/842 se jkompli japplika għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra min-navigazzjoni domestika, iżda mhux għal dawk min-navigazzjoni internazzjonali. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ Stat Membru fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 li għandhom jitqiesu għall-kontrolli tal-konformità, se jkomplu jiġu ddeterminati mat-tlestija tar-rieżamijiet tal-inventarju f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 .

(8)Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-17 ta’ Settembru 2020 35  , il-Kummissjoni indikat li ż-żieda fil-mira ġenerali tal-2030 tista’ tinkiseb biss bil-kontribut tas-setturi kollha.

(9)Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew semma li l-mira tal-2030 se titwettaq b’mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffettiv possibbli, li l-Istati Membri kollha se jipparteċipaw f’dan l-isforz, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ta’ ġustizzja u solidarjetà u ħadd ma jitħalla jibqa’ lura, u li l-mira l-ġdida għall-2030 jeħtieġ li tinkiseb b’mod li tiġi ppreservata l-kompetittività tal-Unjoni u li jitqiesu l-punti tat-tluq differenti tal-Istati Membri u ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi u l-potenzjal għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, inklużi dawk tal-Istati Membri gżejjer u tal-gżejjer, kif ukoll l-isforzi li saru.

(10)Sabiex tintlaħaq il-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’55 %, is-setturi koperti mir-Regolament (UE) 2018/842 se jkollhom inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b’mod progressiv sakemm jilħqu -40 % fl-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-2005.

(11)Għal dak il-għan, il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2030 trid tiġi riveduta għal kull Stat Membru. Ir-reviżjoni tal-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jenħtieġ li tuża l-istess metodoloġija li ġiet segwita meta r-Regolament (UE) 2018/842 ġie adottat għall-ewwel darba, fejn il-kontributi nazzjonali ġew iddeterminati b’kunsiderazzjoni tal-kapaċitajiet differenti u tal-opportunitajiet ta’ kosteffiċjenza fl-Istati Membri sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta u bbilanċjata tal-isforz. Għalhekk jenħtieġ li l-emissjonijiet massimi ta’ gassijiet serra ta’ kull Stat Membru fl-2030 jiġu ddeterminati b’rabta mal-livell rieżaminat tiegħu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-2005 kopert b’dan ir-Regolament, minbarra l-emissjonijiet tal-gassijiet serra vverifikati minn installazzjonijiet li kienu qegħdin jaħdmu fl-2005 u li ġew inklużi fl-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet wara l-2005.

(12)B’konsegwenza ta’ dan, se jkun meħtieġ li mis-sena tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, jiġu stabbiliti limiti nazzjonali vinkolanti ġodda, espressi f’allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, li progressivament iwasslu għall-mira tal-2030 ta’ kull Stat Membru, filwaqt li jinżammu fis-seħħ il-limiti annwali stabbiliti għas-snin ta’ qabel, kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 36 .

(13)Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat l-ekonomija tal-Unjoni u l-livell tal-emissjonijiet tagħha sa punt li għadu ma jistax jiġi kkwantifikat bis-sħiħ. Min-naħa l-oħra, l-Unjoni qed tuża l-akbar pakkett ta’ stimolu li qatt kellha, li wkoll qed ikollu impatt potenzjali fuq il-livell tal-emissjonijiet. Minħabba dawk l-inċertezzi, huwa xieraq li d-data dwar l-emissjonijiet tiġi rieżaminata fl-2025 u, jekk ikun meħtieġ, li l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet jiġu aġġustati mill-ġdid.

(14)Għalhekk huwa xieraq li fl-2025 jiġu aġġornati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal bejn l-2026 u l-2030. Dan jenħtieġ li jkun ibbażat fuq rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali mwettqa mill-Kummissjoni sabiex tiġi ddeterminata l-medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ kull Stat Membru matul is-snin 2021, 2022 u 2023.

(15)Skont ir-Regolament (UE) 2018/842, il-kanċellazzjoni ta’ kwantità limitata ta’ kwoti tal-emissjonijiet fis-skema tal-UE għan-negozjar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tista’ titqies għall-konformità ta’ xi Stati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842. Minħabba l-istruttura partikolari tal-ekonomija ta’ Malta, il-mira ta’ tnaqqis nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru abbażi tal-Prodott Domestiku Gross per capita hija ferm ogħla mill-potenzjal ta’ tnaqqis fil-kost-effikaċja tagħha, huwa xieraq għalhekk li l-aċċess ta’ Malta għal dik il-flessibbiltà jiżdied, mingħajr ma tiġi kompromessa l-mira tal-2030 tal-Unjoni dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet.

(16)Minbarra dik il-flessibbiltà, tista’ titqies kwantità limitata ta’ assorbimenti netti u emissjonijiet netti mill-użu tal-art, mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-forestrija (“LULUCF”) għall-konformità tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842 (“il-flessibbiltà tal-LULUCF”). Sabiex jiġi żgurat li jintużaw biżżejjed sforzi ta’ mitigazzjoni sal-2030, huwa xieraq li l-użu tal-flessibbiltà tal-LULUCF jiġi limitat billi l-użu ta’ tali flessibbiltà jiġi sseparat f’żewġ perjodi ta’ żmien separati, kull wieħed limitat b’limitu li jikkorrispondi għal nofs l-ammont massimu tal-assorbimenti netti totali stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/842. Huwa xieraq ukoll li t-titolu tal-Anness III ikun konformi mal-emenda għar-Regolament (UE) 2018/841 imwettqa mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/268 tat-28 ta’ Ottubru 2020 37 . B’konsegwenza ta’ dan, ma għadx hemm il-ħtieġa li r-Regolament (UE) 2018/842 jipprevedi bażi ġuridika li tippermetti lill-Kummissjoni tadotta atti delegati biex temenda t-titolu tal-Anness III tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 jitħassar.

(17)Meta wieħed iqis l-introduzzjoni ta’ reġim ta’ konformità msaħħaħ fir-Regolament (UE) 2018/841 mill-2026, huwa xieraq li jiġi abolit it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ġġenerati minn kull Stat Membru fil-perjodu ta’ bejn l-2026 u l-2030 fis-settur tal-art li jaqbżu l-assorbimenti tiegħu. L-Artikolu 9(2) jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat kif xieraq.

(18)L-istabbiliment ta’ miri aktar ambizzjużi skont ir-Regolament (UE) 2018/841 se jnaqqas il-kapaċità tal-Istati Membri li jiġġeneraw assorbimenti netti li jistgħu jintużaw għall-konformità skont ir-Regolament (UE) 2018/842. Barra minn hekk, il-qasma tal-użu tal-flessibbiltà tal-LULUCF f’żewġ perjodi ta’ żmien separati, se tkompli tillimita d-disponibbiltà tal-assorbimenti netti għall-fini ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2018/842. B’riżultat ta’ dan, xi Stati Membri jistgħu jiffaċċjaw sfidi biex jilħqu l-miri tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/842, filwaqt li xi Stati Membri, l-istess jew oħrajn, jistgħu jiġġeneraw assorbimenti netti li ma jistgħux jintużaw għall-konformità mar-Regolament (UE) 2018/842. Sakemm l-objettivi tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119 jiġu ssodisfati, b’mod partikolari fir-rigward tal-limitu massimu tal-kontribut tal-assorbimenti netti, huwa xieraq li jinħoloq mekkaniżmu volontarju ġdid, fl-għamla ta’ riżerva addizzjonali, li jgħin lill-Istati Membri jaderixxu mal-obbligi tagħhom.

(19)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/842 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) 2018/842 huwa emendat kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 1, “30 %” huwa sostitwit b’“40 %”;

(2)Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn kategoriji ta’ sorsi tal-IPCC tal-enerġija, il-proċessi industrijali u l-użu tal-prodott, l-agrikoltura u l-iskart kif iddeterminati skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, esklużi l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE, minbarra l-attività “trasport marittimu”.

*  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(3)Fl-Artikolu 4, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2. Skont il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament u l-aġġustament skont l-Artikolu 10(2) tiegħu u filwaqt li jqis kwalunkwe tnaqqis li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu:

(a) fis-snin 2021 u 2022, ma jaqbżux il-limitu definit minn trajettorja lineari, li tibda mill-medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu matul l-2016, l-2017 u l-2018, kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. It-trajettorja lineari ta’ Stat Membru għandha tibda jew minn ħamsa minn kull tnax tad-distanza mill-2019 sal-2020 jew fl-2020, skont liema tkun l-inqas allokazzjoni għal dak l-Istat Membru;

(b) ma jaqbżux, fis-snin 2023, 2024 u 2025, il-limitu definit minn trajettorja lineari li tibda fl-2022 fl-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għal dak l-Istat Membru, kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għal dik is-sena, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(c) fis-snin mill-2026 sal-2030, ma jaqbżux il-limitu definit minn trajettorja lineari li tibda fl-2024, bħala medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu matul is-snin 2021, 2022 u 2023, kif ippreżentat mill-Istat Membru skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għas-snin mill-2021 sal-2030 f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 f’konformità mat-trajettorji lineari stabbiliti fil-paragrafu 2.

Għas-snin 2021 u 2022, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi ta’ rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar riċenti għas-snin 2005 u 2016 sa 2018 ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u tindika l-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2005 ta’ kull Stat Membru użati biex jiġu ddeterminati dawk l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet.

Għas-snin 2023, 2024 u 2025, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta’ kull Stat Membru indikat skont it-tieni subparagrafu u l-valuri rieżaminati tad-data tal-inventarju nazzjonali għas-snin 2016, 2017 u 2018 imsemmija fit-tieni subparagrafu.

Għas-snin 2026 sa 2030, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta’ kull Stat Membru indikat skont it-tieni subparagrafu u abbażi ta’ rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar reċenti għas-snin 2021, 2022 u 2023 ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

(4)fl-Artikolu 6 jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a. Malta għandha tinnotifika lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2023 jekk tkunx beħsiebha tagħmel użu mill-kanċellazzjoni limitata tal-kwoti tal-EU ETS imsemmija fil-paragrafu 1, sal-perċentwal elenkat fl-Anness II għal kull sena tal-perjodu mill-2025 sal-2030 għall-konformità tagħha skont l-Artikolu 9”.

(5)L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)    it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Użu addizzjonali tal-assorbimenti netti mil-LULUCF”

(b)    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)    is-sentenza ta’ introduzzjoni hija sostitwita b’dan li ġej:

“Sal-punt li emissjonijiet ta’ Stat Membru jaqbżu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu għal sena partikolari, inkluż kwalunkwe allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet akkumulata skont l-Artikolu 5(3) ta’ dan ir-Regolament, kwantità ta’ mhux aktar mis-somma ta’ assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali mill-kategoriji kkombinati tal-kontabbiltà tal-art inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/841, tista’ titqies għall-konformità tiegħu skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament għal dik is-sena, sakemm:”.

(ii)    il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a) il-kwantità kumulattiva li titqies għal dak l-Istat Membru għas-snin mill-2021 sal-2025 ma taqbiżx nofs l-ammont massimu ta’ assorbimenti netti totali stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament għal dak l-Istat Membru;

(aa) il-kwantità kumulattiva li titqies għal dak l-Istat Membru għas-snin mill-2026 sal-2030 ma taqbiżx nofs l-ammont massimu ta’ assorbimenti netti totali stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament għal dak l-Istat Membru;”.

(iii)    il-paragrafu 2 jitħassar.

(6)Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. Jekk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ Stat Membru fil-perjodu mill-2021 sal-2025 imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841 jaqbżu l-assorbimenti tiegħu, kif iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament, l-Amministratur Ċentrali għandu jnaqqas mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta’ dak l-Istat Membru ammont ugwali għal dawk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra żejda f’tunnellati ta’ ekwivalenti għas-CO2 għas-snin rilevanti.”.

(7)Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

Artikolu 11a

Riżerva addizzjonali

1. Jekk, sal-2030, l-Unjoni tkun naqqset l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990 f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, u wara li jitqies il-limitu massimu tal-kontribut tal-assorbimenti netti, għandha tiġi stabbilita riżerva addizzjonali fir-Reġistru tal-Unjoni.

2. L-Istati Membri li jiddeċiedu li la jikkontribwixxu u lanqas jibbenefikaw mir-riżerva addizzjonali għandhom jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3. Ir-riżerva addizzjonali għandha tikkonsisti fl-assorbimenti netti li l-Istati Membri parteċipanti jkunu ġġeneraw fil-perjodu 2026 sal-2030 li jaqbżu l-miri rispettivi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/841, wara t-tnaqqis tat-tnejn li ġejjin:

(a)kwalunkwe flessibbiltà użata skont l-Artikoli 11 sa 13b tar-Regolament (UE) 2018/841;

(b)il-kwantitajiet meqjusa għall-konformità skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.

4. Jekk tiġi stabbilita riżerva addizzjonali skont il-paragrafu 1, Stat Membru parteċipanti jista’ jibbenefika minnha jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istat Membru jaqbżu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu fil-perjodu mill-2026 sal-2030;

(b)l-Istat Membru jkun eżawrixxa l-flessibbiltajiet skont l-Artikolu 5(2) u (3);

(c)l-Istat Membru jkun għamel l-użu massimu possibbli mill-assorbimenti netti f’konformità mal-Artikolu 7, anke jekk dik il-kwantità ma tilħaqx il-livell stabbilit fl-Anness III; u

(d)l-Istat Membru ma jkun għamel l-ebda trasferiment nett lejn Stati Membri oħra skont tal-Artikolu 5.

5. Jekk Stat Membru jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4, dan għandu jirċievi kwantità addizzjonali mir-riżerva addizzjonali sa mhux aktar min-nuqqas tiegħu li trid tintuża għall-konformità skont l-Artikolu 9.

Jekk il-kwantità kollettiva riżultanti li jirċievu l-Istati Membri kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu taqbeż il-kwantità allokata lir-riżerva addizzjonali skont l-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantità li trid tiġi rċevuta minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri għandha titnaqqas fuq bażi pro rata.”

** Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, 1).

(8)L-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/842 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

(9)Fl-Anness II, l-entrata għal Malta hija sostitwita b’dan li ġej:

Perċentwal massimu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2005 iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 4(3)

“Malta

7 %”

(10)It-titolu tal-Anness III huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-ASSORBIMENTI NETTI TOTALI MILL-KATEGORIJI TA’ ART KOPERTI BIR-REGOLAMENT (UE) 2018/841 LI L-ISTATI MEMBRI JISTGĦU JQISU GĦALL-KONFORMITÀ GĦALL-PERJODU MILL-2021 SAL-2030 SKONT IL-PUNT (a) TAL-ARTIKOLU 7(1) TA’ DAN IR-REGOLAMENT”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

Werrej

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

5.ELEMENTI OĦRAJN

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-pagament u mal-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Azzjoni Klimatika 

Intestatura 3 Ir-Riżorsi Naturali u l-Ambjent

Titolu 9 – L-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b'segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 38  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

fużjoni jew ridirezzjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

Il-proposta hija parti mill-pakkett tal-2030 dwar il-Klima u l-Enerġija “Lesti għall-mira ta’ 55 %” biex tintlaħaq il-mira tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2030 ta’ mill-inqas -55 % meta mqabbla mal-1990 domestikament b’mod kosteffettiv u tikkontribwixxi biex jiġi limitat it-tisħin globali. Il-pakkett iwettaq l-obbligu tal-Kummissjoni, stabbilit fl-Artikolu 3 tal-Liġi dwar il-Klima, li tirrieżamina l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni sabiex tkun tista’ tintlaħaq il-mira msemmija hawn fuq.

Il-proposta tirrieżamina u taġġorna l-miri kollettivi u nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li għandhom jintlaħqu fl-2030 mis-setturi koperti mir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi u taġġusta kif xieraq il-qafas u l-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà tiegħu.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Li tikkontribwixxi għall-mira netta tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2030 ta’ mill-inqas -55 % u għall-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 permezz tal-monitoraġġ tal-progress u l-verifika tal-konformità tal-obbligi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Istati Membri skont il-proposta sabiex jinkiseb tnaqqis ta’ 40 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra madwar l-UE fis-setturi tal-ESR meta mqabbla mal-2005 b’mod li jkun ġust, kosteffiċjenti u jiżgura l-integrità ambjentali.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-proposta se twassal tnaqqis ta’ 40 % madwar l-UE kollha fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-setturi tal-ESR sal-2030 meta mqabbla mal-2005.

Il-proposta tistabbilixxi miri nazzjonali tal-ESR ibbażati l-aktar fuq il-PDG per capita, sabiex jiġu żgurati l-ġustizzja u l-kosteffettività fid-distribuzzjoni tal-isforzi, filwaqt li permezz tal-flessibbiltajiet tagħha tippermetti l-ilħuq kosteffiċjenti ta’ dawn il-miri.

Il-proposta hija indirizzata lill-Istati Membri bħala atturi istituzzjonali. Il-politika proposta trid tiġi implimentata fil-livell nazzjonali u għalhekk taffettwa l-aktar lill-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom. In-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali magħżula mill-Istati Membri biex jimplimentaw il-politika se jiddeterminaw liema partijiet ikkonċernati jiġu affettwati.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Indikatur Nru 1: Il-livell ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mhux tal-ETS fl-UE.

Indikatur Nru 2: Il-livell ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet fl-Istati Membri.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

L-Istati Membri għandhom jilħqu l-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali tagħhom fl-2030. Sabiex jikkonformaw mal-proposta, dawn għandhom jimplimentaw il-politiki u l-miżuri u d-dispożizzjonijiet legali u amministrattivi meħtieġa fil-livell nazzjonali.

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-miżuri ta’ implimentazzjoni rilevanti, inkluż l-istabbiliment ta’ allokazzjonijiet annwali ġodda tal-emissjonijiet għas-snin 2023, 2024 u 2025, kif ukoll, wara rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju għas-snin 2026 sa 2030.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

It-tibdil fil-klima huwa problema transfruntiera. Billi l-objettiv tal-azzjoni proposta ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu individwalment, il-koordinazzjoni tal-azzjoni klimatika fil-livell Ewropew u, fejn possibbli, fil-livell globali hija neċessarja u l-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata għal raġunijiet ta’ sussidjarjetà. L-UE u l-Istati Membri tagħha jipparteċipaw flimkien fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi. Azzjoni konġunta tippermetti li l-UE tindirizza l-kwistjonijiet kemm tal-ekwità kif ukoll tal-effiċjenza, filwaqt li tilħaq mira ambjentali ambizzjuża. L-Artikoli 191 sa 193 tat-TFUE jikkonfermaw il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-qafas tal-Kondiviżjoni tal-Isforzi (l-ewwel permezz tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, segwita mir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi - li għandu jiġi emendat permezz ta’ din il-proposta) wasslu biex l-Istati Membri jsiru aktar attivi fil-kunsiderazzjoni ta’ miżuri ġodda biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-setturi u kif għandhom jiġu ddisinjati bl-aħjar mod.

Bil-politiki u l-miżuri nazzjonali eżistenti, l-emissjonijiet totali tal-EU-27 huma mistennija li jitnaqqsu bi 30 % fl-2030 skont aggregazzjoni ta’ projezzjonijiet nazzjonali dwar il-gassijiet serra. Fl-2019, l-Istati Membri kollha ħejjew il-Pjanijiet Nazzjonali integrati għall-Enerġija u l-Klima finali tagħhom. Bl-implimentazzjoni tal-miżuri ppjanati jew l-ambizzjonijiet iddikjarati fl-NECPs finali, it-tnaqqis globali ta’ gassijiet serra tal-UE huwa stmat li hu 41 %, u b’hekk jilħaq il-mira attwali ta’ tnaqqis ta’ mill-inqas 40 %.

Il-korrezzjoni mill-ġdid u r-reviżjoni tal-ESR se jkomplu jtejbu l-involviment tal-Istati Membri fl-isforz kollettiv biex tiżdied il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-proposti huma parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” li jlaqqa’ flimkien sett ta’ inizjattivi ta’ tisħiħ reċiproku fi ħdan il-Qafas dwar il-Klima u l-Enerġija li se jippermettu lill-Unjoni tnaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990 sal-2030, kif tesiġi l-Liġi dwar il-Klima.

Il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, in-Next Generation EU u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal bejn l-2021 u l-2027 se jgħinu biex jinkisbu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali doppji li l-Ewropa qed timmira li tikseb. L-inizjattiva hija konsistenti wkoll mal-politiki tal-Unjoni dwar ekonomija nadifa u ċirkolari, mobbiltà sostenibbli u intelliġenti, l-Istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt, l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030, u l-pjan ta’ azzjoni li jmiss dwar l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero kif ukoll il-pożizzjoni tagħha fix-xena internazzjonali u d-Diplomazija dwar il-Patt Ekoloġiku tagħha.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 39  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

✓ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

◻ lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

◻ lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

◻ lill-korpi regolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku dment li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-korpi regolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Il-proposta tkompli r-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi bl-istess obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar għall-Istati Membri u kompiti ta’ ġestjoni għall-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tkompli tiġi appoġġata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fil-monitoraġġ tal-progress tal-Istati Membri fl-ilħuq tal-obbligi tagħhom skont il-proposta.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-konformità se tiddependi fuq il-qafas komprensiv eżistenti ta’ monitoraġġ, rapportar u verifika stabbilit parzjalment fir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi u parzjalment fir-Regolament (UE) 2018/1999 (“ir-Regolament dwar il-Governanza”) u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu.

Sabiex jiġi żgurat li l-valutazzjoni tal-konformità tiddependi fuq data preċiża, l-inventarji tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ippreżentati mill-Istati Membri se jibqgħu jiġu rieżaminati mill-Kummissjoni. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se tkompli tikkoordina l-kontroll tat-trasparenza, l-akkuratezza, il-konsistenza, il-komparabilità u l-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Mhux applikabbli - Il-proposta ma hijiex qed timplimenta programm finanzjarju iżda qed tfassal politika fit-tul. Il-mod ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll fir-rigward tar-rati ta’ errur mhumiex applikabbli. L-implimentazzjoni ta’ din il-proposta se tirrikjedi r-riallokazzjoni tar-riżorsi umani fi ħdan il-Kummissjoni. Hemm fis-seħħ proċeduri xierqa.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Stati Membri li ma jirrapportawx jew ma jirrapportawx fil-ħin l-emissjonijiet annwali ta’ gassijiet serra tagħhom.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-pagament u mal-għeluq) 

Din l-inizjattiva ma toħloqx kontrolli/riskji sinifikanti ġodda li ma jkunux koperti minn qafas ta’ kontroll intern eżistenti. Ma ġiet prevista l-ebda miżura speċifika lil hinn mill-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-monitoraġġ tal-progress tal-Istati Membri lejn l-impenji tagħhom skont din il-proposta jiddependi fuq sistema eżistenti u stabbilita sew għall-kontroll tal-kwalità u l-verifika tar-rapporti annwali tagħhom dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Dan jiżgura li kwalunkwe diskrepanza jew irregolarità fir-rigward tad-data tal-emissjonijiet irrapportata tiġi indirizzata u kkoreġuta fil-ħin għall-kontroll tal-konformità.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff.[1]

mill-pajjiżi tal-EFTA[2]

mill-pajjiżi kandidati[3]

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

3

09 01 01 01

Mhux diff.

IVA

LE

LE

LE

3

09 02 03

Diff.

IVA

LE

LE

LE

7

20 01 02 01

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

7

20 02 06 01

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

7

20 02 06 02

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

7

20 02 06 03

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba: Mhux applikabbli.

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

3

“riżorsi naturali u ambjent”

DĠ: CLIMA

 

2023 

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali  

09 02 03

Impenji

(1)

1,750

 

 

 

 

1,750

Pagamenti

(2)

 

0,700

1,050

 

 

1,750

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

09 01 01 01

 

(3)

 

 

0,467

0.042

0.092

0.601

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ CLIMA

Impenji

= 1 + 3

1,750

 

0,467

0,042

0,092

2,351

Pagamenti

= 2 + 3

 

0,700

1,517

0,042

0,092

2,351

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

1,750

 

0,467

0.042

0,092

2,351

Pagamenti

(5)

 

0,700

1.517

0,042

0,092

2,351

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta' programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 3 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

= 4+ 6

1,750

 

0,467

0,042

0,092

2,351

Pagamenti

= 5+ 6

 

0,700

1517

0,042

0,092

2,351

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

 

 

2023 

2024

2025

2026

2027

TOTAL

DĠ: CLIMA

 

Ÿ Riżorsi umani  

0,465

0,474

0,484

0,494

0,503

2,421

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra  

0,055

0,107

0,107

-

-

0,269

TOTAL DĠ CLIMA

Approprjazzjonijiet

0,520

0,581

0,591

0,494

0,503

2,689

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total tal-impenji = Total tal-pagamenti)

0,520

0,581

0,591

0,494

0,503

2,689

 

 

 

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

2,270

0,581

1,058

0,536

0,595

5,040

Pagamenti

0,520

1,281

2,108

0,536

0,595

5,040



3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

 

 

 

2023

2024

2025

2026

2027

total

Indika l-objettivi u l-outputs

linja baġitarja

OUTPUTS

 

Tip 40

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Objettiv speċifiku ESR 41

 

- modifiki tar-Reġistru tal-Unjoni

 

Kuntratti tas-Servizzi

 

 

0,000

 

0,000

 

0,075

 

0,000

 

0,000

 

0,075

 

QTG, Extramuros, tagħmir

 

 

0,000

 

0,000

 

0,350

 

0,000

 

0,050

 

0,400

- estensjoni tas-Service desk

 

Kuntratti tas-Servizzi

 

 

0,000

 

0,000

 

0,000

 

0,000

 

0,000

 

0,000

 

QTG, Extramuros, tagħmir

 

 

0,000

 

0,000

 

0,042

 

0,042

 

0,042

 

0,126

Subtotal għall-objettiv speċifiku ESR

 

0,000

 

0,000

 

0,467

 

0,042

 

0,092

 

0,601

TOTALI

 

0,000

 

0,000

 

0,467

 

0,042

 

0,092

 

0,601



3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

 

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

 

 

 

 

 

 

Riżorsi umani

0,465

0,474

0,484

0,494

0,503

2,421

Nefqa amministrattiva oħra

0,055

0,107

0,107

-

-

0,269

Subtotal tal-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,520

0,581

0,591

0,494

0,503

2,689

Barra mill-INTESTATURA 7[1] tal-qafas finanzjarju pluriennali

 

 

 

 

 

 

Riżorsi umani

-

-

-

-

-

-

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva

-

-

-

-

-

-

Subtotal barra mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

-

-

-

-

-

-

TOTAL

0,520

0,581

0,591

0,494

0,503

2,689

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

 

2023

2024

2025

2026

2027

Ÿ Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

3

3

3

3

3

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

 

 

 

 

 

01 01 01 01  (Riċerka indiretta)

 

 

 

 

 

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

 

 

 

 

 

Linji baġitarji oħra (speċifika)

 

 

 

 

 

Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE)[1]

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

 

 

 

 

 

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

 

 

 

 

 

XX 01 xx yy zz [2]

- fil-Kwartieri Ġenerali

 

 

 

 

 

- fid-Delegazzjonijiet

 

 

 

 

 

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

 

 

 

 

 

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

 

 

 

 

 

Linji baġitarji oħra (speċifika)

 

 

 

 

 

TOTAL

3

3

3

3

3

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

2 AD: Kalkolu tal-Allokazzjonijiet Annwali tal-Emissjonijiet ġodda għal bejn l-2023 u l-2030, u l-att ta’ implimentazzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni.

Rieżami Komprensiv tal-Inventarju tal-2025 u tal-2027 (ġestjoni tal-kuntratti u atti ta’ implimentazzjoni relatati).

Analiżi tan-Negozju għall-adattamenti tal-IT u għall-operat sussegwenti minn hemm ’il quddiem tal-elementi l-ġodda fir-Reġistru tal-Unjoni. L-Intelliġenza tan-Negozju u l-Obbligi ta’ rapportar. Il-Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti u l-koordinazzjoni ta’ riżorsi ġodda tas-Service Desk.

1 AD: Il-bini tal-kapaċità tal-Istati Membri biex ifasslu strateġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. L-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri fl-aġġornament tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima skont ir-Regolament dwar il-Governanza biex iżidu l-politiki u l-miżuri nazzjonali tagħhom dwar il-klima, biex jagħtu bidu għat-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet sal-2030.

Persunal estern

-

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

li n-nefqa eventwali se tiġi mġarrba fi ħdan il-pakkett LIFE

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2023

2024

2025

2026

2027

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul huwiex assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 42

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Total

L-Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    COM(2019) 640 final.
(2)    COM(2018) 773 final.
(3)    COM(2020) 690 final.
(4)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-10/11 ta’ Diċembru 2020 EUCO 22/20 CO EUR 17 CONCL 8.
(5)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, 1).
(6)    Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-20 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26.
(7)    29 % għall-EU27.
(8)    Skont ix-Xenarju ta’ Referenza tal-UE tal-2020 (REF) li jservi bħala xenarju bażi għall-valutazzjoni tal-impatt (ara t-Taqsima 5.1 tal-valutazzjoni tal-impatt).
(9)    COM/2016/0860 final.
(10)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(11)    Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(12)    Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 315, 14.11.2012, p.1).
(13)    COM(2021) 82 final.
(14)    Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(15)    COM(2021) 219 final.
(16)    COM(2016) 483 Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE skont l-Artikolu 14 tagħha.
(17)    Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p.136).
(18)    Ir-rispons huwa disponibbli fuq il-paġna online “semma’ leħnek” tal-Kummissjoni Ewropea, taħt “Miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet (Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi) – rieżami bbażat fuq il-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030” u jista’ jsir aċċess għalih permezz tal-link li ġejja: feedback dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Bidu .
(19)    Il-projezzjonijiet ibbażati fuq l-immudellar tax-xejriet tal-emissjonijiet tal-enerġija, tat-trasport u tal-gassijiet serra sal-2050, li jibnu fuq sett konsistenti ta’ suppożizzjonijiet tul il-politiki tal-UE, tal-Istati Membri u tal-UE, il-karatteristiċi speċifiċi għall-Istati Membri; u li jiddependu fuq il-konsultazzjoni tal-esperti tal-Istati Membri.
(20)    Il-“qafas ta’ politika attwali” jinkludi inizjattivi tal-UE adottati sa tmiem l-2019 u l-objettivi u l-politiki u l-miżuri nazzjonali kif stabbiliti fil-Pjanijiet Nazzjonali finali dwar l-Enerġija u l-Klima.
(21)     https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:52020SC0176  
(22)     https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/docs/pages/com_2018_733_analysis_in_support_en_0.pdf
(23)    Aktar informazzjoni u dokumentazzjoni mudell: https://e3modelling.com/modelling-tools/primes/
(24)    L-assorbimenti netti mhux użati huma dawk li ma jintużawx fil-flessibbiltà attwali tal-LULUCF tal-Artikolu 7 tal-ESR, u li ma jintużawx fir-riżerva tas-sikurezza tal-LULUCF imfassla reċentement.
(25)    COM(2019) 640 final.
(26)    ĠU C , , p. .
(27)    ĠU C , , p. .
(28)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(29)    Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).
(30)    Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).
(31)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final tal-11 ta’ Diċembru 2019.
(32)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(33)    Il-Ftehim ta’ Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).
(34)    Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(35)    COM/2020/562 final.
(36)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-istabbiliment tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2030 skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 426, 17.12.2018, p. 58).
(37)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/268 tat-28 ta’ Ottubru 2020 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli ta’ referenza għall-foresti li jeħtieġ jiġu applikati mill-Istati Membri għall-perjodu 2021-2025 (ĠU L 60, 22.2.2021, p. 21).
(38)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(39)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(40)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(41)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(42)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top

Brussell, 14.7.2021

COM(2021) 555 final

ANNESS

tal-Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi

{SEC(2021) 555 final} - {SEC(2021) 612 final} - {SWD(2021) 553 final} - {SWD(2021) 611 final} - {SWD(2021) 612 final}


ANNESS

TNAQQIS FL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET SERRA TAL-ISTATI MEMBRI SKONT L-ARTIKOLU 4(1)

It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri fl-2030 fir-rigward tal-livelli tagħhom fl-2005 iddeterminati skont l-Artikolu 4(3)

Kolonna 1

Kolonna 2

Il-Belġju

- 35 %

-47 %

Il-Bulgarija

- 0 %

-10 %

Iċ-Ċekja

- 14 %

-26 %

Id-Danimarka

- 39 %

-50 %

Il-Ġermanja

- 38 %

-50 %

L-Estonja

- 13 %

-24 %

L-Irlanda

- 30 %

-42 %

Il-Greċja

- 16 %

-22.7 %

Spanja

- 26 %

-37.7 %

Franza

- 37 %

-47.5 %

Il-Kroazja

- 7 %

-16.7 %

L-Italja

- 33 %

-43.7 %

Ċipru

- 24 %

-32 %

Il-Latvja

- 6 %

-17 %

Il-Litwanja

- 9 %

-21 %

Il-Lussemburgu

- 40 %

-50 %

L-Ungerija

- 7 %

-18.7 %

Malta

- 19 %

-19 %

In-Netherlands

- 36 %

-48 %

L-Awstrija

- 36 %

-48 %

Il-Polonja

- 7 %

-17.7 %

Il-Portugall

- 17 %

-28.7 %

Ir-Rumanija

- 2 %

-12.7 %

Is-Slovenja

- 15 %

-27 %

Is-Slovakkja

- 12 %

-22.7 %

Il-Finlandja

- 39 %

-50 %

L-Iżvezja

- 40 %

-50 %

Top