EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020PC0614

Proposta emendata għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ data bijometrika għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni] u tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni], għall-identifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż jew persuna apolida b’soġġorn illegali u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/818

COM/2020/614 final

Brussell, 23.9.2020

COM(2020) 614 final

2016/0132(COD)

Proposta emendata għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ data bijometrika għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni] u tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni], għall-identifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż jew persuna apolida b’soġġorn illegali u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/818


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Kuntest u raġunijiet għall-proposta

F’Lulju 2019, il-linji gwida politiċi tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ħabbru Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, ibbażat fuq approċċ komprensiv għall-fruntieri esterni, is-sistemi tal-ażil u tar-ritorn, iż-żona Schengen tal-moviment liberu, li jistabbilixxi d-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni, il-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni, u biex jippromwovi l-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri.

Il-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, ippreżentata flimkien ma’ sett ta’ proposti leġiżlattivi, li jinkludu din il-proposta li temenda l-proposta tal-2016 għal Regolament Eurodac riformulat, tirrappreżenta bidu ġdid dwar il-migrazzjoni. Fuq il-bażi tal-prinċipji ġenerali tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, il-Patt il-ġdid jirrakkomanda tfassil ta’ politika integrat, li jiġbor flimkien politiki fl-oqsma tal-ażil, tal-migrazzjoni, tar-ritorni, tal-protezzjoni tal-fruntieri esterni u tar-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi ewlenin.

L-isfidi tal-ġestjoni tal-migrazzjoni, inklużi dawk relatati mal-wasliet irregolari u r-ritorn, ma għandhomx jiġu indirizzati biss minn Stati Membri individwali, iżda mill-UE kollha kemm hi. Huwa meħtieġ qafas Ewropew li jista’ jimmaniġġja l-interdipendenza bejn il-politiki u d-deċiżjonijiet tal-Istati Membri. Dan il-qafas għandu jqis ir-realtajiet dejjem jinbidlu tal-migrazzjoni, li wasslu għal kumplessità akbar u ħtieġa intensifikata għal koordinazzjoni. Għalkemm l-għadd ta’ wasliet irregolari fl-Unjoni naqas bi 92 % mill-2015, għad hemm għadd ta’ sfidi strutturali li jpoġġu s-sistemi tal-ażil, tal-akkoljenza u tar-ritorn tal-Istati Membri taħt pressjoni.

Filwaqt li maż-żmien, l-għadd ta’ wasliet irregolari naqas, il-proporzjon ta’ migranti li jaslu minn pajjiżi b’rati ta’ rikonoxximent aktar baxxi minn 25 %, żdied minn 14 % fl-2015 għal 57 % fl-2018. Barra minn hekk, kien hemm proporzjon dejjem jikber ta’ każijiet kumplessi, billi l-wasla ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi bi ħtiġijiet ċari ta’ protezzjoni internazzjonali fl-2015-2016 ġiet parzjalment sostitwita b’wasliet ta’ persuni b’rati ta’ rikonoxximent aktar diverġenti. Barra minn hekk, minkejja t-tnaqqis fil-wasliet irregolari mill-2015 fl-UE kollha, l-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali kompla jiżdied, u hemm differenza ta’ erba’ darbiet meta dan jitqabbel mal-għadd ta’ wasliet. Dawn ix-xejriet jindikaw li dan l-ivvjaġġar se jkompli u applikazzjonijiet multipli għall-protezzjoni internazzjonali fl-UE. Fl-aħħar nett, in-natura tal-wasliet wara operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ titlob rispons speċifiku bħala parti mis-sistema ġenerali ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni, filwaqt li tirrikonoxxi li l-Istati Membri li jridu jindirizzaw il-konsegwenzi tal-wasliet wara t-tfittxija u s-salvataġġ jiffaċċjaw sfidi speċifiċi.

Il-proporzjon dejjem jiżdied ta’ applikanti għall-ażil li x’aktarx ma jirċevux protezzjoni internazzjonali fl-UE jirriżulta f’piż akbar biex jiġu pproċessati mhux biss l-applikazzjonijiet għall-ażil, iżda wkoll ir-ritorn ta’ migranti irregolari li l-applikazzjonijiet tagħhom ġew irrifjutati jew meqjusa inammissibbli. Ir-ritorn ta’ migranti irregolari li qatt ma japplikaw għal protezzjoni internazzjonali jkompli jżid ma’ dan. Għalhekk, huwa aktar importanti minn qatt qabel li jkun hemm rabta bla xkiel bejn il-proċeduri tal-ażil u tar-ritorn. Daqstant importanti huwa li jkun hemm ħidma lejn sistema ta’ ritorn aktar Ewropea. Il-migranti irregolari li ma jkollhom l-ebda intenzjoni li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jiġu diretti immedjatament lejn il-proċedura ta’ ritorn u mhux isibu ruħhom, awtomatikament, fil-proċedura tal-ażil.

Bl-istess mod, il-pressjoni fuq is-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri tkompli tpoġġi piż kbir fuq l-Istati Membri tal-ewwel wasla kif ukoll fuq is-sistemi tal-ażil ta’ Stati Membri oħra permezz ta’ movimenti mhux awtorizzati. Is-sistema attwali mhijiex biżżejjed biex tindirizza dawn ir-realtajiet. B’mod partikolari, bħalissa ma hemm l-ebda mekkaniżmu ta’ solidarjetà effettiv fis-seħħ.

Il-Patt il-Ġdid jibni fuq il-proposti tal-Kummissjoni għal riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil mill-2016, u fuq il-proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn tal-2018, kif ukoll iżid elementi ġodda addizzjonali biex jiżgura l-bilanċ meħtieġ għal qafas komuni li jiġbor flimkien l-aspetti kollha tal-politika dwar l-ażil u l-migrazzjoni. Il-proposta li temenda l-proposta tal-2016 għal riformulazzjoni tar-Regolament Eurodac 1 tistabbilixxi rabta ċara u konsistenti bejn l-individwi speċifiċi u l-proċeduri li jiġu soġġetti għalihom sabiex tgħin aħjar fil-kontroll tal-migrazzjoni irregolari u fid-detezzjoni ta’ movimenti mhux awtorizzati. Il-proposta tappoġġa wkoll l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ solidarjetà l-ġdid u tinkludi emendi konsegwenzjali li se jippermettu lill-Eurodac tiffunzjona fil-qafas tal-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE.

Flimkien ma’ din il-proposta, il-Kummissjoni qed tippreżenta proposta għal Regolament ġdid dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni 2 li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni fil-livell tal-UE, bħala parti minn approċċ komprensiv.

Barra minn hekk, il-proposta li temenda l-proposta tal-2016 għal Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil 3 u l-proposta għal Regolament li jistabbilixxi Skrinjar 4 , jiżguraw rabta bla xkiel bejn l-istadji kollha tal-proċedura tal-migrazzjoni, mill-proċedura l-ġdida ta’ qabel id-dħul sar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u ta’ persuni apolidi mingħajr dritt li jibqgħu fl-Unjoni. Dan l-iskrinjar ikun jikkonsisti f’kontrolli tal-identità, tas-saħħa u tas-sigurtà mal-wasla, bil-għan li l-persuna kkonċernata tiġi diretta lejn il-proċedura applikabbli, jiġifieri r-ritorn, ir-rifjut tad-dħul jew l-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.

Objettivi tal-proposta

Permezz tal-proposta tal-Kummissjoni tal-2016, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Eurodac diġà kien twessa’ billi ġew miżjuda kategoriji ġodda ta’ persuni li jenħtieġ li tinħażen id-data tagħhom, u dan jippermetti li jiġu identifikati l-migranti irregolari; barra minn hekk ġie prospost li titnaqqas l-età għat-teħid tal-marki tas-swaba’, jiġi permess il-ġbir tal-informazzjoni dwar l-identità flimkien mad-data bijometrika, u jiġi estiż il-perjodu tal-ħżin tad-data.

Il-proposta li temenda l-proposta tal-2016 tibni fuq ftehim proviżorju bejn il-koleġiżlaturi, tikkumplimenta dawn il-bidliet u għandha l-għan li tittrasforma l-Eurodac f’bażi ta’ data komuni Ewropea biex tappoġġa l-politiki tal-UE dwar l-ażil, ir-risistemazzjoni u l-migrazzjoni irregolari. Għalhekk għandha tappoġġa l-applikazzjoni tad-diversi miżuri u tar-regoli previsti fil-proposta għal Regolament ġdid dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni (pereż. ir-rilokazzjoni, iċ-ċaqliq tar-responsabbiltà) u tiżgura l-konsistenza mal-proposta għal Regolament dwar l-Iskrinjar. Barra minn hekk, għandha l-għan li tiġbor data aktar preċiża u kompluta biex tinforma t-tfassil tal-politika u b’hekk tgħin aħjar fil-kontroll tal-migrazzjoni irregolari u fid-detezzjoni ta’ movimenti mhux awtorizzati billi, minbarra l-applikazzjonijiet, ikun hemm ukoll l-għadd tal-applikanti individwali. Għandha wkoll l-għan li tappoġġa l-identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ politika xierqa f’dan il-qasam billi tippermetti li titfassal statistika li tikkombina data minn diversi bażijiet tad-data. Objettiv ieħor huwa li jingħata appoġġ addizzjonali lill-awtoritajiet nazzjonali li jittrattaw l-applikanti għall-ażil li l-applikazzjoni tagħhom tkun diġà ġiet irrifjutata fi Stat Membru ieħor permezz tal-immarkar tal-applikazzjonijiet rifjutati. Fl-aħħar nett, ir-Regolamenti li jistabbilixxu qafas dwar l-interoperabbiltà bejn is-sistemi tal-informazzjoni tal-UE, b’mod partikolari r-Regolament 2019/818, jinkludi l-Eurodac fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Fil-mument meta ġew adottati r-Regolamenti dwar l-Interoperabbiltà, ma setgħux isiru emendi li jirriżultaw mill-qafas tal-interoperabbiltà u relatati mal-aċċess għad-data tal-Eurodac, billi l-bażi tad-data attwali tal-Eurodac ma tinkludix data tal-identità alfanumerika. B’konsegwenza ta’ dan, din il-proposta tinkludi għadd ta’ emendi li għandhom l-għan li jiżguraw li l-Eurodac taħdem sew fil-qafas il-ġdid tal-interoperabbiltà u b’dan il-għan, tippreżenta aktar emendi meħtieġa għal żewġ strumenti legali oħra, jiġifieri r-Regolament VIS u r-Regolament ETIAS.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta hija kompletament konsistenti mal-Komunikazzjoni dwar il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil u mal-Pjan Direzzjonali ta’ inizjattivi li jakkumpanjawh, inklużi l-proposta għal Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni, il-proposta għal Regolament dwar l-Iskrinjar u l-proposta emendata għal Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil.

Din il-proposta tistabbilixxi l-limiti ta’ żmien previsti għat-teħid u t-trażmissjoni ta’ data bijometrika tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali. Il-punt minn meta jibdew jiddekorru dawn il-limiti ta’ żmien ġie stabbilit b’kont meħud tal-istadji ta’ qabel id-dħul previsti fil-proposta għal Regolament dwar l-Iskrinjar. Fir-rigward tal-proposta għal Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni, din il-proposta tiżgura li l-informazzjoni kollha meħtieġa tkun disponibbli għal rilokazzjoni jew it-trasferiment eventwali skont il-mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex tiġi eżaminata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Din il-proposta tiżgura wkoll konsistenza mar-reġim speċjali propost għat-trattament ta’ persuni żbarkati wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ fir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni.

Fir-rigward tal-proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn, din il-proposta żżid l-informazzjoni meħtieġa fil-Eurodac biex jiġi ffaċilitat ir-ritorn ta’ persuni li l-applikazzjoni tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali ġiet miċħuda.

Ir-Regolamenti (UE) 2019/817 5 u (UE) 2019/818 6 dwar l-Interoperabbiltà jinkludu b’mod espliċitu l-Eurodac fost il-bażijiet tad-data li jikkomunikaw ma’ xulxin permezz tal-interoperabbiltà. Dan joħroġ mill-fatt li l-Eurodac hija inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-interoperabbiltà kif stabbilit fiż-żewġ Regolamenti dwar l-Interoperabbiltà, mir-referenzi ripetuti tagħha fil-premessi bħala li tipparteċipa fil-pjattaforma tal-interoperabbiltà, u fl-artikoli operazzjonali huwa previst li l-Eurodac tfittex fir-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità għall-finijiet tal-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra. B’mod partikolari, l-Artikolu 69 tar-Regolament 2019/817 jistabbilixxi li l-Eurodac se tkun fost l-erba’ sistemi tal-UE li d-data tagħhom għandha tiġi konnessa matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni sal-bidu tal-operat tal-MID biex jiġu detetti identitajiet multipli (multiple-identity detection, MID). Madankollu, mit-test taż-żewġ Regolamenti dwar l-Interoperabbiltà joħroġ daqstantieħor ċar ukoll li l-biċċa l-kbira tal-proċessi li jiġu stabbiliti minnhom mhux se japplikaw fir-rigward tal-Eurodac qabel id-data meta tibda tapplika r-riformulazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 attwali tal-Eurodac 7 . Madankollu, biex l-applikazzjoni sħiħa tal-interoperabbiltà ssir effettiva, huma meħtieġa għadd ta’ emendi tar-Regolament (UE) 2019/818 u tar-regolament Eurodac innifsu. Dawn l-emendi, partikolarment relatati mal-aċċess għad-data tal-Eurodac, ma setgħux isiru fil-mument tal-adozzjoni tar-Regolamenti dwar l-Interoperabbiltà, billi l-bażi tad-data tal-Eurodac fil-forma attwali tagħha ma fihiex data alfanumerika dwar l-identità. L-emendi li saru lill-Eurodac permezz ta’ din il-proposta, b’mod partikolari l-kategoriji kollha ta’ data personali li se jiġu rreġistrati f’din l-okkażjoni, jagħmlu l-parteċipazzjoni sħiħa tal-Eurodac fil-pjattaforma tal-interoperabbiltà sinifikattiva u operazzjonali.

Fl-aħħar nett, il-proposta tiżgura wkoll konsistenza mal-ftehimiet politiċi proviżorji li diġà ntlaħqu dwar ir-Regolament dwar il-Kwalifika, id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza, ir-Regolament dwar il-Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni, u r-Regolament tal-Aġenzija tal-UE għall-Ażil billi l-elementi tal-proposta tal-Eurodac tal-2016 li jikkonċernaw dawn il-proposti ma ġewx immodifikati mill-proposta emendata.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta hija marbuta mill-qrib u tikkomplementa politiki oħrajn tal-Unjoni, jiġifieri:

(a)L-interoperabbiltà: Din il-proposta trid tiżgura l-funzjonament tal-Eurodac fil-qafas tal-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE.

(b)Il-protezzjoni tad-data: Din il-proposta trid tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata tal-individwi li d-data personali tagħhom hija pproċessata fil-Eurodac.

(c)Is-sigurtà: Din il-proposta tqis l-istadju ta’ qabel id-dħul previst fil-proposta għal Regolament dwar l-Iskrinjar, li jipprevedi kontroll tas-sigurtà.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Din il-proposta tuża l-Artikolu 78(2)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) bħala l-bażi ġuridika biex tagħmel it-teħid ta’ data bijometrika pass obbligatorju fil-qafas tal-proċedura ta’ protezzjoni internazzjonali. Hija tuża l-Artikolu 78(2)(e) bħala bażi ġuridika rigward il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi ddeterminat liema Stat Membru huwa responsabbli biex jikkunsidra applikazzjoni għall-ażil jew protezzjoni sussidjarja. Tuża wkoll l-Artikolu 78(2)(g) bħala bażi ġuridika għad-dispożizzjonijiet relatati mar-risistemazzjoni. Barra minn hekk, hija tuża l-Artikolu 79(2)(c) bħala l-bażi ġuridika fir-rigward tal-elementi ta’ identifikazzjoni ta’ ċittadin irregolari ta’ pajjiż terz jew ta’ persuna apolida rigward l-immigrazzjoni irregolari u r-residenza mhux awtorizzata, inkluża t-tneħħija u r-ripatrijazzjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni; l-Artikolu 87(2)(a) bħala l-bażi ġuridika fir-rigward tal-elementi relatati mal-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta’ informazzjoni relevanti għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi; u l-Artikolu 88(2)(a) bħala l-bażi ġuridika fir-rigward tal-kamp ta’ azzjoni u l-kompiti tal-Europol inkluż il-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju tal-informazzjoni.

Ġeometrija varjabbli

L-Irlanda hija marbuta bir-Regolament (UE) Nru 603/2013, billi hija nnotifikat ix-xewqa tagħha, fuq il-bażi tal-protokoll imsemmi hawn fuq, li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

F’konformità mal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tal-Irlanda, dan l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din il-proposta. Għandu wkoll din l-għażla wara l-adozzjoni tal-proposta.

Skont il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u t-TFUE, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni mill-Kunsill tal-miżuri skont it-Titolu V TFUE (bl-eċċezzjoni tal-“miżuri li jiddeterminaw il-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri, jew miżuri li għandhom x’jaqsmu ma’ format uniformi għall-viżi”). Għaldaqstant, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta minnu u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Madankollu, billi d-Danimarka tapplika r-Regolament Eurodac attwali, wara ftehim internazzjonali li hi kkonkludiet mal-UE fl-2006, hi għandha, skont l-Artikolu 3 ta’ dan il-ftehim 8 , tinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha jekk hux se timplimenta jew le l-kontenut tar-Regolament emendat.

Impatt tal-proposta fuq id-Danimarka u Stati Membri mhux fl-UE assoċjati mas-sistema (preċedenti) ta’ Dublin

Flimkien mal-assoċjazzjoni ta’ diversi pajjiżi li mhumiex Stati Membri tal-UE mal-acquis ta’ Schengen, il-Komunità kkonkludiet diversi ftehimiet li jassoċjaw dawn il-pajjiżi anki mal-acquis (preċedenti) ta’ Dublin/Eurodac:

il-ftehim ta’ assoċjazzjoni tal-Iżlanda u tan-Norveġja, konkluż fl-2001 9 ;

il-ftehim ta’ assoċjazzjoni tal-Iżvizzera, konkluż fit-28 ta’ Frar 2008 10 ;

il-protokoll ta’ assoċjazzjoni ta’ Liechtenstein, konkluż fit-18 ta’ Ġunju 2011 11 .

Sabiex jinħolqu drittijiet u obbligi bejn id-Danimarka – li, kif spjegat hawn fuq, ġiet assoċjata mal-acquis (preċedenti) ta’ Dublin/Eurodac permezz ta’ ftehim internazzjonali – u l-pajjiżi assoċjati msemmija hawn fuq, ġew konklużi żewġ strumenti oħrajn bejn il-Komunità u l-pajjiżi assoċjati 12 .

F’konformità mat-tliet ftehimiet imsemmija hawn fuq, il-pajjiżi assoċjati għandhom jaċċettaw l-acquis (preċedenti) ta’ Dublin/Eurodac u l-iżviluppi tiegħu mingħajr eċċezzjoni. Għalkemm ma jiħdux sehem fl-adozzjoni ta’ xi att li jemenda jew li jibni fuq l-acquis (preċedenti) ta’ Dublin (jiġifieri lanqas fl-adozzjoni ta’ din il-proposta) dawn il-pajjiżi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien stipulat bid-deċiżjoni tagħhom jekk jaċċettawx jew le l-kontenut ta’ dan l-att, ladarba jkun approvat mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew. F’każ li n-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera jew il-Liechtenstein ma jaċċettawx att li jemenda jew li jibni fuq l-acquis (preċedenti) ta’ Dublin/Eurodac, tiġi applikata l-klawżola tal-“gilljottina” u l-ftehimiet rispettivi jintemmu, sakemm il-Kumitat Konġunt/Imħallat stabbilit mill-ftehimiet ma jiddeċidix mod ieħor b’unanimità.

Il-kamp tal-applikazzjoni tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni msemmija hawn fuq mal-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, kif ukoll il-ftehim parallel mad-Danimarka ma jkoprix l-aċċess għall-infurzar tal-liġi għall-Eurodac. Għal dan il-għan, ftehimiet kumplimentari ma’ dawk l-Istati Assoċjati jinsabu fil-proċess ta’ ratifika.

Sussidjarjetà

Il-proposta attwali tistipula li t-tqabbil ta’ data tal-marki tas-swaba’ bl-użu tal-Eurodac jista’ jsir biss wara li l-bażijiet tad-data nazzjonali tal-marki tas-swaba’ u l-Bażijiet tad-Data Awtomatizzati tal-Marki tas-Swaba’ ta’ Stati Membri oħra skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI (il-Ftehimiet ta’ Prüm) jagħtu riżultati negattivi. Din ir-regola tfisser li jekk xi Stat Membru ma jkunx implimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ hawn fuq u ma jkunx jista’ jwettaq il-verifika ta’ Prüm, lanqas ma jista’ jagħmel verifika fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi. Bl-istess mod, kwalunkwe Stat assoċjat li ma jkunx implimenta jew ma pparteċipax fil-Ftehimiet ta’ Prüm ma jistax iwettaq tali verifika fil-Eurodac.

L-inizjattiva proposta tikkostitwixxi żvilupp ieħor tar-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni u tal-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni u biex jiġi żgurat li regoli komuni dwar il-ġbir ta’ data dwar il-marki tas-swaba’ u l-immaġni tal-wiċċ għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet tal-Eurodac huma applikati bl-istess mod fl-Istati Membri kollha. Hija toħloq strument li jipprovdi lill-Unjoni Ewropea b’informazzjoni dwar kemm ċittadini minn pajjiżi terzi jidħlu fl-UE b’mod irregolari jew wara operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ u japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali, li huwa indispensabbli għat-tfassil ta’ politika sostenibbli u bbażata fuq l-evidenza fil-qasam tal-migrazzjoni u l-politika dwar il-viża.

Din il-proposta se tassisti wkoll lill-Istati Membri biex jidentifikaw ċittadini minn pajjiżi terzi b’soġġorn illegali u dawk li jkunu daħlu fl-Unjoni Ewropea b’mod irregolari fil-fruntieri esterni, bil-ħsieb li din l-informazzjoni tintuża biex tgħin Stat Membru sabiex jipprovdi dokumenti lil ċittadin ta’ pajjiż terz għall-finijiet ta’ ritorn.

Minħabba n-natura tranżnazzjonali tal-problemi relatati mal-protezzjoni għall-ażil u l-protezzjoni tar-refuġjati, l-UE qiegħda fil-pożizzjoni t-tajba sabiex tipproponi soluzzjonijiet fil-qafas tas-Sistema Komuni Ewropea għall-Ażil (Common European Asylum System, CEAS) għall-kwistjonijiet deskritti aktar ’il fuq bħala problemi dwar ir-Regolament Eurodac.

Emenda tar-Regolament Eurodac hi meħtieġa wkoll sabiex jiġi miżjud skop addizzjonali, jiġifieri l-kontroll tal-migrazzjoni irregolari u l-movimenti mhux awtorizzati ta’ migranti irregolari fl-UE u fir-rigward ta’ din l-emenda, skop li jippermetti li minbarra l-applikazzjonijiet, jingħaddu wkoll l-applikanti. Dan l-għan ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri waħedhom. Bl-istess mod, l-applikazzjoni effiċjenti tar-raġunijiet għall-esklużjoni skont ir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni] ma tistax issir mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom. Fl-aħħar nett, il-modifiki meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tal-qafas tal-interoperabbiltà jistgħu jiġu proposti biss mill-Kummissjoni u fil-livell tal-UE, mhux mill-Istati Membri waħedhom.

Proporzjonalità

L-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jgħid li azzjoni mill-Unjoni ma għandhiex tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi tat-Trattat. Il-forma magħżula għal din l-azzjoni tal-UE trid tippermetti li l-proposta tilħaq l-għan tagħha u li tkun implimentata bl-iktar mod effettiv possibbli.

Il-proposta hija xprunata mill-prinċipji ta’ privatezza prestabbilita u mid-disinn, li jirrikjedu li l-proċessi tan-negozju tal-Eurodac jitfasslu mill-bidu sabiex jaderixxu mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data, u hija proporzjonata f’termini tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali fis-sens li ma teħtiġx il-ġbir u l-ħażna ta’ aktar data għal perjodu itwal milli huwa assolutament meħtieġ biex is-sistema tkun tista’ tiffunzjona u tilħaq l-għanijiet tagħha. Barra minn hekk, is-salvagwardji u l-mekkaniżmi kollha meħtieġa għall-protezzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Eurodac, se jiġu previsti u implimentati, partikolarment il-protezzjoni tal-ħajja privata u tad-data personali tagħhom.

Fil-livell tal-UE, mhux se jkun hemm il-bżonn ta’ proċessi jew ta’ armonizzazzjoni ulterjuri biex is-sistema tiffunzjona. Il-miżura prevista hija proporzjonata fis-sens li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ f’termini ta’ azzjoni fil-livell tal-UE biex jintlaħqu l-objettivi definiti.

Għażla tal-istrument u teknika leġiżlattiva

Din il-proposta temenda l-proposta tal-2016 għal riformulazzjoni tar-Regolament Eurodac. Filwaqt li l-Kummissjoni tappoġġa l-elementi kollha tal-ftehim proviżorju bejn il-koleġiżlaturi dwar il-proposta tal-2016 għal riformulazzjoni tar-Regolament Eurodac, minn dak il-ftehim proviżorju din il-proposta emendata tinkludi biss l-artikoli li huma proposti li jiġu modifikati b’mod sinifikanti. Għalhekk, ċerti artikoli miftiehma b’mod proviżorju bejn il-koleġiżlaturi (pereż. l-artikoli dwar persuni fi proċedura ta’ ammissjoni u dwar persuni risistemati) mhumiex inklużi. Konsegwentement, f’każ ta’ tlieta mill-artikoli f’din il-proposta emendata (l-Artikolu 9 dwar l-Istatistika, l-Artikolu 19 dwar l-Immarkar u l-imblukkar tad-data u l-Artikolu 40a li jintroduċi emendi għar-Regolament (UE) 2019/818) xi wħud mill-elementi tal-ftehim proviżorju (jiġifieri, il-partijiet li jirreferu għal persuni fi proċedura ta’ ammissjoni u għal persuni risistemati) ma setgħux jiġu inklużi billi ma kienx possibbli li ssir kontroreferenza għall-artikoli rispettivi. Barra minn hekk, jeħtieġ li jsiru xi aġġustamenti tekniċi ulterjuri għal artikoli oħra koperti mill-ftehim proviżorju biex jiġu riflessi l-bidliet introdotti minn din il-proposta emendata.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex-post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Din il-proposta temenda proposta eżistenti u għalhekk ma hemm l-ebda evalwazzjoni ex-post/kontroll tal-idoneità disponibbli tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Madankollu, hemm evidenza disponibbli permezz ta’ sorsi oħra li jindikaw il-ħtieġa ta’ dawn l-emendi. Għalhekk, fir-rigward tad-data miġbura fil-qasam tal-ażil, id-diskussjonijiet li saru mal-Istati Membri (pereż. fil-korpi preparatorji tal-Kunsill) mill-2016 ’il quddiem enfasizzaw firxa ta’ elementi li jaffettwaw l-effiċjenza tar-rispons tat-tfassil tal-politika. F’dan is-sens, il-pożizzjonijiet espressi matul in-negozjati tal-pakkett tas-SEKA tal-2016, id-diskussjonijiet li saru f’diversi fora oħra, kemm fil-livell tekniku kif ukoll f’dak politiku u l-kontributi għall-Patt il-ġdid li saru minn Stati Membri differenti, indikaw il-pressjoni li movimenti mhux awtorizzati jagħmlu fuq is-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri. Dawn indikaw ukoll il-limitazzjonijiet tal-analiżi attwali 13 f’dan il-qasam li ma jipprovdux stampa preċiża tal-fenomenu. Dan huwa relatat mal-fatt li d-data disponibbli għal tali finijiet tirreferi għal proċeduri amministrattivi minflok individwi. Billi bħalissa ma hemm l-ebda numri preċiżi fir-rigward ta’ kemm hemm applikanti (għall-ewwel darba) fl-UE u kemm minnhom jiċċaqilqu minn Stat Membru għal ieħor, kwalunkwe tentattiv ulterjuri biex jiġi analizzat il-fenomenu (pereż. ir-raġunijiet wara dawn il-movimenti, il-profili, il-destinazzjonijiet preferuti) huma awtomatikament spekulattivi fin-natura tagħhom. Konsegwentement, l-identifikazzjoni ta’ risponsi ta’ politika xierqa għal dawn il-movimenti hija nieqsa kemm minn direzzjoni preċiża kif ukoll mill-effiċjenza.

Bl-istess mod, id-diskussjonijiet enfasizzaw il-ħtieġa li tissaħħaħ ir-rabta bejn l-ażil u r-ritorn inkluż billi l-informazzjoni meħtieġa ssir disponibbli immedjatament għall-awtoritajiet rilevanti.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Qabel it-tnedija tal-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-partijiet ikkonċernati f’għadd ta’ okkażjonijiet biex tiġbor il-fehmiet tagħhom dwar il-Patt futur dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil bejn Diċembru 2019 u Lulju 2020. B’mod parallel, il-Presidenzi tar-Rumanija, tal-Finlandja u tal-Kroazja kellhom skambji kemm strateġiċi kif ukoll tekniċi dwar il-futur ta’ diversi aspetti tal-politika dwar il-migrazzjoni, inkluż l-ażil, ir-ritorn, ir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi dwar ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni. Dawn il-konsultazzjonijiet u l-iskambji wrew appoġġ għal bidu ġdid dwar il-politika Ewropea dwar l-ażil u l-migrazzjoni biex jiġu indirizzati b’mod urġenti n-nuqqasijiet fis-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, biex titjieb l-effettività tas-sistema ta’ ritorn, jiġu strutturati aħjar u jiġu mgħammra r-relazzjonijiet tagħna ma’ pajjiżi terzi dwar ir-riammissjoni u jkun hemm l-għan ta’ riintegrazzjoni sostenibbli tal-migranti li jirritornaw.

Ġew organizzati għadd ta’ workshops u diskussjonijiet matul il-Presidenza Finlandiża f’diversi fora tal-Kunsill, inkluża l-konferenza ta’ Tampere 2.0 li saret fl-24-25 ta’ Ottubru 2019 f’Helsinki u l-Forum ta’ Salzburg li sar fi Vjenna fis-6-7 ta’ Novembru 2019, fejn l-Istati Membri laqgħu l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tniedi mill-ġdid ir-riforma ta’ Dublin sabiex jinstabu forom ġodda ta’ solidarjetà li l-Istati Membri kollha jkunu obbligati jikkontribwixxu għalihom. L-Istati Membri enfasizzaw li l-miżuri ta’ solidarjetà għandhom jimxu id f’id ma’ miżuri ta’ responsabbiltà. Barra minn hekk, huma enfasizzaw il-ħtieġa urġenti li jiġu miġġielda movimenti mhux awtorizzati fl-UE, kif ukoll li jiġu infurzati r-ritorni għal dawk li mhumiex fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali.

F’diversi okkażjonijiet, il-Kummissarju Johansson u s-servizzi tal-Kummissjoni kellhom konsultazzjonijiet iffokati mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ), ir-rappreżentanti tal-Inizjattiva għat-Tfal fil-Migrazzjoni, u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi lokali rilevanti fl-Istati Membri. F’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi ffukaw fuq approċċ komuni għal standards speċifiċi għat-tfal wara l-Komunikazzjoni tal-2017 dwar it-Tfal Migranti 14 . Is-soċjetà ċivili ġiet ikkonsultata wkoll fil-proċess tal-Forum Konsultattiv stabbilit mill-EASO, dwar suġġetti bħall-passi inizjali fil-proċedura tal-ażil (2019).

Il-Kummissjoni qieset diversi rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali u lokali 15 mhux governattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-UNHCR, 16 l-IOM 17 , kif ukoll gruppi ta’ riflessjoni u l-akkademja, dwar kif wieħed jista’ jagħmel bidu ġdid u jindirizza l-isfidi attwali tal-migrazzjoni f’konformità mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem. Fil-fehma tagħhom, bidu ġdid tar-riforma għandu jirrevedi ċerti regoli għad-determinazzjoni tar-responsabbiltà u jipprevedi mekkaniżmu ta’ solidarjetà obbligatorja inkluż għal persuni żbarkati wara operazzjoni SAR. L-organizzazzjonijiet mhux governattivi jirrakkomandaw ukoll fehim komuni tar-responsabbiltà fost l-Istati Membri u appellaw biex ir-regoli riveduti ta’ Dublin jinkludu mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni aktar permanenti 18 . Fil-qafas tal-proġett MEDAM, pereżempju, iċ-Ċentru tal-Politika dwar il-Migrazzjoni rrakkomanda li tiddaħħal tabella ta’ valutazzjoni tal-politika dwar il-migrazzjoni bil-għan li jiġi mmonitorjat il-progress dwar l-ażil u l-migrazzjoni fil-livell tal-UE 19 .

Il-Kummissjoni qieset ukoll il-kontributi u l-istudji tan-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni 20 , li tnedew bl-inizjattiva tagħha u li matul l-aħħar snin ipproduċew diversi studji speċjalizzati u mistoqsijiet ad hoc.

It-tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza

Il-Kummissjoni tiffavorixxi tfassil ta’ politika bbażat fuq l-evidenza u tirreferi għad-dokument separat (XXX) li jagħti dettalji dwar id-data u elementi li jappoġġaw l-approċċ propost għad-diversi sfidi identifikati mill-2016 ’il quddiem għall-finalizzazzjoni tar-riforma tas-SEKA.

Fir-rigward tal-Eurodac, dawn jirreferu prinċipalment għall-possibbiltajiet limitati attwali għall-analiżi ta’ movimenti mhux awtorizzati minħabba l-limitazzjonijiet li ġġib magħha d-data disponibbli (data li tirreferi għal applikazzjonijiet minflok individwi), għall-ħtieġa li jiġu riflessi r-regoli l-ġodda introdotti fil-proposta għal Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni u għall-ħtieġa li jiġu introdotti emendi fir-Regolament Eurodac li jippermettu l-funzjonament tas-sistema fil-qafas tal-interoperabbiltà.

Drittijiet fundamentali

L-ispjegazzjonijiet tad-drittijiet fundamentali marbuta mar-Regolament riformulat propost fl-2016 jibqgħu validi.

Fost l-elementi l-ġodda introdotti mill-proposta emendata, il-konnessjoni tas-settijiet kollha tad-data li jappartjenu għal persuna waħda f’sekwenza waħda biex jippermetti l-għadd ta’ applikanti minbarra l-għadd ta’ applikazzjonijiet mhux se jimmodifika l-mod kif tinġabar u tiġi pproċessata d-data bijometrika. Ma hu se jinħoloq l-ebda fajl ġdid. L-Istati Membri se jżommu s-sjieda tas-sett tad-data trażmess u se japplikaw is-salvagwardji kollha, il-ħżin tad-data u r-regoli tas-sigurtà tad-data previsti mill-proposta oriġinali tal-2016. Barra minn hekk, se jkunu previsti wkoll salvagwardji xierqa fir-rigward tal-proċedura ta’ konnessjoni billi s-settijiet tad-data se jkunu marbuta fis-sekwenza biss meta l-hit tiġi kkonfermata mill-Istati Membri (b’verifika minn espert tal-marki tas-swaba’ jekk ikun meħtieġ). Fir-rigward tal-kategorija l-ġdida ta’ persuni żbarkati wara operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ, tali persuni diġà huma rreġistrati fil-Eurodac taħt il-kategorija ta’ persuni li nqabdu b’konnessjoni ma’ qsim irregolari tal-fruntiera esterna. Il-kategorija separata l-ġdida tagħti stampa aktar preċiża tal-flussi migratorji u tiffaċilita l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni. Fl-aħħar mill-aħħar, regoli bħal dawn jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal dawk il-persuni miġjuba l-art wara operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ billi jippermettu riflessjoni aktar korretta tal-istatus tagħhom billi dawn mhux se jkunu rreġistrati bħala persuni li jaqsmu l-fruntiera b’mod irregolari. Se tinġabar l-istess data bħal dik għall-kategoriji l-oħra li jkollhom l-istess regoli u salvagwardji għat-trażmissjoni, għall-ipproċessar u għall-ħżin.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta timplika emenda teknika tas-sistema ċentrali tal-Eurodac sabiex tipprovi l-possibilità li jitwettqu paraguni għat-tliet kategoriji ta’ data u għall-ħżin tal-kategoriji tad-data. Il-funzjonalitajiet l-oħra bħall-ħżin ta’ data bijografika flimkien ma’ immaġni tal-wiċċ meħuda mill-ġenb se jeħtieġu aktar emendi fis-Sistema Ċentrali

Il-kost stmat ta’ EUR 29,872 miljun jinkludi kostijiet għal titjib tekniku u kapaċità akbar ta’ ħżin u fluss fis-Sistema Ċentrali. Dan jikkonsisti wkoll f’servizzi relatati mal-IT, software u hardware u jkopri l-aġġornament u l-adattament sabiex jiġu permessi riċerki għal kull kategorija ta’ data, kemm għall-finijiet ta’ ażil kif ukoll tal-migrazzjoni irregolari. Dan jirrifletti wkoll il-kostijiet tal-persunal addizzjonali meħtieġa minn eu-LISA.

Id-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża ma’ din il-proposta tirrifletti dawn l-elementi. Tirrifletti wkoll il-kostijiet relatati mal-bidliet introdotti mill-koleġiżlaturi (il-ħolqien ta’ żewġ kategoriji ġodda jiġifieri persuni rreġistrati għall-fini tat-twettiq ta’ proċedura ta’ ammissjoni u persuni risistemati skont skema nazzjonali ta’ risistemazzjoni, il-ħżin ta’ kopji bil-kulur ta’ dokumenti tal-identità jew tal-ivvjaġġar u l-possibbiltà li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jfittxu fil-Eurodac bl-użu ta’ data alfanumerika) kif ukoll l-istudju dwar ir-rikonoxximent tal-wiċċ previst mill-proposta riformulata tal-2016 (EUR 7 miljun).

L-emendi relatati mal-interoperabbiltà introdotti minn din il-proposta emendata huma koperti mid-dikjarazzjoni finanzjarja tal-qafas tal-interoperabbiltà (EUR 15-il miljun).

5.ELEMENTI OĦRA

Arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar 

It-test tal-proposta tal-2016 kif miftiehem proviżorjament mill-koleġiżlaturi jipprevedi, fl-Artikolu 42 tiegħu, tliet tipi ta’ obbligi ta’ rappurtar kif ġej:

Darba fis-sena, l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-EDPS rapport dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali (fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri);

Seba’ snin wara l-adozzjoni u kull erba’ snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tipproduċi evalwazzjoni ġenerali tal-Eurodac, li teżamina r-riżultati miksuba permezz ta’ miri u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali (fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-eu-LISA, l-Istati Membri u l-Europol);

Kull sentejn, kull Stat Membru u l-Europol għandhom iħejju rapporti dwar l-effettività tat-tqabbil tad-data bijometrika mad-data tal-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tiġbor dawn ir-rapporti f’rapport dwar l-aċċess għall-infurzar tal-liġi għall-Eurodac li se jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-KEPD. Dan ir-rapport huwa differenti għar-rapport deskritt fil-punt preċedenti.

Ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali li se jkollha tħejji eu-LISA, se jinkludi informazzjoni dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni tal-Eurodac skont indikaturi kwantitattivi ddefiniti minn qabel (pereż. l-għadd totali ta’ settijiet ta’ data u għal kull kategorija, l-għadd ta’ hits, il-mod kif l-Istati Membri jimplimentaw l-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-data bijometrika lill-Eurodac, inkluż id-dewmien eċċ).

Ir-rapport li jinkludi fih l-evalwazzjoni ġenerali tal-Eurodac, li se jkollu jitħejja mill-Kummissjoni, se jimmonitorja r-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi stabbiliti mir-regolament u se jkejjel l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari l-protezzjoni tad-data u d-drittijiet tal-privatezza, inkluż jekk l-aċċess għall-infurzar tal-liġi wassalx għal diskriminazzjoni indiretta kontra persuni koperti mir-Regolament Eurodac.

Ir-rapporti dwar l-effettività tat-tqabbil tad-data bijometrika mad-data tal-Eurodac imħejjija mill-Europol u minn kull Stat Membru se jivvalutaw, fost l-oħrajn, l-iskop eżatt tat-tqabbil, ir-raġunijiet mogħtija għal suspett raġonevoli, l-għadd u t-tip ta’ każijiet li spiċċaw b’identifikazzjoni b’suċċess.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Din il-proposta emendata jeħtieġ li tiġi kkunsidrata fil-kuntest tan-negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta tal-Kummissjoni tal-2016 għal riformulazzjoni tar-Regolament Eurodac u għandha titqies bħala li tikkumplimenta dawk id-diskussjonijiet. Dawn in-negozjati wasslu għal ftehim proviżorju bejn il-koleġiżlaturi, li l-Kummissjoni tappoġġa u tqis li dan itejjeb b’mod sinifikanti l-funzjonament tal-Eurodac.

Għal referenza faċli, it-test innegozjat mill-koleġiżlaturi inklużi f’din il-proposta, meta mqabbel mal-proposta tal-Kummissjoni tal-2016, huwa mmarkat b’tipa grassa. L-emendi mmirati l-ġodda huma mmarkati b’tipa grassa sottolinjata.

1.L-għadd tal-applikanti, apparti l-għadd ta’ applikazzjonijiet

Diskussjonijiet riċenti f’diversi fora (korpi preparatorji tal-Kunsill, Gruppi Konsultattivi) u kontributi għall-Patt il-ġdid li ġejjin mill-Istati Membri matul il-konsultazzjoni indikaw b’mod ċar sett ta’ lakuni fil-ġbir u l-analiżi tal-informazzjoni fil-livell tal-UE fil-qasam tal-ażil u l-migrazzjoni. Dan isir partikolarment rilevanti meta jiġu analizzati movimenti mhux awtorizzati f’dan il-qasam: bħalissa ma hemm l-ebda possibbiltà li wieħed ikun jaf kemm hemm applikanti fl-UE minħabba li n-numri jirreferu għall-applikazzjonijiet u għalhekk diversi applikazzjonijiet jistgħu jappartjenu għall-istess persuna. Meta wieħed iqis dan, jeħtieġ li s-sistema Eurodac tiġi ttrasformata minn bażi tad-data li tgħodd l-applikazzjonijiet għal bażi tad-data li tgħodd l-applikanti. Dan jista’ jsir billi s-settijiet kollha ta’ data fil-Eurodac li jappartjenu għal persuna waħda, irrispettivament mill-kategorija tagħhom, jiġu konnessi f’sekwenza waħda, li tippermetti li jingħaddu l-persuni. Barra minn hekk, dispożizzjoni speċifika tippermetti lill-eu-LISA tipproduċi statistika dwar l-għadd ta’ applikanti għall-ażil u l-applikanti għall-ewwel darba, li tipprovdi stampa preċiża ta’ kemm ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi jitolbu ażil fl-UE. L-aggregazzjoni ta’ din id-data ma’ tip ieħor ta’ data bħal dik dwar it-trasferimenti skont ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni, se tipprovdi l-input xieraq għat-tip it-tajjeb ta’ rispons ta’ politika fir-rigward ta’ movimenti mhux awtorizzati.

2.Statistika bejn sistema u oħra

Dispożizzjoni ġdida li tibni fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti dwar l-Interoperabbiltà 21 (l-Artikolu 39), se tippermetti lill-eu-LISA tfassal statistiki bejn sistema u oħra bl-użu ta’ data mill-Eurodac, is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (Entry/Exit System, EES), l-ETIAS u s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (Entry/Exit System, VIS). Għan wieħed ikun li wieħed ikun jaf, pereżempju, kemm miċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi nħarġilhom viża għal soġġorn qasir minn Stat Membru partikolari jew f’pajjiż terz partikolari, ipproċedew biex jidħlu legalment (u fejn) u mbagħad ipproċedew biex japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali (u fejn). Dan joffri l-informazzjoni ta’ sfond meħtieġa għall-valutazzjoni ta’ dawn il-fenomeni u għar-rispons politiku xieraq. Id-dispożizzjoni tipprevedi wkoll li minbarra l-Kummissjoni u l-Istati Membri, l-Aġenzija futura tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil u l-Frontex ikollhom ukoll aċċess għal tali statistika billi ż-żewġ aġenziji, fil-qafas tal-mandat rispettiv tagħhom, jipproduċu analiżi siewja fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil.

3.Il-ħolqien ta’ kategorija ġdida għal persuni żbarkati wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ (search and rescue, SAR)

Il-proposta l-ġdida għal Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni tipprovdi kriterju ta’ responsabbiltà għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali meta l-applikazzjoni tkun ġiet irreġistrata wara l-iżbark tal-persuna kkonċernata wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ (skont ir-regoli attwali dawn il-persuni huma koperti mill-kriterju tad-dħul irregolari). Dan jiġi rifless aħjar fl-acquis tal-ażil l-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tfittxija u s-Salvataġġ Marittimi 22 . Filwaqt li r-regoli ta’ responsabbiltà għal din il-kategorija l-ġdida huma l-istess bħar-regoli għal persuni li jidħlu b’mod irregolari, id-distinzjoni hija rilevanti fir-rigward tal-fatt li l-Istati Membri tal-iżbark jiffaċċjaw sfidi speċifiċi billi ma jistgħux japplikaw għall-iżbarki tas-SAR l-istess għodod bħal dawk għal qsim irregolari bl-art jew bl-ajru. Pereżempju, ma hemm l-ebda verifiki uffiċjali fil-fruntiera għall-wasliet tas-SAR, li mhux biss ifisser li huwa aktar diffiċli li jiġu definiti l-punti tad-dħul, iżda wkoll li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ma jkollhom l-ebda punt fejn ifittxu uffiċjalment id-dħul. Għalhekk, jeħtieġ li jkun hemm kategorija separata għal dawn il-persuni fil-Eurodac minflok ma jiġu rreġistrati bħala persuni li jaqsmu l-fruntiera b’mod irregolari (kif inhu l-każ bħalissa). Barra minn hekk, dan se jwassal ukoll għal stampa aktar preċiża tal-kompożizzjoni tal-flussi migratorji fl-UE.

4.L-iżgurar ta’ konsistenza sħiħa mal-proposta għal Regolament dwar l-Ażil u l-Migrazzjoni

Minbarra l-ħolqien tal-kategorija l-ġdida għal persuni żbarkati wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ, din il-proposta emendata żżid ukoll sett ta’ dispożizzjonijiet li jirriflettu l-aspetti rilevanti kollha rigward ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru (id-diversi kriterji biex jiġu stabbiliti r-responsabbiltà, iċ-ċaqliq tar-responsabbiltà u l-waqfien tar-responsabbiltà). Dawn id-dispożizzjonijiet jiżdiedu ma’ dawk li diġà kienu inklużi fil-proposta oriġinali tal-2016. Fl-aħħar nett, din il-proposta emendata fiha dispożizzjonijiet dwar ir-rilokazzjoni tal-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, u b’hekk tirrifletti bis-sħiħ id-diversi xenarji li jinsabu fil-proposta għal Regolament dwar l-Ażil u l-Migrazzjoni.

5.L-iżgurar tal-konsistenza mal-iskrinjar

Għadd limitat ta’ bidliet kienu meħtieġa biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-proposta għal Regolament dwar l-Iskrinjar. F’dan is-sens, jeħtieġ li l-mument minn meta jibda jiffunzjona l-limitu ta’ żmien għat-teħid u t-trażmissjoni ta’ data bijometrika għall-applikanti jiġi adattat biex ikopri d-diversi xenarji possibbli previsti minn dik il-proposta sabiex jiġi żgurat fluss bla xkiel tal-proċedura tal-ażil.

6.Indikazzjoni tal-applikazzjonijiet irrifjutati

Jinħoloq qasam ġdid fejn l-Istati Membri jindikaw meta applikazzjoni tkun ġiet irrifjutata u l-applikant ma jkollu l-ebda dritt li jibqa’ u ma jkunx tħalla jibqa’ skont ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil. Dan ma jbiddel xejn f’termini ta’ regoli applikabbli u drittijiet tal-individwu, iżda jsaħħaħ ir-rabta mal-proċeduri ta’ ritorn u jipprovdi appoġġ addizzjonali lill-awtoritajiet nazzjonali li jittrattaw applikant għall-protezzjoni internazzjonali li l-applikazzjoni tiegħu tkun ġiet irrifjutata fi Stat Membru ieħor billi jippermettilhom jagħżlu t-tip adegwat ta’ proċedura applikabbli (pereż. applikazzjoni sussegwenti) u b’hekk il-proċess kollu jiġi ssimplifikat.

7.Indikazzjoni dwar jekk ingħatawx ir-ritorn volontarju u l-assistenza għar-riintegrazzjoni

Se jinħoloq qasam ġdid biex jindika jekk qatt ingħatawx ir-ritorn volontarju u l-assistenza għar-riintegrazzjoni (AVRR). Dan huwa meħtieġ billi jtejjeb il-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri f’dan il-qasam u jipprevjeni l-abbuż tal-AVRR (“AVRR shopping”).

8.Indikazzjoni jekk wara l-iskrinjar, ikunx jidher li l-persuna tista’ tkun ta’ theddida għas-sigurtà interna

Jinħoloq qasam ġdid biex jimmarka jekk wara l-iskrinjar, ikunx jidher li l-persuna tista’ tkun ta’ theddida għas-sigurtà interna. Dan huwa meħtieġ billi jiffaċilita l-implimentazzjoni tar-rilokazzjoni minħabba li tali persuni jkunu esklużi mir-rilokazzjoni f’konformità mar-regoli fir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni. Barra minn hekk, dan iħaffef l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali. F’dan is-sens, għall-applikanti li fil-każ tagħhom ġiet indikata problema ta’ sigurtà u mmarkata fil-Eurodac, il-valutazzjoni tal-applikazzjoni tista’ tiffoka l-ewwel fuq jekk din hijiex serja biżżejjed biex tammonta għal raġuni ta’ esklużjoni/rifjut.

9.Indikazzjoni dwar jekk inħarġitx viża

Tinħoloq kaxxa biex tindika l-Istat Membru li jkun ħareġ jew estenda viża lill-applikant jew li f’ismu tkun inħarġet il-viża u n-numru tal-applikazzjoni għall-viża. Dan huwa meħtieġ billi jiffaċilita l-applikazzjoni tal-kriterji ta’ responsabbiltà għal dawk l-Istati Membri jew Pajjiżi Assoċjati li mhumiex marbuta bir-Regolament VIS 23 iżda li madankollu huma affettwati mill-ħruġ ta’ viża.

10.Emendi konsegwenzjali tal-interoperabbiltà u emendi relatati mar-Regolament dwar l-Interoperabbiltà, ir-Regolamenti ETIAS 24 u VIS

Huwa meħtieġ li jiġi introdott sett ta’ emendi tekniċi konsegwenzjali li jirriżultaw mir-Regolament dwar l-Interoperabbiltà (pereż. d-definizzjoni ta’ repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità u ta’ “data tal-identità” u r-referenzi għalihom jew kjarifiki dwar il-mod kif id-data maħżuna se tinqasam bejn ir-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità u s-Sistema Ċentrali). Il-ħtieġa li jiġu introdotti dawn il-bidliet fir-Regolament Eurodac diġà ġiet iddikjarata meta ġew ippreżentati ż-żewġ proposti għar-Regolamenti dwar l-Interoperabbiltà. Dawn l-emendi se jiżguraw il-bażi ġuridika xierqa għall-funzjonament tal-Eurodac fil-qafas il-ġdid tal-interoperabbiltà. Bl-istess mod, huwa meħtieġ li jiġu introdotti emendi għar-Regolament dwar l-Interoperabilità sabiex jiġu inklużi d-diversi referenzi rilevanti għall-Eurodac. Fl-aħħar nett, huwa meħtieġ ukoll li jiġi introdott sett ta’ emendi konsegwenzjali li jirriżultaw mir-Regolament ETIAS u mir-Regolament VIS li jirregolaw l-aċċess għall-Eurodac tal-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS u tal-awtoritajiet kompetenti tal-viża rispettivament, billi l-kwistjoni tad-drittijiet ta’ aċċess għad-diversi bażijiet tad-data tibqa’ aspett li għandu jiġi indirizzat fl-att leġiżlattiv li jirregola l-bażijiet tad-data rispettivi.

2016/0132 (COD)

Proposta emendata għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ data bijometrika għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni] u tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni], għall-identifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż jew persuna apolida b’soġġorn illegali u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/818

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 78(2)(d), (e) u (g), 79(2)(c), 87(2)(c) u 88(2)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)il-premessi li ġejjin jiddaħħlu wara l-premessa 4:

“(4A) Barra minn hekk, għall-finijiet tal-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni] u skont ir-regoli tiegħu, huwa meħtieġ li fil-Eurodac jiġi indikat b’mod ċar il-fatt li kien hemm ċaqliq tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, inkluż f’każijiet ta’ rilokazzjoni. Barra minn hekk, sabiex l-obbligi li l-Istati Membri jridu jwettqu operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ jiġu riflessi b’mod preċiż, u biex dawn l-Istati Membri jiġu megħjuna fl-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw billi huma ma jistgħux japplikaw l-istess għodod għal persuni żbarkati wara tali operazzjonijiet bħal dawk għal qsim irregolari bl-art jew bl-ajru, huwa meħtieġ ukoll li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi żbarkati wara operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ jiġu rreġistrati bħala kategorija separata fil-Eurodac.

(4B) Barra minn hekk, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni] huwa meħtieġ li jiġi indikat jekk, wara kontrolli ta’ sigurtà matul l-iskrinjar, jidhirx li persuna tista’ tkun ta’ theddida għas-sigurtà interna.”;

(2)il-premessi li ġejjin jiddaħħlu wara l-premessa 5:

“(5A) Huwa meħtieġ ukoll li jiġu introdotti dispożizzjonijiet li jiżguraw il-funzjonament ta’ dik is-sistema fil-qafas tal-interoperabbiltà stabbilit bir-Regolamenti (UE) 2019/817 25 u 2019/818 26 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(5b) Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu introdotti dispożizzjonijiet li jistgħu jinkwadraw l-aċċess tal-unitajiet nazzjonali tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u tal-awtoritajiet kompetenti tal-viża għall-Eurodac skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1240 27 u (KE) 767/2008 28 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(5c) Bl-istess mod, għall-fini tal-ġestjoni tal-migrazzjoni irregolari, huwa meħtieġ li eu-LISA titħalla tipproduċi statistiki bejn sistema u oħra bl-użu ta’ data mill-Eurodac, tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, tal-ETIAS u tas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ. Sabiex jiġi speċifikat il-kontenut ta’ dawn l-istatistiki bejn sistema u oħra, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.”; 

(3)il-premessa 6 hija sostitwita b’dan li ġej:

“(6) Għal dawn l-għanijiet, hemm bżonn li tiġi stabbilita sistema magħrufa bħala “Eurodac”, li tikkonsisti f’Sistema Ċentrali u mir-Repożitorju Komuni ta’ Informazzjoni dwar l-Identità stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/818, li għandhom iħaddmu bażi ta’ data ċentrali kompjuterizzata ta’ data bijometrika tal-marki tas-swaba’ u x-xbiha tal-wiċċ, kif ukoll f’mezzi elettroniċi ta’ trażmissjoni bejn dawn [is-Sistema Ċentrali u r-Repożitorju Komuni ta’ Informazzjoni dwar l-Identità] u l-Istati Membri, minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni”.’;

(4)il-premessa li ġejja tiddaħħal wara l-premessa 11:

“(11a) Għal dan il-għan, jeħtieġ ukoll li fil-Eurodac jiġi mmarkat b’mod ċar il-fatt li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ġiet miċħuda jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna apolida ma jkollha l-ebda dritt li tibqa’ u ma tħallietx tibqa’ skont ir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil].”;

(5)il-premessa 14 hija sostitwita b’dan li ġej:

“(14) Barra minn hekk, sabiex il-Eurodac tgħin b’mod effettiv fil-kontroll tal-migrazzjoni irregolari u fid-detezzjoni ta’ movimenti sekondarji fl-UE, jeħtieġ li s-sistema tkun tista’ tgħodd l-applikanti flimkien mal-applikazzjonijiet billi torbot is-settijiet kollha ta’ data li jikkorrispondu ma’ persuna waħda, irrispettivament mill-kategorija tagħhom, f’sekwenza waħda.”;

(6)il-premessa li ġejja tiddaħħal wara l-premessa 24:

“(24a) Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, huwa mfakkar li persuna jenħtieġ li titqies li qed toqgħod illegalment fit-territorju tal-Istat Membru ta’ rilokazzjoni jekk dik il-persuna ma tapplikax għal protezzjoni internazzjonali wara r-rilokazzjoni jew b’xi mod ieħor ma tissodisfax jew ma għadhiex tissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dħul kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/399 jew kundizzjonijiet oħra għad-dħul, għas-soġġorn jew għar-residenza fl-Istat Membru ta’ rilokazzjoni.”;

(7)il-premessa li ġejja tiddaħħal wara l-premessa 60:

“(60a) Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 .”;

(8)il-premessa 63 titħassar.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

(9) L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 1

L-għan tal-“Eurodac”

1. Sistema magħrufa bħala l-“Eurodac” hija b’dan stabbilita, li l-għan tagħha għandu jkun li:

(a)tgħin biex ikun iddeterminat liema Stat Membru għandu jkun responsabbli skont ir-Regolament (EU) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni] għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali depożitata rreġistrata fi Stat Membru minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, u b’mod ġenerali sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni] skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(b)tgħin fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni] skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament;

(c)tgħin fil-kontroll tal-immigrazzjoni illegali irregolari lejn l-Unjoni u fid-detezzjoni ta’ movimenti sekondarji fl-Unjoni u fl-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi b’soġġorn illegali għad-determinazzjoni ta’ miżuri xierqa li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri, inkluża t-tneħħija u r-ripatriazzjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni;

(d)tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) jistgħu jitolbu t-tqabbil tad-data dwar il-marki tas-swaba’ u x-xbiha tal-wiċċ bijometrika jew alfanumerika ma’ dik maħżuna fis-Sistema Ċentrali għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi għall-prevenzjoni, ir-rintraċċar jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra;

(e)tgħin fl-identifikazzjoni korretta tal-persuni rreġistrati fil-Eurodac skont il-kundizzjonijiet u għall-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2019/818 billi taħżen data tal-identità, data tad-dokument tal-ivvjaġġar u data bijometrika fir-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità (CIR) stabbilit minn dan ir-Regolament;

(f)tappoġġa l-objettivi tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (European Travel Information and Authorisation System, “ETIAS”) stabbilita bir-Regolament (UE) 2018/1240;

(g)tappoġġa l-objettivi tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (Visa Information System, VIS) imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 767/2008.

2. Mingħajr preġudizzju għall-ipproċessar ta’ data maħsuba għall-Eurodac mill-Istat Membru ta’ oriġini f’bażijiet ta’ data stabbiliti skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru, id-data dwar marki tas-swaba’ u data personali oħra jistgħu jkunu pproċessati fil-Eurodac biss għall-iskopijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, u fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni] u fir-Regolament (UE) XXX/XXX [Regolament dwar ir-Risistemazzjoni] [l-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013].’;

(10) L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-punt (b) tal-paragrafu 1, jiżdied il-punt (iv) li ġej:

“(iv) f’dak li għandu x’jaqsam ma’ persuna koperta bl-Artikolu 14a(1), l-Istat Membru li jittrażmetti d-data personali lis-Sistema Ċentrali u lir-Repożitorju Komuni ta’ Informazzjoni dwar l-Identità u li jirċievi r-riżultati tat-tqabbil;”;

(b) fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-punti (p), (q) u (r) li ġejjin:

“(p)“CIR” tfisser repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità kif definit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2019/818;

(q)data tal-identità” tfisser id-data msemmija fl-Artikolu 12 minn (c) sa (f) u (h), l-Artikolu 13(2) minn (c) sa (f) u (h), l-Artikolu 14(2) minn (c) sa (f) u (h) u l-Artikolu 14a minn (c) sa (f) u (h);

(r) “sett ta’ data” tfisser is-sett ta’ informazzjoni rreġistrat fil-Eurodac fuq il-bażi tal-Artikoli 12, 13, 14 jew 14a, li jikkorrispondi għal sett wieħed ta’ marki tas-swaba’ ta’ suġġett tad-data u magħmul minn data bijometrika, data alfanumerika u, fejn disponibbli, kopja bil-kulur skennjata ta’ dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar.”;

(11) L-Artikolu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 4

L-arkitettura u l-prinċipji bażiċi tas-Sistema 

1. Il-Eurodac għandha tikkonsisti f’:

(a)Sistema Ċentrali magħmula minn:

(i)Unità Ċentrali,

(ii)Sistema u Pjan tal-Kontinwità tan-Negozju;

(b)infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Istati Membri li tipprovdi kanal tal-komunikazzjoni sikur u kriptat għad-data tal-Eurodac (“Infrastruttura tal-Komunikazzjoni”).

(c)repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità (CIR) kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament 2019/818;

(d)infrastruttura sikura tal-komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-infrastrutturi ċentrali tal-portal Ewropew tat-tfittxija, tas-servizz kondiviż ta’ tqabbil bijometriku, tas-CIR u tad-detettur ta’ identitajiet multipli stabbiliti bir-Regolament 2019/818.

2. Is-CIR għandu jkun fih id-data msemmija fl-Artikolu 12, il-punti minn (a) sa (f), (h) u (i), fl-Artikolu 13(2) minn (a) sa (f), (h), u (i), fl-Artikolu 14(2) minn (a) sa (f), (h) u (i) u fl-Artikolu 14a minn (a) sa (f), (h) u (i). Il-kumplament tad-data tal-Eurodac għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali.

23. L-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni tal-Eurodac se tkun qed tuża n-network eżistenti “Servizzi Trans-Ewropej Sikuri tat-Telematika bejn l-Amministrazzjonijiet” (TESTA). Network virtwali privat separat dedikat għall-EURODAC għandu jkun stabbilit fuq in-network virtwali privat TESTA biex tkun żgurata s-separazzjoni loġika tad-data tal-Eurodac minn data oħra. Sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità, id-data personali trażmessa lill-Eurodac jew minnha għandha tkun kriptata. 

34. Kull Stat Membru għandu jkollu Punt ta’ Aċċess Nazzjonali wieħed. Europol għandu jkollu punt ta’ aċċess tal-Europol wieħed.

45. Id-data dwar persuni koperti bl-Artikoli 10(1), 13(1), 14(1) u 14a(1) li tiġi pproċessata fis-Sistema Ċentrali għandha tiġi pproċessata f’isem l-Istat Membru ta’ oriġini skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u separata b’mezzi tekniċi xierqa.

6. Is-settijiet kollha ta’ data rreġistrati fil-Eurodac li jikkorrispondu mal-istess ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida għandhom ikunu marbuta f’sekwenza. Meta titnieda tfittxija bil-marki tas-swaba’ fis-sett tad-data ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew ta’ persuna apolida u tinkiseb hit meta dawn jiġu mqabbla ma’ mill-inqas sett ieħor ta’ marki tas-swaba’ f’sett ieħor ta’ data li jikkorrispondi mal-istess ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, il-Eurodac għandha awtomatikament torbot flimkien dawk is-settijiet tad-data fuq il-bażi tat-tqabbil tal-marki tas-swaba’. Jekk ikun meħtieġ, it-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għandu jiġi ċċekkjat u kkonfermat minn espert tal-marki tas-swaba’ f’konformità mal-Artikolu 26. Meta l-Istat Membru riċeventi jikkonferma l-hit, huwa għandu jibgħat notifika lill-eu-LISA, li tikkonferma l-konnessjoni.

57. Ir-regoli li jirregolaw il-Eurodac għandhom japplikaw ukoll għal operazzjonijiet magħmula mill-Istati Membri mit-trażmissjoni tad-data lejn is-Sistema Ċentrali sakemm isir użu mir-riżultati tat-tqabbil.”;

(12) jiddaħħlu l-Artikoli 8a, 8b, 8c u 8d li ġejjin:

“Artikolu 8 a

Interoperabbiltà mal-ETIAS 

1. Minn [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], is-Sistema Ċentrali tal-Eurodac għandha tiġi konnessa mal-portal Ewropew tat-tfittxija msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/818 biex jiġi permess l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1240.

2. L-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/1240 għandu jippermetti l-verifiki previsti fl-Artikolu 20 u l-verifiki sussegwenti tal-Artikoli 22 u 26 ta’ dak ir-Regolament.

Għall-fini tat-twettiq tal-verifiki msemmija fl-Artikolu 20(2)(k) tar-Regolament (UE) 2018/1240, is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS għandha tuża l-portal Ewropew tat-tfittxija biex tqabbel data fl-ETIAS ma’ data fil-Eurodac miġbura fuq il-bażi tal-Artikoli 12, 13, 14 u 14a ta’ dan ir-Regolament li tikkorrispondi għal individwi li jkunu telqu jew tneħħew mit-territorju ta’ Stati Membri f’konformità ma’ deċiżjoni ta’ ritorn jew ordni ta’ tneħħija u bl-użu tal-korrispondenzi elenkati fit-tabella fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Il-verifiki għandhom ikunu mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi previsti fl-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1240.

Artikolu 8b

Kundizzjonijiet tal-aċċess għall-Eurodac għall-ipproċessar manwali mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS 

1. Il-konsultazzjoni tal-Eurodac mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandha ssir permezz tal-istess data alfanumerika bħal dik użata għall-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu 8a.

2. Għall-finijiet tal-Artikolu 1(1)(f), l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS għandu jkollhom aċċess għall-Eurodac u għandhom ikunu jistgħu jikkonsultawh, f’format li jinqara biss, għall-fini li jeżaminaw l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar. B’mod partikolari, l-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS jistgħu jikkonsultaw id-data msemmija fl-Artikoli minn 12, 13, 14 u 14a.

3. Wara konsultazzjoni u aċċess skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu r-riżultat tal-valutazzjoni għandu jiġui rreġistrat biss fil-fajls ta’ applikazzjoni tal-ETIAS.

Artikolu 8c

Aċċess għall-Eurodac mill-awtoritajiet kompetenti tal-viża 

Għall-fini ta’ verifika manwali tal-hits skattati mit-tfittxijiet awtomatizzati mwettqa mis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża skont l-Artikoli [9a u 9c] tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u l-eżami u d-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal viża skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 , l-awtoritajiet kompetenti tal-viża għandu jkollhom aċċess għall-Eurodac biex jikkonsultaw id-data f’format li jinqara biss.

Artikolu 8d

Interoperabbiltà mas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża 

Minn [id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) XXX/XXX li jemenda r-Regolament dwar il-VIS], kif previst fl-Artikolu [9] ta’ dak ir-Regolament, il-Eurodac għandha tkun konnessa mal-portal Ewropew tat-tfittxija msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/817 sabiex jiġi ffaċilitat il-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu [9a] tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 għat-tfittxija fil-Eurodac u d-data rilevanti fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża tkun tista’ titqabbel mad-data rilevanti fil-Eurodac. Il-verifiki għandhom ikunu mingħajr ħsara għar-regoli speċifiċi previsti fl-Artikolu 9(b) tar-Regolament 767/2008.”;

(13) L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Statistika

1. Kull xahar, eu-LISA għandha tħejji statistika dwar ix-xogħol tas-Sistema Ċentrali, li tindika b’mod partikolari:

(a)l-għadd ta’ applikanti u l-għadd ta’ applikanti għall-ewwel darba li jirriżultaw mill-proċess ta’ konnessjoni msemmi fl-Artikolu 4(6);

(b)l-għadd ta’ applikazzjonijiet irrifjutati li jirriżultaw mill-proċess ta’ konnessjoni msemmi fl-Artikolu 4(6) u skont l-Artikolu 12 (za);

(ac)l-għadd ta’ settijiet ta’ data trażmessi dwar persuni msemmija fl-Artikoli 10(1), 13(1), u 14(1) u 14a(1);

(bd)l-għadd ta’ hits dwar persuni msemmija fl-Artikolu 10(1):

(i)li għalihom ġiet irreġistrata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li kienu sussegwentement issottomettew applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor,

(ii)li nqabdu b’konnessjoni mal-qsim irregolari ta’ fruntiera esterna, u

(iii)li nstabu li kienu qed joqogħdu illegalment fi Stat Membru,

(iv)li ġew żbarkati wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ;

(ce)l-għadd ta’ hits dwar persuni msemmija fl-Artikolu 13(1):

(i)li għalihom ġiet irreġistrata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li kienu sussegwentement issottomettew applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali,

(ii)li nqabdu b’konnessjoni mal-qsim irregolari ta’ fruntiera esterna, u 

(iii)li nstabu li kienu qed joqogħdu illegalment fi Stat Membru;

(iv)li ġew żbarkati wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ;

(df)l-għadd ta’ hits dwar persuni msemmija fl-Artikolu 14(1):

(i)li għalihom ġiet irreġistrata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li kienu sussegwentement issottomettew applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor,

(ii)li nqabdu b’konnessjoni mal-qsim irregolari ta’ fruntiera esterna, u 

(iii)li nstabu li kienu qed joqogħdu illegalment fi Stat Membru,

(iv)li ġew żbarkati wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ;

(g) l-għadd ta’ hits dwar persuni msemmija fl-Artikolu 14a(1):

(i)li għalihom ġiet irreġistrata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali

(ii)li nqabdu b’konnessjoni mal-qsim irregolari ta’ fruntiera esterna,

(iii)li kienu qed joqogħdu illegalment fi Stat Membru,

(iv)li ġew żbarkati wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ;

(eh)l-ammont ta’ data bijometrika dwar marki tas-swaba’ li s-Sistema Ċentrali kellha titlob iktar minn darba mill-Istati Membri ta’ oriġini minħabba li d-data bijometrika dwar marki tas-swaba’ trażmessa oriġinarjament ma setgħetx twassal għal tqabbil bl-użu tas-sistemi kompjuterizzati ta’ għarfien tal-marki tas-swaba’ u l-immaġni tal-wiċċ;

(fi)l-għadd ta’ settijiet ta’ data mmarkati u mhux immarkati ,imblukkati u mhux imblukkati skont l-Artikolu 19(1), u 17 (2), (3) u (4);

(gj)l-għadd ta’ hits dwar persuni msemmija fl-Artikolu 19(1) u (4) li għalihom ġew irreġistrati hits skont il-punti (b), (c) and (d) sa (g) ta’ dan l-Artikolu;

(hk)l-għadd ta’ talbiet u hits imsemmija fl-Artikolu 21(1);

(il)l-għadd ta’ talbiet u hits imsemmija fl-Artikolu 22(1);

(jm)l-għadd ta’ talbiet magħmula għall-persuni msemmija fl-Artikolu 31;

(hn) l-għadd ta’ hits li jaslu mis-Sistema Ċentrali kif imsemmi fl-Artikolu 26(6).

2. Id-data statistika ta’ kull xahar għall-persuni msemmija fil-paragrafu 1 minn (a) sa (h) (n) għandha tkun ippubblikata kull xahar. Fi tmiem kull sena, id-data statistika annwali għall-persuni msemmija fil-paragrafu 1 minn (a) sa (h) (n) għandha tiġi ppubblikata mill-eu-LISA. Id-data statistika għandha jkollha analiżi dettaljata tad-data għal kull Stat Membru tinqasam skont l-Istat Membru. Id-data statistika għall-persuni msemmija fil-paragrafu 1 (c) għandha, fejn possibbli, tinqasam skont is-sena tat-twelid u s-sess.

3. Għall-fini li tappoġġa l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 1(c), l-eu-LISA għandha tipproduċi statistiki bejn sistema u oħra kull xahar. Din l-istatistika ma għandhiex tippermetti l-identifikazzjoni ta’ individwi u se tuża data mill-Eurodac, mis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, mill-ETIAS u mis-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ.

Din l-istatistika għandha tkun disponibbli għall-Kummissjoni, għall-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u għall-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tispeċifika l-kontenut tal-istatistiki bejn sistema u oħra ta’ kull xahar. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 41a(2).

34. Jekk tintalab mill-Kummissjoni, eu-LISA għandha tipprovdilha l-istatistika dwar aspetti speċifiċi għall-finijiet ta’ riċerka u analiżi mingħajr ma tippermetti għall-identifikazzjoni individwali kif ukoll għall-possibbiltà li tipproduċi statistika skont il-paragrafu 1. Dawn l-istatistiki għandhom jiġu kondiviżi ma’ Aġenziji oħra tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni jekk ikunu rilevanti għall-implimentazzjoi tal-ħidmiet tagħhom relatati mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif ukoll l-istatistika skont il-paragrafu 1 u għandha, b’talba, tagħmilhom disponibbli għal Stat Membru u għall-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil].

5. L-eu-LISA għandha taħżen id-data msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 4 ta’ dan l-Artikolu, b’mod li ma jippermettix l-identifikazzjoni ta’ individwi, għall-finijiet ta’ riċerka u ta’ analiżi, u li b’hekk jippermetti lill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jiksbu rapporti u statistika personalizzabbli fir-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika msemmi fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2019/818.

6. L-aċċess għar-repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika msemmi fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 2019/818 għandu jingħata lil eu-LISA, lill-Kummissjoni, lill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] u lill-awtoritajiet maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 28(2). Jista’ jingħata wkoll aċċess lil utenti awtorizzati ta’ Aġenziji oħra tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni jekk tali aċċess ikun rilevanti għall-implimentazzjoni tal-kompiti tagħhom.”;

(14) L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Ġbir u trażmissjoni ta’ data bijometrika 

1. Kull Stat Membru għandu jieħu fil-pront il-marki tas-swaba’ tas-swaba’ kollha u jieħu ritratt tax-xbiha tal-wiċċ d-data bijometrika ta’ kull applikant għall-protezzjoni internazzjonali li jkollu tal-inqas sitt snin waqt l-iskrinjar kif imsemmi fir-Regolament (UE) XXX/XXX [Regolament dwar l-Iskrinjar] jew, meta d-data bijometrika ma setgħetx tittieħed waqt l-iskrinjar jew meta l-applikant ma kienx soġġett għal skrinjar, mar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil] u għandu, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara t-teħid tad-data bijometrika awara li tiġi ddepożitata l-applikazzjoni tiegħu għall-protezzjoni internazzjonali, kif iddefinit mill-Artikolu [21(2)] tar-Regolament (UE) Nru , jittrażmettihom flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 12 minn (c) sa (p) ta’ dan ir-Regolament lis-Sistema Ċentrali u lis-CIR kif xieraq skont l-Artikolu 4(2)..

Meta l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar] ikun japplika u l-persuna tapplika għal protezzjoni internazzjonali waqt l-iskrinjar, fil-każ ta’ kull applikant għall-protezzjoni internazzjonali ta’ mill-inqas sitt snin, kull Stat Membru għandu juża d-data bijometrika meħuda waqt l-iskrinjar u jittrażmettiha flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 12 minn (c) sa (p) ta’ dan ir-Regolament lis-Sistema Ċentrali u lis-CIR kif xieraq skont l-Artikolu 4(2), mhux aktar tard minn 72 siegħa mir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) XXX/ XXX [ir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil].

In-nuqqas ta’ konfromità mal-limitu tal-ħin ta’ 72 siegħa ma għandux jeżonera lill-Istati Membri mill-obbligu li jieħdu u jittrażmettu fl-marki tas-swaba’ d-data bijometrika lis-Sistema ĊentraliCIR. Meta l-kundizzjoni tat-truf tas-swaba’ ma tippermettix li jittieħdu marki tas-swaba’ fi kwalità li tiżgura tqabbil xieraq taħt l-Artikolu 26, l-Istat Membru ta’ oriġini għandu jerġa’ jieħdu l-marki tas-swaba’ tal-applikant u jibgħathom mill-ġdid mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li jkunu reġgħu ttieħdu b’suċċess.

2. B’deroga mill-paragrafu 1, meta mhux possibbli li wieħed jieħu d-data bijometrika jittieħdu l-marki tas-swaba u tax-xbiha tal-wiċċ ta’ applikant għall-protezzjoni internazzjonali, minħabba miżuri li ttieħdu sabiex tiġi żgurata s-saħħa tal-applikant jew il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-Istati Membri għandhom jieħdu u jibgħatu dawn il-marki tas-swaba’ u x-xbiha tal-wiċċ din id-data bijometrika mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li dawn ir-raġunijiet ta’ saħħa ma jibqgħux validi.

Fil-każ ta’ problemi tekniċi serji, l-Istati Membri jistgħu jestendu ż-żmien ta’ skadenza ta’ 72 siegħa fil-paragrafu 1 b’massimu ta’ 48 siegħa oħra sabiex iwettqu l-pjanijiet ta’ kontinwità nazzjonali tagħhom.

3. Jekk ikun rikjest mill-Istat Membru kkonċernat, id-data bijometrika tal-marki tas-swaba’ tista’ tittieħed u tiġi trażmessa f’isem dak l-Istat Membru mill-membri tat-Timijiet tal-Gwardjani tal-Fruntiera Ewropej [u tal-Kosta] jew minn esperti dwar l-ażil tal-Istati Membri tat-timijiet tal-appoġġ fil-qasam tal-ażil meta jwettqu l-ħidmiet tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat skont ir-Regolament [ir-Regolament dwar il-Gwardjani tal-Fruntiera Ewropej [u tal-Kosta] u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2007/2004, ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE] u r-[Regolament (EU) Nru. 439/2010] (UE) 2019/1896 u r-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Ażil].

4. Kull sett ta’ data miġbur u trażmess skont il-paragrafu 1 għandu jkun konness f’sekwenza ma’ settijiet oħra ta’ data li jikkorrispondu mal-istess ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, kif stabbilit fl-Artikolu 4(6).”;

(15) L-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Informazzjoni dwar l-istatus tas-suġġett tad-data 

1. Hekk kif l-Istat Membru responsabbli jkun ġie ddeterminat skont ir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni], l-Istat Membru li jwettaq il-proċeduri biex jiddetermina l-Istat Membru responsabbli għandu jaġġorna s-sett ta’ data tiegħu rreġistrat skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-persuna kkonċernata billi jżid l-Istat Membru responsabbli.

Meta Stat Membru jsir responsabbli minħabba li jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex l-applikant jitqies bħala periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku ta’ dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni], huwa għandu jaġġorna s-sett ta’ data tiegħu rreġistrat skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-persuna kkonċernata billi jżid l-Istat Membru responsabbli.

12. L-informazzjoni li ġejja għandha tintbagħat lis-Sistema Ċentrali sabiex tiġi maħżuna f’konformità mal-Artikolu 17 (1) għall-finijiet ta’ trażmissjoni skont l-Artikoli 15 u 16:

(a)meta applikant għall-protezzjoni internazzjonali jew persuna oħra kif imsemmija fl-Artikolu 21(1)26 (1), il-punti (b), (c) jew (d) jew (e)tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni] jasal fl-Istat Membru responsabbli wara trasferiment skont notifika biex jittieħed lura kif imsemmi fl-Artikolu 26 31thereof ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru responsabbli għandu jaġġorna s-sett tad-data tiegħu rreġistrat f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament relatat mal-persuni kkonċernati billi jżid id-data tal-wasla tiegħu jew tagħha;

(b)meta applikant għall-protezzjoni internazzjonali jasal fl-Istat Membru responsabbli wara trasferiment skont deċiżjoni li tilqa’ talba biex tittieħed responsabbiltà skont l-Artikolu 24 30 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni], l-Istat Membru responsabbli għandu jibgħat sett ta’ data skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament relatat mal-persuna kkonċernata u għandu jinkludi d-data tal-wasla tiegħu jew tagħha;

(c)meta applikant għall-protezzjoni internazzjonali jasal fi Stat Membru ta’ allokazzjoni skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru. […/…], dan l-istat Membru għandu jibgħat sett ta’ data rekordjata f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament relatata mal-persuna konċernata u għandu jinkludi d-data tal-wasla tal-persuna u jirrekordja li huwa l-Istat Membru tal-allokazzjoni;

(dc)hekk kif l-Istat Membru ta’ oriġini jiżgura li l-persuna kkonċernata li d-data tagħha ġiet irreġistrata fil-Eurodac skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament ħalliet it-territorju tal-Istati Membri f’konformità ma’ deċiżjoni ta’ ritorn jew ordni ta’ tkeċċija li kienet ħarġet wara l-irtirar jew ir-rifjut tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, dan għandu jaġġorna s-sett tad-data tiegħu rreġistrat f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament relatat mal-persuna kkonċernata billi jżid id-data tat-tkeċċija tagħha jew meta hija ħalliet it-territorju;

(e)l-Istat Membru li jsir responsabbli taħt l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru [.../...] għandu jaġġorna s-sett tad-data rreġistrat f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament relatat mal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali billi jindika li huwa sar l-Istat Membru responsabbli u billi jżid id-data meta ttieħdet id-deċiżjoni li jeżamina l-applikazzjoni.

3. Jekk ir-responsabbiltà tgħaddi għand Stat Membru ieħor, skont l-Artikoli 27 (1) u l-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni], l-Istat Membru li jistabbilixxi li r-responsabbiltà nbidlet, jew l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni, għandu jindika l-Istat Membru responsabbli.

4. Jekk japplikaw il-paragrafi 1 jew 3 ta’ dan l-Artikolu jew l-Artikolu 19(6), is-Sistema Ċentrali għandha, mill-aktar fis u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara, tinforma lill-Istati Membri ta’ oriġini kollha dwar it-trażmissjoni ta’ tali data minn Stat Membru ta’ oriġini ieħor li jkun kiseb hit bid-data li jkunu ttrażmettew relatata mal-persuni msemmija fl-Artikolu 10(1), 13(1), 14(1) jew 14a(1). Dawk l-Istati Membri ta’ oriġini għandhom jaġġornaw ukoll lill-Istat Membru responsabbli fis-settijiet tad-data korrispondenti tagħhom.”;

(16) L-Artikolu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12

Reġistrazzjoni tad-data 

L-informazzjoni li ġejja biss għandha tiġi rreġistrata fis-Sistema Ċentrali u fis-CIR kif xieraq:

(a)id-data dwar il-marki tas-swaba’;

(b) l-immaġni tal-wiċċ;

(c)il-kunjom(ijiet) u l-isem/ismijiet, l-isem/ismijet fit-twelid u l-ismijiet użati qabel u kwalunkwe psewdonimu, li jistgħu jiddaħħlu separatament;

(d)in-nazzjonalità(jiet);

(e)post u id-data tat-twelid;

(f)post tat-twelid;

(fg)l-Istat Membru ta’ oriġini, post u data tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali; fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 112(b), id-data tal-applikazzjoni għandha tkun dik li tiddaħħal mill-Istat Membru li jkun ittrasferixxa lill-applikant;

(gh)is-sess;

(hi)meta disponibbli, it-tip u n-numru tal-identità jew dokument tal-ivvjaġġar;  il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti u l-validità d-data tal-iskadenza;

(j)jekk disponibbli, kopja bil-kulur skennjata ta’ dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar flimkien ma’ indikazzjoni tal-awtentiċità tiegħu jew, meta mhux disponibbli, dokument ieħor li jiffaċilita l-identifikazzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida flimkien ma’ indikazzjoni tal-awtentiċità tiegħu;

(ik)in-numru ta’ referenza użat mill-Istat Membru ta’ oriġini;

(j)in-numru ta’ applikazzjoni uniku tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru. […/…];

(l)l-Istat Membru responsabbli fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(1), (2) jew (3);

(km)(k) l-Istat Membru tal-allokazzjoni tar-rilokazzjoni skont l-Artikolu 14b(1) 11(c);;

(ln)(j) id-data li fiha ttieħdet l-marki tas-swaba’ u/jew ix-xbiha tal-wiċċ id-data bijometrika;

(mo)id-data li fiha l-informazzjoni ġiet trażmessa lis-Sistema Ċentrali u lis-CIR kif xieraq;

(np)il-user ID tal-operatur;

(oq)fejn applikabbli skont l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2)(a), id-data tal-wasla tal-persuna kkonċernata wara trasferiment b’suċċess;

(pr)fejn applikabbli skont  l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2) (b), id-data tal-wasla tal-persuna kkonċernata wara trasferiment b’suċċess;

(q)fejn applikabbli skont l-Artikolu 11(c), id-data tal-wasla tal-persuna kkonċernata wara trasferiment b’suċċess;

(rs)fejn applikabbli skont l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2)(dc), id-data li fiha l-persuna kkonċernata ħalliet jew tkeċċiet mit-territorju tal-Istati Membri;

(t) fejn applikabbli skont il-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14b(2), id-data tal-wasla tal-persuna kkonċernata wara trasferiment b’suċċess;

(s)fejn applikabbli skont l-Artikolu 11(e), id-data li fiha tittieħdet id-deċiżjoni li tiġi eżaminata l-applikazzjoni.

(u)meta jkun hemm indikazzjonijiet li viża nħarġet lill-applikant, l-Istat Membru li ħareġ jew estenda l-viża jew li f’ismu nħarġet il-viża u n-numru tal-applikazzjoni għall-viża;

(v)il-fatt li l-persuna tista’ tkun ta’ theddid għas-sigurtà interna wara l-iskrinjar imsemmi fir-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar] jew wara eżami skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni];

(x)fejn applikabbli, il-fatt li l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkun ġiet miċħuda meta l-applikant ma jkollu l-ebda dritt li jibqa’ u ma jkunx tħalla jibqa’ fi Stat Membru skont ir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil];

(z)fejn applikabbli, il-fatt li tkun ingħatat assistenza għar-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni (AVRR).

2. Sett ta’ data skont il-paragrafu 1 jitqies li nħoloq għall-fini tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 818/2019 meta d-data kollha fil-punti minn (a) sa (f) u (h) tiġi rreġistrata.”;

(17) L-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Ġbir u trażmissjoni ta’ data bijometrika 

1. Kull Stat Membru għandu jieħu fil-pront il-marki tas-swaba’ kollha u jieħu ritratt tax-xbiha tal-wiċċ id-data bijometrika ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jkollhom tal-inqas sitt snin, li jinqabdu mill-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti b’konnessjoni mal-qsim irregolari bl-art, bil-baħar jew bl-ajru tal-fruntiera ta’ dak l-Istat Membru wara li jkunu ġew minn pajjiż terz u li ma jintbagħtux lura fih jew li baqgħu fiżikament fit-territorju tal-Istati Membri u li ma nżammewx f’kustodja, reklużjoni jew detenzjoni waqt il-perjodu sħiħ bejn il-qbid u t-tneħħija fuq il-bażi tad-deċiżjoni li jintbagħtu lura.

2. L-Istat Membru kkonċernat għandu, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara d-data tal-qbid, jittrażmetti lis-Sistema Ċentrali u lis-CIR kif xieraq id-data li ġejja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, kif imsemmi fil-paragrafu 1, li ma jkunux mibgħuta lura:

(a)id-data dwar il-marki tas-swaba’;

(b)l-immaġni tal-wiċċ;

(c)il-kunjom(ijiet) u l-isem/ismijiet, l-isem/ismijet fit-twelid u l-ismijiet użati qabel u kwalunkwe psewdonimu, li jistgħu jiddaħħlu separatament;

(d)in-nazzjonalità(jiet);

(e)post u id-data tat-twelid;

(f)post tat-twelid;

(fg)l-Istat Membru ta’ oriġini, post u data tal-qbid;

(gh)is-sess;

(hi)fejn disponibbli, it-tip u n-numru tal-identità jew dokument tal-ivvjaġġar; il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti u l-validità d-data tal-iskadenza;

(j)jekk disponibbli, kopja bil-kulur skennjata ta’ dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar flimkien ma’ indikazzjoni tal-awtentiċità tiegħu jew, jekk mhux disponibbli, dokument ieħor li jiffaċilita l-identifikazzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida flimkien ma’ indikazzjoni tal-awtentiċità tiegħu;

(ik)in-numru ta’ referenza użat mill-Istat Membru ta’ oriġini;

(jl)(j) id-data li fiha ttieħdu l-marki tas-swaba’ u/jew ix-xbiha tal-wiċċ ttieħdet id-data bijometrika;

(km)id-data li fiha l-informazzjoni ġiet trażmessa lis-Sistema Ċentrali u lis-CIR kif xieraq;

(ln)il-user ID tal-operatur;

(mo)fejn applikabbli skont l-Artikolu 6, id-data li fiha l-persuna kkonċernata ħalliet jew tkeċċiet mit-territorju tal-Istati Membri;

(p)l-Istat Membru tar-rilokazzjoni skont l-Artikolu 14b(1);

(q)fejn applikabbli, il-fatt li l-assistenza għar-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni (AVRR) ingħatat,

(r)il-fatt li l-persuna tista’ tkun ta’ theddida għas-sigurtà interna wara l-iskrinjar imsemmi fir-Regolament (UE) XXX/XXX [ ir-Regolament dwar l-Iskrinjar].

3. B’deroga mill-paragrafu 2, id-data speċifikata fil-paragrafu 2 dwar persuni maqbuda kif deskritt fil-paragrafu 1 li jibqgħu fiżikament fit-territorju tal-Istati Membri iżda li jibqgħu f’kustodja, reklużjoni jew detenzjoni hekk kif jinqabdu għal perjodu li jeċċedi t-72 siegħa, għandha tkun trażmessa qabel ma jinħelsu mill-kustodja, mir-reklużjoni jew mid-detenzjoni.

4. In-nuqqas ta’ konformità mal-limitu tal-ħin ta’ 72 siegħa msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jeżonera lill-Istati Membri mill-obbligu li jieħdu u jittrażmettu l-marki tas-swaba’ d-data bijometrika lis-Sistema Ċentrali CIR. Meta l-kundizzjoni tat-truf tas-swaba’ ma tippermettix li jittieħdu marki tas-swaba’ ta’ kwalità li tassigura tqabbil xieraq skont l-Artikolu 26, l-Istat Membru ta’ oriġini għandu jerġa’ jieħu l-marki tas-swaba’ tal-persuni maqbudin kif deskritt fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u jibgħathom mill-ġdid mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li jkunu ttieħdu b’suċċess

5. B’deroga mill-paragrafu 1, fejn mhux possibbli li jittieħdu l-marki tas-swaba’ u x-xbiha tal-wiċċ tittieħed id-data bijometrika ta’ persuna mwaqqfa minħabba miżuri li ttieħdu sabiex tiġi żgurata s-saħħa tal-applikant jew il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu u jibagħtu din dawn il-marki u x-xbiha tal-wiċċ  id-data bijometrika mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li dawn ir-raġunijiet ta’ saħħa ma jibqgħux validi.

Fil-każ ta’ problemi tekniċi serji, l-Istati Membri jistgħu jestendu ż-żmien ta’ skadenza ta’ 72 siegħa fil-paragrafu 2 b’massimu ta’ 48 siegħa oħra sabiex iwettqu l-pjanijiet ta’ kontinwità nazzjonali tagħhom.

6. Hekk kif l-Istat Membru tal-oriġini jiżgura li l-persuna kkonċernata li d-data tagħha ġiet irreġistrata fil-Eurodac skont il-paragrafu 1 ħalliet it-territorju tal-Istat Membri f’konformità mad-deċiżjoni tar-ritorn jew l-ordni ta’ tkeċċija, huwa għandu jaġġorna s-sett tad-data rreġistrata skont il-paragrafu 2 relatat mal-persuna kkonċernata billi jżid id-data tat-tkeċċija tagħha jew ta’ meta ħalliet it-territorju.

7. Marki tas-swaba’ Fejn mitlub mill-Istat Membru kkonċernat, id-data bijometrika tista’ tittieħed ukoll u tiġi trażmessa f’isem dak l-Istat Membru minn membri tat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew esperti tat-timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil meta jeżerċitaw is-setgħat u jwettqu l-kompiti tagħhom skont ir-Regolament dwar il-Gwardja tal-Fruntiera [u tal-Kosta] u li jħassar ir-Regoalment (KE) Nru 2007/2004, ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/EC (UE) 2019/1896 u r-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Aġenzija tal-UE għall-Ażil].

8. Kull sett ta’ data miġbur u trasmess skont il-paragrafu 1 għandu jkun marbut ma’ settijiet oħra ta’ data li jikkorrispondu mal-istess ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida f’sekwenza kif stabbilit fl-Artikolu 4(6).

9. Sett ta’ data skont il-paragrafu 2 jitqies li nħoloq għall-fini tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 818/2019 meta d-data kollha fil-punti minn (a) sa (f) u (h) tiġi rreġistrata.”;

(18) L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Ġbir u trażmissjoni ta’ data bijometrika 

1. Kull Stat Membru għandu immedjatament jieħu l-marki tas-swaba’ tas-swaba’ kollha u jieħu ritratt tax-xbiha tal-wiċċ d-data bijometrika ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida ta’ mill-anqas sitt snin li tinstab tkun illegalment fit-territorju tiegħu.

2. L-Istat Membru kkonċernat għandu, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li d-data tal-qbid ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jkunu nstabu li qed joqogħdu illegalment, jittrażmetti lis-Sistema Ċentrali u lis-CIR kif xieraq id-data li ġejja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, kif imsemmi fil-paragrafu 1:

(a)id-data dwar il-marki tas-swaba’;

(b)l-immaġni tal-wiċċ;

(c)il-kunjom(ijiet) u l-isem/ismijiet, l-isem/ismijet fit-twelid u l-ismijiet użati qabel u kwalunkwe psewdonimu, li jistgħu jiddaħħlu separatament;

(d)nazzjonalità(jiet);

(e)post u id-data tat-twelid;

(f)post tat-twelid;

(fg)l-Istat Membru ta’ oriġini, post u data tal-qbid;

(gh)is-sess;

(hi)fejn disponibbli, it-tip u n-numru tal-identità jew dokument tal-ivvjaġġar; il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti u l-validità d-data tal-iskadenza;

(j)jekk disponibbli, kopja bil-kulur skennjata ta’ dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar flimkien ma’ indikazzjoni tal-awtentiċità tiegħu jew, meta mhux disponibbli, dokument ieħor li jiffaċilita l-identifikazzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida flimkien ma’ indikazzjoni tal-awtentiċità tiegħu;

(ik)in-numru ta’ referenza użat mill-Istat Membru ta’ oriġini;

(jl)(j) id-data li fiha ttieħdu l-marki tas-swaba’ u/jew ix-xbiha tal-wiċċ ttieħdet id-data bijometrika;

(km)id-data li fiha l-informazzjoni ġiet trażmessa lis-Sistema Ċentrali u lis-CIR kif xieraq;

(ln)il-user ID tal-operatur;

(mo) fejn applikabbli skont il-paragrafu 6 5, id-data li fiha l-persuna kkonċernata ħalliet jew tkeċċiet mit-territorju tal-Istati Membri;

(p)l-Istat Membru tar-rilokazzjoni skont l-Artikolu 14b(1);

(q)fejn applikabbli skont il-każijiet imsemmija fl-Artikolu 14b(2), id-data tal-wasla tal-persuna kkonċernata wara trasferiment b’suċċess;

(r)fejn applikabbli, il-fatt li tkun ingħatat l-assistenza għar-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni (AVRR);

(s)fejn applikabbli, il-fatt li l-persuna tista’ tkun ta’ theddida għas-sigurtà interna wara l-iskrinjar imsemmi fir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar].

3. Id-data dwar il-marki tas-swaba’ ta' ċittadin terz jew persuna apolida kif imfisser fil-paragrafu 1 għandha tiġi trażmessa lis-Sistema Ċentrali għall-għan waħdieni ta' tqabbil u mqabbla mad-data dwar marki tas-swaba’ ta' persuni li tteħdulhom il-marki tas-swaba’ għall-fini tal-Artikolu 10(1), 13(1) u 14(1) trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà rreġistrata fis-Sistema Ċentrali.

43. In-nuqqas ta’ konformità mal-limitu tal-ħin ta’ 72 siegħa msemmi fil-paragrafu 3 2 ma għandux jeżonera lill-Istati Membri mill-obbligu li jieħdu u jittrażmettu l-marki tas-swaba’ d-data bijometrika lis-Sistema ĊentraliCIR. Meta l-kundizzjoni tat-truf tas-swaba’ ma tippermettix li jittieħdu marki tas-swaba’ ta’ kwalità li tassigura tqabbil xieraq skont l-Artikolu 26, l-Istat Membru ta’ oriġini għandu jerġa’ jieħu l-marki tas-swaba’ tal-persuni maqbudin kif deskritt fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u jibagħthom mill-ġdid mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li jkunu ttieħdu b’suċċess

54. B’deroga mill-paragrafu 1, fejn mhux possibbli li jittieħdu l-marki tas-swaba’ u x-xbiha tal-wiċċ tittieħed id-data bijometrika ta’ persuna mwaqqfa minħabba miżuri li ttieħdu sabiex tiġi żgurata s-saħħa tal-applikant jew il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jieħdu u jibagħtu din dawn il-marki u x-xbiha tal-wiċċ  id-data bijometrika mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li dawn ir-raġunijiet ta’ saħħa ma jibqgħux validi.

Fil-każ ta’ problemi tekniċi serji, l-Istati Membri jistgħu jestendu ż-żmien ta’ skadenza ta’ 72 siegħa fil-paragrafu 2 b’massimu ta’ 48 siegħa oħra sabiex iwettqu l-pjanijiet ta’ kontinwità nazzjonali tagħhom.

65. Hekk kif l-Istat Membru tal-oriġini jiżgura li l-persuna kkonċernata li d-data tagħha ġiet irreġistrata fil-Eurodac skont l-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament il-paragrafu 1 ħalliet it-territorju tal-Istat Membri f’konformità mad-deċiżjoni tar-ritorn jew l-ordni ta’ tkeċċija, huwa għandu jaġġorna s-sett tad-data rreġistrata skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu rigward il-persuna kkonċernata billi jżid id-data tat-tkeċċija tagħha jew meta ħalliet it-territorju.

6. Kull sett ta’ data miġbur u trasmess skont il-paragrafu 1 għandu jkun marbut ma’ settijiet oħra ta’ data li jikkorrispondu mal-istess ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida f’sekwenza kif stabbilit fl-Artikolu 4(6).

7. Sett ta’ data skont il-paragrafu 2 jitqies li nħoloq għall-fini tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 818/2019 meta d-data kollha fil-punti minn (a) sa (f) u (h) tiġi rreġistrata.”;

(19) il-Kapitolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 14:

Kapitolu iv a

Ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi żbarkati wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ

Artikolu 14a

Ġbir u trażmissjoni ta’ data bijometrika 

1. Kull Stat Membru għandu minnufih jieħu d-data bijometrika ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida ta’ mill-inqas sitt snin li jiġu żbarkati wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ, kif iddefinit fir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni].

2. L-Istat Membru kkonċernat għandu, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara d-data tal-qbid, jittrażmetti lis-Sistema Ċentrali u lis-CIR id-data li ġejja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, kif imsemmi fil-paragrafu 1:

(a)id-data dwar il-marki tas-swaba’;

(b)l-immaġni tal-wiċċ;

(c)il-kunjom(ijiet) u l-isem/ismijiet, l-isem/ismijet fit-twelid u l-ismijiet użati qabel u kwalunkwe psewdonimu, li jistgħu jiddaħħlu separatament;

(d)nazzjonalità(jiet);

(e)id-data tat-twelid;

(f)post tat-twelid;

(g)l-Istat Membru ta’ oriġini, il-post u d-data tal-iżbark;

(h)is-sess;

(i)it-tip u n-numru tal-identità jew dokument tal-ivvjaġġar; il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti u d-data tal-iskadenza;

(j)jekk disponibbli, kopja bil-kulur skennjata ta’ dokument tal-identità jew tal-ivvjaġġar flimkien ma’ indikazzjoni tal-awtentiċità tiegħu jew, meta mhux disponibbli, dokument ieħor li jiffaċilita l-identifikazzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida flimkien ma’ indikazzjoni tal-awtentiċità tiegħu;

(k)in-numru ta’ referenza użat mill-Istat Membru ta’ oriġini;

(l)id-data li fiha ttieħdet id-data bijometrika;

(m)id-data li fiha l-informazzjoni ġiet trażmessa lis-Sistema Ċentrali u li-CIR kif xieraq;

(n)il-user ID tal-operatur;

(o)fejn applikabbli skont l-Artikolu 6, id-data li fiha l-persuna kkonċernata ħalliet jew tkeċċiet mit-territorju tal-Istati Membri;

(p)l-Istat Membru tar-rilokazzjoni skont l-Artikolu 14b(1);

(q)fejn applikabbli, il-fatt li l-assistenza għar-ritorn volontarju u r-riintegrazzjoni (AVRR) ingħatat,

(r)il-fatt li l-persuna tista’ tkun ta’ theddida għas-sigurtà interna wara l-iskrinjar imsemmi fir-Regolament (UE) XXX/XXX [ ir-Regolament dwar l-Iskrinjar].

4. In-nuqqas ta’ konformità mal-limitu tal-ħin ta’ 72 siegħa msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jeżonera lill-Istati Membri mill-obbligu li jieħdu u jittrasmettu d-data bijometrika lis-CIR. Meta l-kondizzjoni tat-truf tas-swaba’ ma tippermettix li jittieħdu marki tas-swaba’ ta’ kwalità li tassigura tqabbil xieraq skont l-Artikolu 26, l-Istat Membru ta’ oriġini għandu jerġa’ jieħu l-marki tas-swaba’ tal-persuni żbarkati kif deskritt fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u jibagħthom mill-ġdid mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li jkunu ttieħdu b’suċċess.

5. B’deroga mill-paragrafu 1, fejn mhux possibbli li tittieħed id-data bijometrika tal-persuna żbarkata minħabba miżuri li ttieħdu sabiex tiġi żgurata s-saħħa tagħha jew il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu u jibgħat din id-data bijometrika mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li dawk ir-raġunijiet ma jibqgħux iktar prevalenti.

Fil-każ ta’ problemi tekniċi serji, l-Istati Membri jistgħu jestendu ż-żmien ta’ skadenza ta’ 72 siegħa fil-paragrafu 2 b’massimu ta’ 48 siegħa oħra sabiex iwettqu l-pjanijiet ta’ kontinwità nazzjonali tagħhom.

6. Hekk kif l-Istat Membru tal-oriġini jiżgura li l-persuna kkonċernata li d-data tagħha ġiet irreġistrata fil-Eurodac skont il-paragrafu 1 ħalliet it-territorju tal-Istat Membri f’konformità mad-deċiżjoni tar-ritorn jew l-ordni ta’ tkeċċija, huwa għandu jaġġorna s-sett tad-data rreġistrata skont il-paragrafu 2 relatat mal-persuna kkonċernata billi jżid id-data tat-tkeċċija tagħha jew ta’ meta ħalliet it-territorju.

7. Meta jintalab mill-Istat Membru kkonċernat, id-data bijometrika tista’ tittieħed u tiġi trażmessa wkoll f’isem dak l-Istat Membru minn membri tat-Timijiet Ewropej ta’ Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew minn esperti tat-timijiet ta’ appoġġ fil-qasam tal-ażil meta jeżerċitaw is-setgħat u jwettqu l-kompiti tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2019/1896 u r-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament tal-Aġenzija tal-UE għall-Ażil].

8. Kull sett ta’ data miġbur u trasmess skont il-paragrafu 1 għandu jkun marbut ma’ settijiet oħra ta’ data li jikkorrispondu mal-istess ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida f’sekwenza kif stabbilit fl-Artikolu 4(6).

9. Sett ta’ data skont il-paragrafu 1 jitqies li nħoloq għall-fini tal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 818/2019 meta d-data kollha fil-punti minn (a) sa (f) u (h) tiġi rreġistrata.”;

(20) il-Kapitolu li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 14a:

Kapitolu iv b

Informazzjoni dwar ir-rilokazzjoni

 Artikolu 14b

Informazzjoni dwar l-istatus tar-rilokazzjoni tas-suġġett tad-data

1. Hekk kif l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni jkun obbligat jirriloka l-persuna kkonċernata skont l-Artikolu 57(7) tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni], l-Istat Membru benefiċjarju għandu jaġġorna s-sett tad-data tiegħu rreġistrat skont l-Artikoli 12, 13, 14 jew 14a ta’ dan ir-Regolament relatat mal-persuna kkonċernata billi jżid l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni.

2. Meta persuna tasal fl-Istat Membru ta’ rilokazzjoni wara l-konferma mill-Istat Membru tar-rilokazzjoni biex il-persuna kkonċernata tiġi rilokata skont l-Artikolu 57(7) tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni], dak l-Istat Membru għandu jibgħat sett ta’ data rreġistrat skont l-Artikoli 12 jew 14 ta’ dan ir-Regolament relatat mal-persuna kkonċernata u għandu jinkludi d-data tal-wasla tal-persuna. Is-sett ta’ data għandu jinħażen f’konformità mal-Artikolu 17(1) għall-fini tat-trażmissjoni skont l-Artikoli 15 u 16.”;

(21) L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a) jiddaħħal il-paragrafu 3 a li ġej:

3a. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 14a(1), kull sett ta’ data relatata ma’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida kif imsemmi fl-Artikolu 14(2), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali u fis-CIR kif xieraq għal ħames snin mid-data li fiha tkun ittieħdet id-data bijometrika.”;

(b)il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(4). Hekk kif jiskadi l-perjodu taż-żamma tad-data msemmi fil-paragrafi minn (1) sa (3a) ta’ dan l-Artikolu, is-Sistema Ċentrali għandha awtomatikament tħassar id-data tas-suġġetti tad-data għandha titħassar mis-Sistema Ċentrali u mis-CIR kif xieraq.’;

(22) L-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 19

L-immarkar u l-imblukkar tad-data 

1. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a), l-Istat Membru ta’ oriġini li jkun ta protezzjoni internazzjonali lil applikant għall-protezzjoni internazzjonali għal persuna li d-data dwarha kienet irreġistrata qabel fis-Sistema Ċentrali u fis-CIR kif xieraq skont l-Artikolu 12, għandu jimmarka d-data rilevanti skont ir-rekwiżiti għall-komunikazzjoni elettronika mas-Sistema Ċentrali stabbilita mill-eu-LISA. Din il-marka għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali konformement mal-Artikolu 17(1) għall-finijiet tat-trażmissjoni skont l-Artikolu 15 u 16. Is-Sistema Ċentrali għandha, mill-aktar fis u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara, tinforma lill-Istati Membri ta’ oriġini kollha dwar l-immarkar tad-data minn Stat Membru ta’ oriġini ieħor li jkun kiseb hit b’data li jkunu ttrażmettew relatata mal-persuni msemmija fl-Artikolu 10(1), 13(1), jew 14(1), jew 14a(1). Dawk l-Istati Membri ta’ oriġini għandhom jimmarkaw ukoll is-settijiet tad-data korrispondenti.

2. Id-data dwar benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali maħżuna fis-Sistema Ċentrali u fis-CIR kif xieraq u mmarkata skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha ssir disponibbli għal tqabbil għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)d għal perjodu ta’ tliet snin wara d-data li fiha s-suġġett tad-data ngħata protezzjoni internazzjonali sakemm tali data titħassar awtomatikament mis-Sistema Ċentrali u mis-CIR kif xieraq skont l-Artikolu 17(4).

Fejn ikun hemm hit, is-sistema Ċentrali għandha tittrażmetti d-data msemmija fl-Artikolu 12(b) sa (s) għas-settijiet tad-data kollha korrispondenti għall-hit. Is-Sistema Ċentrali ma għandhiex tittrażmetti l-immarkar imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Malli jiskadi l-perjodu ta’ tliet snin, is-Sistema Ċentrali għandha awtomatikament tibblokka tali data milli tiġi trażmessa fil-każ ta’ talba għal tqabbil għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(c), filwaqt li tħalli dik id-data disponibbli għat-tqabbil għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) sal-punt ta’ tħassir. Data mblukkata ma għandhiex tiġi trażmessa, u s-Sistema Ċentrali għandha tagħti riżultat negattiv lill-Istat Membru rikjedenti fil-każ ta' hit.

3. L-Istat Membru ta’ oriġini għandu jneħħi l-marka fuq data jew jiżblokka li tikkonċerna ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li d-data tagħhom kienet ġiet preċedentement immarkata jew żblukkata taħt il-paragrafi 1 jew 2 ta’ dan l-Artikolu jekk l-istatus tagħhom ġie revokat jew intenn jew it-tiġdid tal-istatus tagħhom ġie rifjutat taħt [l-Artikoli 14 jew 19 tad-Direttiva 2011/95/UE] revokat skont l-Artikoli 14 jew 20 tar-Regolament Nru (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar Standards għall-Kwalifika].

4. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a) u (c), l-Istat Membru ta’ oriġini li ħareġ ta dokument ta’ residenza lil ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida b’soġġorn illegali li d-data tagħhom kienet ġiet irreġistrata qabel fis-Sistema Ċentrali u fis-CIR kif xieraq skont l-Artikolu 13 (2) u 14(2) jew lil ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida żbarkati wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ li d-data tagħhom kienet ġiet irreġistrata qabel fis-Sistema Ċentrali u fis-CIR kif xieraq skont l-Artikolu 14a(2) għandu jimmarka d-data rilevanti f’konformità mar-rekwiżiti tal-komunikazzjoni elettronika mas-Sistema Ċentrali stabbilita mill-eu-LISA. Din il-marka għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali konformement mal-Artikolu 17(2) u (3) u (3a) għall-finijiet tat-trażmissjoni skont l-Artikolu 15 u 16. Is-Sistema Ċentrali għandha, mill-aktar fis u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara, tinforma lill-Istati Membri ta’ oriġini kollha dwar l-immarkar tad-data minn Stat Membru ta’ oriġini ieħor li jkun kiseb hit b’data li jkunu ttrażmettew relatata mal-persuni msemmija fl-Artikolu10(1), 13(1), jew 14(1), jew 14a(1). Dawk l-Istati Membri ta’ oriġini għandhom jimmarkaw ukoll is-settijiet tad-data korrispondenti.

5. Id-data ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi b’soġġorn illegali maħżuna fis-Sistema Ċentrali u fis-CIR u mmarkata skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun disponibbli għall-paragun għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(d) sakemm tali data titħassar awtomatikament mis-Sistema Ċentrali u mis-CIR skont l-Artikolu 17(4).

6. Għall-finijiet tal-Artikolu 58(4) tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni], l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni għandu, wara r-reġistrazzjoni tad-data skont l-Artikolu 14b(2), jirreġistra lilu nnifsu bħala l-Istat Membru responsabbli u jimmarka din id-data bl-immarkar introdott mill-Istat Membru li jkun ta l-protezzjoni.”;

(23) fl-Artikolu 21, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

1 a. Meta l-awtoritajiet maħtura jikkonsultaw is-CIR f’konformità mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament 2019/818, dawn ikunu jistgħu jaċċessaw il-Eurodac għall-konsultazzjoni skont il-kundizzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu meta t-tweġiba riċevuta skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2019/818 tindika li d-data tkun maħżuna fil-Eurodac.”;

(24) fl-Artikolu 22, jiddaħħal il-paragrafu 1 a li ġej:

1 a. Meta l-Europol ikkonsultat is-CIR f’konformità mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2019/818, hija tista’ taċċessa l-Eurodac għal konsultazzjoni bil-kundizzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu meta t-tweġiba riċevuta skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) 2019/818 tindika li d-data hija maħżuna fil-Eurodac.”;

(25) fl-Artikolu 28, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

3 a. L-aċċess għall-finijiet tal-konsultazzjoni tad-data tal-Eurodac maħżuna fis-CIR għandu jingħata lill-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru u lill-persunal debitament awtorizzat tal-korpi tal-Unjoni li jkun kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (UE) 2019/818. Dan l-aċċess għandu jkun limitat sal-punt neċessarju għat-twettiq tal-kompiti ta’ dawn l-awtoritajiet nazzjonali u tal-korpi tal-Unjoni f’konformità ma’ dawn il-finijiet, u għandu jkun proporzjonat għall-għanijiet li jridu jintlaħqu.”;

(26) L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a) jiddaħħlu l-paragrafi 1a u 1b li ġejjin:

“(1a) Għall-finijiet tal-Artikolu 8a, l-eu-LISA għandha żżomm rekords ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar tad-data mwettqa fil-Eurodac. Ir-rekords ta’ tali tip ta’ operazzjonijiet għandhom jinkludu l-elementi previsti fl-ewwel paragrafu u l-hits skattati waqt it-twettiq tal-ipproċessar awtomatizzat stabbilit fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2018/1240.

1b. Għall-fini tal-Artikolu 8c, l-Istati Membri u l-eu-LISA għandhom iżommu rekords ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar tad-data mwettqa fi ħdan il-Eurodac u s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża f’konformità ma’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.”;

(b)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(a), u (b), (bc), (f) u (g), kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jilħaq l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 1a, 1b u 2 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tas-sistema nazzjonali tiegħu. Minbarra dan, kull Stat Membru għandu jżomm rekord tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal jew jikseb id-data.”;

(27) fl-Artikolu 39(2), jiddaħħal il-punt (i) li ġej:

(i)fejn relevanti, ir-referenza għall-użu tal-portal Ewropew tat-tfittxija biex issir tfittxija fil-Eurodac kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2019/818.”;

(28) Il-Kapitolu VIIIa li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 40:

“KAPITOLU VIIIa

EMENDI TAR-REGOLAMENTI (UE) 2018/1240 U (UE) 2019/818

Artikolu 40a

Emendi tar-Regolament (UE) 2018/1240 

Ir-Regolament (UE) 2018/1240 huwa emendat kif ġej:

(1)fl-Artikolu 11, jiddaħħal il-paragrafu 6 a li ġej:

“(6 a) Għall-fini tal-proċediment għall-verifiki msemmija fil-punt (k) tal-Artikolu 20(2), l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, għandu jippermetti lis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS tfittex fil-Eurodac stabbilita mir-[Regolament (UE) XXX/XXX], bid-data msemmija fl-Artikolu 17(2), il-punti minn (a) sa (d):

(a) il-kunjom (isem il-familja), il-kunjom tat-twelid, l-ewwel isem/ismijiet (l-isem/ismijiet mogħti(ja), id-data tat-twelid, il-post tat-twelid, is-sess, in-nazzjonalità attwali;

(b) ismijiet oħra (psewdonimu/i, isem/ismijiet artistiku/ċi, isem/ismijiet tas-soltu), jekk ikollu;

(c) nazzjonalitajiet oħrajn (jekk hemm);

(d) it-tip, in-numru, il-pajjiż ta’ oriġini tad-dokument tal-ivvjaġġar.”;

(2) fl-Artikolu 25 a(1) jiddaħħal il-punt (e) b’dan li ġej:

“(e) l-Artikoli 12, 13, 14 u 14a tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac].”;

(3) fl-Artikolu 88, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6. L-operazzjonijiet tal-ETIAS għandhom jibdew irrispettivament minn jekk tiddaħħalx fis-seħħ l-interoperabbiltà mal-Eurodac jew mal-ECRIS-TCN.”;

Artikolu 40b

Emendi tar-Regolament (UE) 2019/818

Ir-Regolament (UE) 2019/818 huwa emendat kif ġej:

(1) fl-Artikolu 4, il-punt (20) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(20). “awtoritajiet maħtura” tfisser l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri kif definiti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac], fil-punt (26) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fil-punt (3a) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) 767/2008, u fil-punt (21) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;”;

(2) fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 10, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac], l-Artikoli 12 u 18 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1862, għall-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/816 u għall-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2016/794, l-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta’ proċessar tad-data fl-ESP. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:”;

(3) il-paragrafu 1 tal-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a) il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b) id-data msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (b), u (2) tar-Regolament (UE) 2019/816.”;

(b) jiddaħħal il-punt (c) li ġej:

“(c) id-data msemmija fl-Artikoli 12, il-punti (a) u (b), 13(2), il-punti (a) u (b), 14 (2), il-punti (a) u (b) u 14a (2), il-punti (a) u (b) tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac].”;

“4. L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 14

It-tfittix tad-data bijometrika bis-servizz kondiviż ta’ tqabbil bijometriku

Biex wieħed ifittex fid-data bijometrika maħżuna fis-CIR u s-SIS, is-CIR u s-SIS għandhom jużaw il-mudelli bijometriċi maħżuna fil-BMS kondiviż. It-tfittxijiet bid-data bijometrika għandhom isiru f’konformità mal-finijiet previsti f’dan ir-Regolament u fir-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac], ir-Regolamenti (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816.”;

(5) Fl-Artikolu 16, il-frażi introduttorja tal-paragrafu 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac], l-Artikoli 12 u 18 tar-Regolament (UE) 2018/1862 u għall-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/816, l-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta’ proċessar tad-data fil-BMS kondiviż.

(6) Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Is-CIR għandu jaħżen id-data li ġejja, loġikament separata, skont is-sistema ta’ informazzjoni li minnha oriġinat id-data:

a) id-data msemmija fl-Artikolu 12, il-punti minn (a) sa (f), (h) u (i), l-Artikolu 13(2), il-punti minn (a) sa (f), (h) u (i), l-Artikolu 14(2), il-punti minn (a) sa (f), (h) u (i) u l-Artikolu 14a, il-punti minn (a) sa (f), (h) u (i) tar-Regolament (UE) XXX/ XXX [ir-Regolament Eurodac];

b) id-data msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (b), u (2) u d-data li ġejja elenkata fl-Artikolu 5(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2019/816: il-kunjom (isem il-familja), l-ewwel ismijiet (ismijiet), id-data tat-twelid, il-post tat-twelid (belt u pajjiż), in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet, is-sess u l-ismijiet preċedenti jekk applikabbli, il-laqmijiet /jew il-psewdonimi fejn disponibbli, kif ukoll, fejn disponibbli, informazzjoni dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar.”;

(7) Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Id-data msemmija fl-Artikolu 18(1), (2) u (2a) għandha titħassar mis-CIR b’mod awtomatizzat f’konformità mad-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma ta’ data tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac] u r-Regolament (UE) 2019/816.”;

(8) L-Artikolu 24 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 24

Żamma ta’ reġistrazzjonijiet

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac] u għall-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/816, l-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta’ proċessar tad-data fis-CIR skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.”;

(9) Fl-Artikolu 26(1), jiddaħħlu l-punti (aa), (ab), (ac) u (ad):

“(aa)l-awtoritajiet kompetenti biex jivvalutaw talba għal protezzjoni meta jivvalutaw talba ġdida għal protezzjoni internazzjonali;

(ab)l-awtoritajiet kompetenti biex jiġbru d-data prevista fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac] meta jittrażmettu d-data lill-Eurodac;

(ac)l-awtoritajiet kompetenti biex jiġbru d-data prevista fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac] meta jittrażmettu d-data lill-Eurodac;

(ad)l-awtoritajiet kompetenti biex jiġbru d-data prevista fil-Kapitolu IVA tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac] meta jittrażmettu d-data lill-Eurodac;”;

(10) L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a) il-punt li ġej (aa) jiddaħħal fil-paragrafu 1:

“(Aa) is-sett tad-data huwa trażmess lill-Eurodac skont l-Artikoli 10, 13, 14 u 14a tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac];”;

(b) il-punt li ġej (aa) jiddaħħal fil-paragrafu 3:

‘(aa) il-kunjom(ijiet); l-isem(ismijiet); l-isem/l-ismijiet tat-twelid, l-ismijiet u l-psewdonimi użati qabel; id-data tat-twelid, il-post tat-twelid, in-nazzjonalità(jiet) u s-sess kif imsemmija fl-Artikolu minn 12 sa 14a tar-Regolament (EU) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac];”;

(11) fl-Artikolu 29(1), jiddaħħal il-punt (aa) li ġej:

“(aa) l-awtorità li tivvaluta talba għal protezzjoni internazzjonali kif stabbilit fir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac] għal hits li jkunu seħħew matul il-valutazzjoni tat-tali talba;”;

(12) fl-Artikolu 39, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2. L-eu-LISA għandha tistabbilixxi, timplimenta u tospita fis-siti tekniċi tagħha lis-CRRS li fihom id-data u l-istatistika msemmija fl-Artikolu 42(8) tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac], l-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) 2018/1862 u l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/816 isseparati loġikament mis-sistema ta’ informazzjoni tal-UE. L-aċċess għar-repożitorju tas-CRRS għandu jingħata permezz ta’ aċċess sikur b’kontroll u profili ta’ utenti speċifiċi, unikament għall-fini ta’ rapportar u statistika, lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 42(8) tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac], l-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) 2018/1862 u l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2019/816.”;

(13) fl-Artikolu 47, jiddaħħal l-inċiż il-ġdid li ġej fil-paragrafu 3:

“Persuni li d-data tagħhom hija rreġistrata fil-Eurodac għandhom jiġu infurmati dwar l-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-paragrafu 1 meta jiġi trasmess sett ta’ data ġdid lill-Eurodac skont l-Artikoli 10, 12, 13, 14 u 14a tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac].”;

(14) L-Artikolu 50 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 50

Komunikazzjoni ta’ data personali lil pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u

partijiet privati

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, għall-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) 2016/794, għall-Artikoli 37 u 38 tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac] għall-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2017/2226, għall-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2018/1240 u għal meta jsiru tfittxijiet fil-bażijiet tad-data tal-Interpol permezz tal-ESP skont l-Artikolu 9(5) ta’ dan ir-Regolament li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2018/1725 u tal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, id-data personali maħżuna fil-komponenti tal-interoperabbiltà, jew li dawn il-komponenti jipproċessaw jew li jaċċedu għaliha, m’għandhiex tiġi ttrasferita u ma għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-ebda pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew parti privata.

(29) jiddaħħal l-Artikolu 41 a li ġej:

Artikolu 41 a

Proċedura ta’ kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) 182/2011.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3. Fejn il-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva 

Proposta emendata għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ data bijometrika għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni] u tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni], għall-identifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida b’soġġorn illegali u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi (riformulat) u li temenda r-Regolamenti (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/818

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

11 – Ġestjoni tal-Fruntieri

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida segwita minn proġett pilota/azzjoni preparatorja 31  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew direzzjoni mill-ġdid ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva 

Kif imħabbar fil-linji gwida politiċi tal-President von der Leyen, il-Komunikazzjoni dwar Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil (COM (2020) XXX finali) tippreżenta bidu ġdid dwar il-migrazzjoni biex jinkiseb bilanċ ġust bejn ir-responsabbiltà għall-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali fl-Ewropa u s-solidarjetà fost l-Istati Membri biex jittrattaw il-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-ażil. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni pproponiet ukoll li tkompli ssaħħaħ il-Eurodac.

Flimkien mal-Komunikazzjoni tagħha dwar Patt Ġdid għall-Migrazzjoni u l-Ażil (COM (2020) XXX final), il-Kummissjoni tippreżenta proposta emendata għal Regolament dwar l-istabbiliment ta’ “Eurodac” għat-tqabbil ta’ data bijometrika għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni] u tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni], għall-identifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida b’soġġorn illegali u dwar talbiet għat-tqabbil mad-data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi u li temenda r-Regolamenti (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/818. Din il-proposta hija bbażata fuq it-test tal-ftehim proviżorju milħuq mill-koleġiżlaturi dwar il-proposta tal-2016 għar-riformulazzjoni tar-Regolament Eurodac u żżid sett ġdid ta’ funzjonalitajiet mal-bażi tad-data.

Dawn il-funzjonalitajiet ġodda jippermettu l-għadd tal-applikanti kif ukoll tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-implimentazzjoni korretta tal-qafas tal-interoperabbiltà kif stabbilit b’mod partikolari mir-Regolament (UE) 2019/818, l-appoġġ xieraq għall-proposta l-ġdida għal Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni (ir-riforma tas-sistema ta’ Dublin preċedenti), rabta aktar faċli mar-ritorn u artikolazzjoni mingħajr xkiel mal-proposta għal Regolament dwar l-Iskrinjar.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/ċi u l-attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernat(i) 

DĠ HOME AMP Objettiv speċifiku Nru 1: It-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, inkluż id-dimensjoni esterna tagħha.

Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i: Attività 11: Ġestjoni tal-Fruntieri:

Objettiv Speċifiku Nru 1: Evoluzzjoni tas-sistema funzjonali tal-Eurodac

Objettiv Speċifiku Nru 2: Titjib tal-kapaċità tal-bażi tad-data tal-Eurodac

1.4.3.Ir-riżultat(i) u l-impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-proposta se tibni fuq il-ftehim proviżorju li ntlaħaq mill-koleġiżlaturi dwar il-proposta tal-Kummissjoni tal-2016 għar-riformulazzjoni tar-Regolament Eurodac.

Il-proposta ppreżentata fl-2016 kellha l-għan li tgħin lill-Istati Membri jiżguraw li applikant għall-protezzjoni internazzjonali jkollu l-applikazzjoni tiegħu/tagħha eżaminata minn Stat Membru wieħed u li tnaqqas l-ambitu ta’ abbuż tas-sistema tal-ażil billi tiskoraġġixxi “s-shopping għal ażil” fl-UE. Din kellha wkoll l-għan li tippermetti lill-Istati Membri jidentifikaw ċittadini irregolari ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment fl-UE billi jaħżnu d-data tagħhom. Dan jgħin lill-Istati Membri biex jiddokumentaw mill-ġdid ċittadini ta’ pajjiżi terzi bil-ħsieb li jirritornawhom lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. Bit-tnaqqis tal-età għat-teħid tal-marki tas-swaba’ għal sitt snin, il-proposta kellha l-għan li tappoġġa l-identifikazzjoni ta’ minorenni u, jekk ikun meħtieġ, li tikkontribwixxi għat-traċċar tal-familja f’każijiet fejn dawn ikunu separati mill-familji tagħhom billi tippermetti lil Stat Membru jsegwi linja ta’ inkjesta fejn tqabbil tal-marki tas-swaba’ jindika li kienu preżenti fi Stat Membru ieħor. Din kellha wkoll l-għan li ssaħħaħ il-protezzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati li mhux dejjem formalment ifittxu protezzjoni internazzjonali u li jaħarbu minn istituzzjonijiet ta’ kura tat-tfal jew servizzi soċjali li lilhom tkun ġiet assenjata l-kura tagħhom. Ir-reġistrazzjoni ta’ minorenni minn pajjiżi terzi fil-Eurodac għalhekk tikkontribwixxi biex jinżamm rekord tagħhom u ma jiġi evitat li jispiċċaw f’xenarji ta’ sfruttament.

Matul in-negozjati, ġew introdotti diversi modifiki mill-koleġiżlaturi. Għalhekk, ġew miżjuda żewġ kategoriji ġodda ta’ persuni fil-Eurodac, jiġifieri persuni rreġistrati għall-fini tat-twettiq ta’ proċedura ta’ ammissjoni skont ir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni] u persuni ammessi skont skema nazzjonali ta’ risistemazzjoni. L-għan ta’ dawn iż-żidiet huwa li jgħinu lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni korretta tar-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni. F’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni] dawn huma tnejn mir-raġunijiet għall-ammissjoni skont dan ir-Regolament; jekk tali data ma tiġix irreġistrata fil-Eurodac, Stat Membru li jwettaq proċedura ta’ ammissjoni għar-risistemazzjoni jkollu jivverifika bilateralment mal-Istati Membri l-oħra kollha jekk il-persuna inkwistjoni kinitx f’waħda minn dawk iż-żewġ sitwazzjonijiet. Il-koleġiżlaturi introduċew ukoll bidliet li jiffaċilitaw l-aċċess tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-Eurodac billi ppermettewlhom il-possibbiltà li jagħmlu tfittxijiet fuq il-bażi ta’ data alfanumerika. Huma introduċew ukoll id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex fil-Eurodac jinħażnu l-kopji bil-kulur skennjati tad-dokumenti tal-identità jew tal-ivvjaġġar. L-għan ta’ dawn id-dispożizzjonijiet kien li jiffaċilitaw ir-ritorn.

B’kont meħud ta’ dan kollu ta’ hawn fuq u filwaqt li tibni fuq din il-bażi, il-proposta attwali se tittrasforma s-sistema biex tippermetti l-għadd ta’ applikanti (għall-ewwel darba) għall-protezzjoni internazzjonali. L-Istati Membri u l-UE se jibbenefikaw minn dan bħala l-ewwel pass biex jiġu mmappjati movimenti mhux awtorizzati u jiġi żgurat rispons ta’ politika xieraq biex jiġi indirizzat dan il-fenomenu. Barra minn hekk, dispożizzjonijiet ġodda se jiżguraw koerenza mal-proposta għal Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni (ir-riforma tas-sistema ta’ Dublin preċedenti). Din il-proposta tipprovdi kriterju ta’ responsabbiltà għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali meta l-applikazzjoni tkun ġiet irreġistrata wara li l-persuna kkonċernata tkun ġiet żbarkata wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ (skont ir-regoli attwali dawn il-persuni huma koperti mill-kriterju tad-dħul irregolari). Filwaqt li r-regoli ta’ responsabbiltà għal din il-kategorija l-ġdida huma l-istess bħar-regoli għal persuni li jidħlu b’mod irregolari, id-distinzjoni hija rilevanti fir-rigward tal-fatt li l-Istati Membri tal-iżbark jiffaċċjaw sfidi speċifiċi billi ma jistgħux japplikaw għall-iżbarki tas-SAR l-istess għodod bħal dawk għal qsim irregolari bl-art jew bl-ajru. Għalhekk, jeħtieġ li jkun hemm kategorija separata għal dawn il-persuni fil-Eurodac minflok ma jiġu rreġistrati bħala persuni li jaqsmu l-fruntiera b’mod irregolari (kif inhu l-każ bħalissa). Iċ-ċaqliq tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri se jkun rifless ukoll b’mod ċar fil-Eurodac u b’hekk jgħaġġlu l-proċeduri tal-ażil. L-immarkar tat-twissija ta’ sigurtà wara l-proċedura l-ġdida ta’ skrinjar se jiffaċilita wkoll l-applikazzjoni tar-regoli ta’ rilokazzjoni billi l-persuni li jirrappreżentaw theddida għas-sigurtà huma esklużi mir-rilokazzjoni. Bl-istess mod, l-introduzzjoni ta’ qasam li jindika l-Istat Membru li jkun ħareġ jew estenda viża lill-applikant jew li f’ismu tkun inħarġet il-viża u n-numru tal-applikazzjoni tal-viża jiffaċilita l-applikazzjoni tal-kriterji ta’ responsabbiltà għal dawk l-Istati Membri/Pajjiżi Assoċjati li mhumiex marbuta bir-Regolament VIS iżda li madankollu huma affettwati mill-ħruġ ta’ viża. Għalhekk, billi jimmarkaw b’mod ċar dawn l-elementi kollha fil-Eurodac, l-Istati Membri se jibbenefikaw minn proċess ta’ ażil aktar mgħaġġel f’sens aktar wiesa’. Fl-aħħar nett, il-proposta l-ġdida se tiżgura artikolazzjoni bla xkiel bl-iskrinjar permezz ta’ adattament tal-iskadenzi u rabta aktar faċli mar-ritorn billi timmarka jekk applikazzjoni tkunx ġiet irrifjutata u l-persuna ma jkollha ebda dritt li tibqa’ u billi timmarka jekk tkunx ingħatat l-assistenza għar-ritorn volontarju u għar-riintegrazzjoni (AVVR).

Il-proposta attwali se tintroduċi wkoll sett ta’ emendi konsegwenzjali marbuta mal-qafas tal-interoperabbiltà, inklużi emendi għar-Regolament dwar l-Interoperabbiltà. Il-ġustifikazzjonijiet legali u finanzjarji meħtieġa għal dawn huma previsti fid-dikjarazzjoni legali u finanzjarja tal-Interoperabbiltà (legal and financial statement, LFS) u mhux se jkunu koperti minn dan id-dokument.

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt 

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Matul l-aġġornament tas-Sistema Ċentrali, inkluż bil-għan tal-implimentazzjoni tal-qafas tal-interoperabbiltà

Wara l-approvazzjoni tal-abbozz tal-proposta u l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi s-Sistema Ċentrali tal-Eurodac se tkun aġġornata f’termini ta’ kapaċità u throughput għat-trażmissjoni mill-Punti ta’ Aċċess Nazzjonali tal-Istati Membri. eu-LISA se tikkoordina l-ġestjoni tal-proġett ta’ mmodernizzar tas-Sistema Ċentrali u s-sistemi nazzjonali fil-livell tal-UE u l-integrazzjoni ta’ Interface Nazzjonali Uniformi (National Uniform Interface, NUI) mwettqa mill-Istati Membri fuq livell nazzjonali.

Objettiv Speċifiku: Lest għall-operazzjonijiet meta r-Regolament il-ġdid dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni (ir-riforma tas-sistema ta’ Dublin preċedenti) se jidħol fis-seħħ.

Indikatur: Sabiex tkun tista’ tibda taħdem, eu-LISA nnotifikat it-tlestija b’suċċess ta’ test komprensiv tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac li se jsir mill-Aġenzija flimkien mal-Istati Membri.

Ladarba s-Sistema Ċentrali l-ġdida tkun operazzjonali (l-Artikolu 42 tal-proposta oriġinali tal-2016 kif miftiehem b’mod proviżorju mill-koleġiżlaturi)

Ladarba s-sistema tal-Eurodac tkun operazzjonali, eu-LISA għandha tiżgura li hemm sistemi fis-seħħ sabiex jimmonitorjaw il-funzjonament tas-sistema permezz ta’ miri. Fl-aħħar ta’ kull sena eu-LISA jenħtieġ li tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali, inkluż dwar il-funzjonament tekniku tagħha u s-sigurtà. Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni tal-Eurodac skont indikaturi kwantitattivi definiti minn qabel għall-objettivi tagħha.

Fi żmien tliet snin mill-adozzjoni, jenħtieġ li l-eu-LISA twettaq studju dwar il-fattibbiltà teknika li żżid software ta’ rikonoxximent tal-wiċċ fis-Sistema Ċentrali, li jiżgura riżultati kredibbli u preċiżi wara paragun tad-data tal-immaġni tal-wiċċ.

Fi żmien seba’ snin mill-adozzjoni u kull erba’ snin wara dan iż-żmien, il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni ġenerali tal-Eurodac, billi teżamina r-riżultati miksuba permezz ta’ miri, u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, inkluż jekk l-aċċess għall-infurzar tal-liġi wassalx għal diskriminazzjoni indiretta kontra persuni koperti b’dan ir-Regolament, u tagħmel stima dwar il-validità kontinwata tar-raġunijiet bażiċi li għalihom ġie mwaqqaf, u kull implikazzjoni għal ħidmiet fil-futur, u għandha tagħmel kwalunkwe rakkomandazzjoni meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapporti dwar l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Kull Stat Membru u l-Europol għandhom jippreparaw rapporti annwali dwar l-effettività tat-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba’ mad-data tal-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, li jkun fihom statistiki dwar in-numru ta’ talbiet u hits riċevuti.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

(1) Id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali skont il-proposta l-ġdida għal Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni.

(2) Il-kontroll tal-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali lejn l-UE u fiha għall-finijiet tad-dokumentazzjoni mill-ġdid u r-ritorn.

(3) Għajnuna fl-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi vulnerabbli bħal minorenni li spiss jisfaw vittmi ta’ faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin.

(4) L-infurzar tal-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali, it-terroriżmu u theddid ieħor għas-sigurtà;

(4) Assistenza fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni] billi jiffaċilita l-applikazzjoni tar-raġunijiet għall-esklużjoni (kif spjegat fil-punt 1.4.3).

(5) Assistenza fl-immappjar ta’ movimenti mhux awtorizzati billi jingħaddu (għall-ewwel darba) l-applikanti.

(6) Appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-qafas tal-interoperabbiltà (inklużi emendi għar-Regolament dwar l-Interoperabbiltà) u, f’dan il-kuntest, appoġġ għall-objettivi tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS). Fir-rigward tal-VIS, l-awtoritajiet kompetenti tal-viża għandu jkollhom aċċess għall-Eurodac biex jikkonsultaw id-data f’format li jinqara biss; dan se jipprovdi input fil-proċess ta’ eżaminar u teħid ta’ deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għal viża. Għall-ETIAS, id-dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament Eurodac se jippermettu t-tqabbil bejn id-data fl-ETIAS u d-data fil-Eurodac sabiex ikunu jistgħu jitwettqu l-verifiki previsti mill-Artikolu 20 tar-Regolament dwar l-ETIAS. Barra minn hekk, l-unitajiet nazzjonali tal-ETIAS għandu jkollhom aċċess għall-bażi tad-data tal-Eurodac u jistgħu jikkonsultawha, f’format li jinqara biss, għall-fini tal-eżami tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar.

1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-kumplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Raġunijiet għal azzjoni fil-livell Ewropew (ex-ante)

L-ebda Stat Membru waħdu ma jista’ jlaħħaq mal-immigrazzjoni irregolari, movimenti mhux awtorizzati jew jittratta l-applikazzjonijiet għall-ażil kollha magħmula fl-UE. Kif wieħed seta’ jara fl-UE għal bosta snin, persuna tista’ tidħol fl-UE mill-fruntieri esterni, iżda mhux tiddikjara lilha nfisha f’punt ta’ qsim tal-fruntiera determinat. Dan kien il-każ b’mod partikolari fl-2015-2014 meta aktar minn miljun migrant irregolari waslu fl-UE permezz ta’ rotot tal-Mediterraean Ċentrali u tan-Nofsinhar. Bl-istess mod, fl-2015 kien hemm ċaqliq ulterjuri minn dawk il-pajjiżi li jinsabu fil-fruntieri esterni lejn Stati Membri oħra. Il-monitoraġġ tal-konformità mar-regoli u l-proċeduri tal-UE bħall-proċedura biex jiġi stabbilit l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil, għalhekk, ma jistax isir mill-Istati Membri meta jaġixxu waħedhom F’żona mingħajr fruntieri interni, jenħtieġ li l-azzjoni kontra l-immigrazzjoni irregolari titwettaq b’mod komuni. Meta jitqies dan kollu, l-UE qiegħda f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tieħu l-miżuri xierqa.

Bl-istess mod, l-applikazzjoni effiċjenti tar-raġunijiet għall-esklużjoni skont ir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni] ma tistax issir mill-Istati Membri tiegħi waħedhom.

L-użu tat-tliet sistemi tal-IT fuq skala kbira eżistenti tal-UE (is-SIS, il-VIS u l-Eurodac) jagħti benefiċċji lill-ġestjoni tal-fruntieri. Informazzjoni aħjar dwar movimenti transfruntieri ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fuq livell tal-UE tiddefinixxi bażi fattwali sabiex tgħin tiġi żviluppata u adattata l-politika tal-migrazzjoni tal-UE. Għalhekk, kienet meħtieġa wkoll emenda tar-Regolament Eurodac sabiex jiġi miżjud skop addizzjonali, jiġifieri li jitħalla aċċess għall-fini li tiġi kkontrollata l-migrazzjoni irregolari u l-movimenti mhux awtorizzati ta’ migranti irregolari fl-UE (il-proposta tal-2016). Dan l-objettiv ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, billi emenda bħal din tista’ biss tiġi proposta mill-Kummissjoni. Fl-istess sens, il-modifiki meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tal-qafas tal-interoperabbiltà jistgħu jiġu proposti biss mill-Kummissjoni.

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jiġi ġġenerat (ex-post)

Huwa mistenni li r-Regolament Eurodac se jkollu valur miżjud fuq diversi livelli. L-ewwel nett, huwa mistenni li jiżgura l-applikazzjoni effiċjenti u rapida tar-regoli previsti mill-proposta għal Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u l-Migrazzjoni (is-sistema ta’ Dublin preċedenti) billi jimmarka b’mod ċar l-informazzjoni meħtieġa, bħat-trasferiment tar-responsabbiltà minn Stat Membru għall-ieħor, id-data għar-rilokazzjoni jew id-data rilevanti għall-istabbiliment tar-responsabbiltà. It-tieni, huwa mistenni li jgħin aħjar fil-kontroll tal-immigrazzjoni irregolari u fid-detezzjoni ta’ movimenti mhux awtorizzati, fost l-oħrajn, billi jingħaddu l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali flimkien mal-applikazzjonijiet. It-tielet, huwa mistenni li jiżgura l-applikazzjoni effiċjenti tar-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni billi jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni mwettqa fl-istadju tal-proċedura ta’ ammissjoni. Jekk tali informazzjoni ma tinsabx fil-Eurodac, din ikollha tinkiseb mill-Istat Membru li jkun qed imexxi dik il-proċedura ta’ ammissjoni billi jikkuntattja bilateralment lill-Istati Membri l-oħra kollha. Ir-raba’, huwa mistenni li jiġi żgurat il-funzjonament tal-Eurodac fil-qafas tal-interoperabbiltà billi xi wħud mid-dispożizzjonijiet fir-Regolamenti dwar l-Interoperabbiltà jeħtieġ li jkollhom il-kontropartijiet xierqa fl-atti legali li jirregolaw il-bażijiet tad-data koperti mill-interoperabbiltà. Fl-aħħar nett, huwa mistenni li jiġu ffaċilitati r-ritorni u li tiġi żgurata rabta bla xkiel mal-iskrinjar.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

It-tagħlimiet ewlenin meħuda mill-aġġornament tas-Sistema Ċentrali wara l-adozzjoni tar-riformulazzjoni tar-Regolament Eurodac 32 kienet l-importanza tal-ġestjoni bikrija tal-proġett mill-Istati Membri u l-iżgurar li l-proġett ta’ aġġornament tal-konnessjoni nazzjonali kien ġestit f’forma ta’ stadji li jridu jintlaħqu. Għalkemm l-eu-LISA stabbiliet skeda riġida għall-ġestjoni tal-proġetti, kemm għal titjib fis-Sistema Ċentrali kif ukoll għal konnessjonijiet nazzjonali fl-Istati Membri, għadd ta’ Stati Membri naqsu jew irriskjaw li ma jiġux konnessi mas-Sistema Ċentrali sal-20 ta’ Lulju 2015 (sentejn wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament).

Fil-workshop dwar it-tagħlimiet miksuba wara l-aġġornament tas-Sistema Ċentrali fl-2015, l-Istati Membri nnutaw ukoll li kienet meħtieġa fażi ta’ tnedija għall-aġġornament li jmiss tas-Sistema Ċentrali biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jimmaniġġjaw il-konnessjoni mas-Sistema Ċentrali fil-ħin.

Instabu soluzzjonijiet alternattivi għal dawk l-Istati Membri li kienu tard biex jikkonnettjaw mas-Sistema Ċentrali fl-2015. Dawn inkludew li eu-LISA li tislef is-soluzzjoni ta’ Punt Nazzjonali ta’ Aċċess/Trażmissjoni tal-Immaġini tal-Marki tas-Swaba’ (National Access Point, NAP/Fingerprint Image Transmission, FIT) lil Stat Membru wieħed li kien użat għal simulazzjonijiet ta’ ttestjar mill-Aġenzija, billi l-Istat Membru inkwistjoni naqas milli jassigura l-finanzjament meħtieġ biex jibda l-proċedura ta’ akkwist tiegħu ftit wara l-adozzjoni tar-Regolament Eurodac. Żewġ Stati Membri oħra kellhom jirrikorru għall-użu ta’ soluzzjoni “in-house” għall-konnessjoni tagħhom qabel ma jinstallaw is-soluzzjonijiet ta’ akkwist tagħhom NAP/FIT.

L-eu-LISA ffirmat Kuntratt Qafas ma’ fornitur tas-servizzi għall-iżvilupp ta’ funzjonalitajiet u servizzi ta’ manutenzjoni għall-Eurodac. Ħafna Stati Membri użaw dan il-kuntratt qafas biex jakkwistaw soluzzjoni standardizzata NAP/FIT, li tiffranka l-ħin u l-fondi billi ma jkollhomx għalfejn imexxu proċeduri nazzjonali ta’ akkwist. Kuntratt qafas simili jenħtieġ li jerġa’ jiġi kkunsidrat għall-aġġornament futur.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Din il-proposta jenħtieġ li titqies bħala parti mill-iżvilupp kontinwu tar-Regolament ta’ Dublin 33 , propost li jiġi sostitwit mir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Patt Ġdid dwar l-Ażil u l-Migrazzjoni (COM(2020) XXX final), il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Sistemi ta’ Informazzjoni aktar b’Saħħithom u aktar Intelliġenti għall-Fruntieri u għas-Sigurtà 34 , kif ukoll b’rabta mal-fruntieri tal-ISF 35 , bħala parti mill-QFP u l-istabbiliment tar-Regolament ta’ eu-LISA 36 .

Fil-Kummissjoni, id-DĠ HOME huwa d-Direttorat Ġenerali responsabbli għall-istabbiliment tal-Eurodac.

1.6.Durata u impatt finanzjarju 

 durata limitata

   fis-seħħ mill-[JJ/XX]SSSS sal-[JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’fażi ta’ żvilupp matul l-ewwel tliet snin wara l-adozzjoni,

wara l-bidu tal-operat u l-manutenzjoni.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Il-Kummissjoni tkun responsabbli għall-ġestjoni ġenerali tal-azzjoni u eu-LISA tkun responsabbli għall-iżvilupp, it-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sistema.

 

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Ir-regoli dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tas-Sistema tal-Eurodac huma previsti fl-Artikolu 42 tal-proposta oriġinali tal-2016:

Rapport annwali: monitoraġġ u evalwazzjoni

1. eu-LISA għandha tippreżenta rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, inkluż dwar il-funzjonament u s-sigurtà tagħha. Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni tal-Eurodac skont indikaturi kwantitattivi definiti minn qabel għall-objettivi msemmijin fil-paragrafu 2.

2. eu-LISA għandha tiżgura li jkunu stabbiliti proċeduri sabiex jimmonitorjaw il-funzjonament tas-Sistema Ċentrali permezz ta’ miri relatati mal-output, l-effettività fil-konfront tal-ispejjeż magħmula u l-kwalità ta’ servizz.

3. Għall-finijiet tal-manutenzjoni teknika, tar-rappurtar u tal-istatistika, l-eu-LISA għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni meħtieġa relatata mal-operazzjonijiet tal-ipproċessar magħmula fis-Sistema Ċentrali.

3a.    Fi żmien tliet snin mill-adozzjoni, l-eu-LISA għandha tagħmel studju dwar il-fattibbiltà teknika li żżid software ta’ rikonoxximent tal-wiċċ fis-Sistema Ċentrali, għall-finijiet ta’ paragun tal-immaġini tal-wiċċ. L-istudju għandu jevalwa l-affidabbiltà u l-preċiżjoni tar-riżultati miksuba mis-software tar-rikonoxximent tal-wiċċ għall-finijiet tal-EURODAC u għandu jagħmel kwalunkwe rakkomandazzjoni neċessarja qabel l-introduzzjoni tat-teknoloġija tar-rikonoxximent tal-wiċċ fis-Sistema Ċentrali.

4. Fi żmien seba’ snin mill-adozzjoni u kull erba’ snin wara dan iż-żmien, il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni ġenerali tal-Eurodac, billi teżamina r-riżultati miksuba permezz ta’ miri, u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, inkluż jekk l-aċċess għall-infurzar tal-liġi wassalx għal diskriminazzjoni indiretta kontra persuni koperti b’dan ir-Regolament, u tagħmel stima dwar il-validità kontinwata tar-raġunijiet bażiċi li għalihom ġie mwaqqaf, u kull implikazzjoni għal ħidmiet fil-futur, u għandha tagħmel kwalunkwe rakkomandazzjoni meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapporti dwar l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lil eu-LISA u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex ifasslu r-rapport annwali msemmi fil-paragrafi 1.

6. l-eu-LISA, l-Istati Membri u l-Europol għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex jitfasslu r-rapporti ta’ evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 4. Din l-informazzjoni la għandha tipperikola l-metodi ta’ ħidma u lanqas ma għandha tinkludi informazzjoni li tiżvela s-sorsi, il-membri tal-persunal jew l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet maħtura.

7. Filwaqt li jirrispetta d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni sensittiva, kull Stat Membru u l-Europol għandhom jippreparaw rapporti annwali dwar l-effettività tat-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba’ mad-data tal-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, li jkun fihom informazzjoni u statistika dwar:

   l-iskop preċiż tat-tqabbil, inkluż it-tip ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju,

   raġunijiet mogħtija għal suspett raġonevoli,

   ir-raġunijiet raġonevoli mogħtija biex ma jsirx tqabbil ma’ Stati Membri oħra taħt id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, f’konformità mal-Artikolu 32(1) ta’ dan ir-Regolament,

   l-għadd ta’ talbiet għal tqabbil,

   l-għadd u t-tip ta’ każijiet li rriżultaw f’identifikazzjonijiet pożittivi, u

   il-ħtieġa u l-użu tal-każ eċċezzjonali ta’ urġenza, inklużi dawk il-każijiet fejn l-urġenza ma ġietx aċċettata mill-verifika ex post magħmula mill-awtorità ta’ verifika.

L-Istati Membri u l-Europol għandhom jittrażmettu r-rapporti annwali tagħhom lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

8. Fuq il-bażi tar-rapporti annwali tal-Istati Membri u tal-Europol previsti fil-paragrafu 7 u b’żieda mal-valutazzjoni ġenerali prevista fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport annwali dwar l-aċċess tal-infurzar tal-liġi għall-Eurodac u għandha tittrażmettiha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

2.2.Sistema(i) ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu(i) għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

L-eu-LISA hi maħsuba li tkun ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam tal-iżvilupp u tal-ġestjoni ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira. Hija għandha twettaq l-attivitajiet marbuta mal-iżvilupp/l-aġġornament u l-operazzjonijiet tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac.

Adozzjoni legali u żvilupp

Wara l-adozzjoni tal-abbozz tal-proposta/Atti ta’ Implimentazzjoni u l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi s-Sistema Ċentrali tal-Eurodac se tiġi aġġornata. Matul il-fażi tal-iżvilupp, l-attivitajiet kollha ta’ żvilupp se jitwettqu mill-eu-LISA. L-eu-LISA se tikkoordina l-ġestjoni tal-proġett tal-aġġornament tas-Sistema Ċentrali u s-sistemi nazzjonali fil-livell tal-UE u l-integrazzjoni tal-Interfaċċa Nazzjonali Uniformi mwettqa mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali.

Tħaddim

Sabiex tkun tista’ tibda taħdem, l-eu-LISA trid tinnotifika t-tlestija b’suċċess ta’ test komprensiv tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac li se jsir mill-Aġenzija flimkien mal-Istati Membri.

Operazzjonijiet

Matul il-fażi operazzjonali, l-eu-LISA għandha teknikament iżżomm is-sistema u għandha timmonitorja l-funzjonament tas-sistema permezz ta’ miri. Fl-aħħar ta’ kull sena, jenħtieġ li l-eu-LISA tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali li jiżgura riżultati affidabbli u preċiżi.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita(i) għall-mitigazzjoni tagħhom

Ir-riskji li ġejjin ġew identifikati:

1) Diffikultajiet għal eu-LISA biex tmexxi l-iżvilupp u l-integrazzjoni ta’ sistema b’mod parallel għal żvilupp relatat ma’ sistemi oħrajn aktar ikkomplikati (is-sistema ta’ Dħul-Ħruġ, l-AFIS għas-SIS II, il-VIS,...) li jseħħu matul l-istess perjodu.

2) L-aġġornament tal-Eurodac jeħtieġ li jiġi integrat ma’ sistemi tal-IT nazzjonali li jeħtieġ li jkunu kompletament allinjati mar-rekwiżiti ċentrali. Id-diskussjonijiet mal-Istati Membri biex jiżguraw uniformità fl-użu tas-sistema jistgħu jintroduċu dewmien fl-iżvilupp.

Ir-riskji deskritti hawn fuq jippreżentaw riskji tipiċi tal-proġett:

1. Ir-riskju li l-proġett ma jitlestiex fil-ħin;

2. Ir-riskju li l-proġett ma jitlestiex fil-limitu tal-baġit;

3. Ir-riskju li ma jintlaħaqx l-ambitu sħiħ tal-proġett.

L-ewwel riskju hu l-aktar importanti billi data ta’ skadenza maqbuża twassal għal kostijiet akbar billi ħafna mill-kostijiet huma relatati mat-tul ta’ żmien: Kostijiet tal-persunal, kostijiet tal-liċenzja mħallsa ta’ kull sena, eċċ.

Dawn ir-riskji jistgħu jiġu mmitigati billi jiġu applikati tekniki ta’ ġestjoni tal-proġetti, inkluża kontinġenza fi proġetti ta’ żvilupp u ammont ta’ persunal suffiċjenti biex ikunu jistgħu jiġu assorbiti l-eqqel perjodi ta’ xogħol. Tabilħaqq l-istima tal-isforzi normalment issir billi jiġi supponut tqassim regolari tal-volum ta’ xogħol maż-żmien, filwaqt li r-realtà tal-proġetti hi ta’ volumi irregolari tal-proġetti li jiġu assorbiti minn allokazzjonijiet ogħla ta’ riżorsi.

Hemm diversi riskji relatati mal-użu ta’ kuntrattur estern għal dan ix-xogħol ta’ żvilupp:

1. b’mod partikolari, ir-riskju li l-kuntrattur jonqos milli jalloka biżżejjed riżorsi għall-proġett jew li jfassal u jiżviluppa sistema li mhijiex l-aktar avvanzata;

2. ir-riskju li t-tekniki u l-metodi amministrattivi għall-immaniġġjar tal-proġetti tal-IT fuq skala kbira ma jiġux rispettati bis-sħiħ bħala mezz ta’ tnaqqis tal-kostijiet mill-kuntrattur;

3. fl-aħħar nett, ir-riskju li l-kuntrattur jaffaċċja diffikultajiet finanzjarji għal raġunijiet esterni għal dan il-proġett ma jistax jiġi eskluż kompletament.

Dawn ir-riskji huma mmitigati billi jingħataw kuntratti fuq il-bażi ta’ kriteri b’saħħithom tal-kwalità, bil-verifika tar-referenzi tal-kuntratturi u biż-żamma ta’ relazzjoni b’saħħitha magħhom. Finalment, bħala l-aħħar rimedju, jistgħu jiġu inklużi u applikati penali b’saħħithom u klawżoli ta’ terminazzjoni meta jkunu meħtieġa.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq) 

L-eu-LISA hi maħsuba li tkun ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam tal-iżvilupp u tal-ġestjoni ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira. Hija għandha twettaq l-attivitajiet marbuta mal-iżvilupp/l-aġġornament u l-operazzjonijiet tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac.

Il-kontijiet tal-Aġenzija jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri u soġġetti għall-proċedura ta’ kwittanza. Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni se jwettaq awditjar b’kooperazzjoni mal-awditur intern tal-Aġenzija.

Il-proporzjon ta’ “kostijiet tal-kontrolli/valur tal-fondi relatati ġestiti” huwa rapportat mill-Kummissjoni. Ir-RAA tal-2018 ta’ DĠ HOME jirrapporta 0,31 % għal dan il-proporzjon fir-rigward tal-Entitajiet Fdati tal-Ġestjoni Indiretta u l-Aġenziji Deċentralizzati, inkluża l-eu-LISA. L-Aġenzija ma tirrapportax dwar dan l-indikatur separatament. L-eu-LISA rċeviet opinjoni tal-awditjar nadifa dwar il-kontijiet annwali tagħha għall-2017, li timplika rata ta’ żbalji ta’ inqas minn 2 %. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li r-rata ta’ żbalji se tmur għall-agħar fis-snin li ġejjin.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, pereż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-miżuri previsti kontra l-frodi huma stipulati fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) 2018/1726 li jistipula hekk kif ġej:

1. Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn, għandhom japplikaw ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament 2017/1939.

2. L-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-OLAF u għandha tadotta, mingħajr dewmien, id-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija billi tuża l-mudell stabbilit fl-Anness għal dan il-Ftehim.

3. Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tal-awditjar, fuq il-bażi ta’ dokumenti u ta’ spezzjonijiet fil-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand l-Aġenzija.

4. L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, b’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (49), bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew kuntratt iffinanzjat mill-Aġenzija.

5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2, 3 u 4, kuntratti, ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta’ għotja tal-Aġenzija għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Qorti tal-Awdituri, lill-OLAF u lill-UPPE biex iwettqu verifiki u investigazzjonijiet skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Se tapplika l-istrateġija għall-prevenzjoni u l-kxif ta’ frodi tad-DĠ HOME.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i ta’ nefqa ġdida/ġodda proposta/i 

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

Intestatura 4: Il-Migrazzjoni u l-Ġestjoni tal-Fruntieri

Kapitolu 11: Ġestjoni tal-Fruntieri

Diff/Mhux diff 37 .

minn pajjiżi tal-EFTA 38

minn pajjiżi kandidati 39

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

4

11.1002 - Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (“eu-LISA”)

Differenzjat

LE

LE

IVA*

LE

   * eu-Lisa tirċievi kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi assoċjati mal-Ftehim ta’ Schengen (NO, IS, CH, LI)

   

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 

EUR miljuni (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

11

Ġestjoni tal-Fruntieri

EU LISA

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Titolu 1: Infiq għall-persunal

Impenji

(1a)

0,300

0,300

0,300

0,300

0,300

0,300

0,300

2,100

Pagamenti

(1b)

0,300

0,300

0,300

0,300

0,300

0,300

0,300

2,100

Titolu 2: Nefqa operazzjonali u infrastrutturali

Impenji

(2 a)

Pagamenti

(2b)

Titolu 3: Nefqa operazzjonali*

Impenji

(3a)

13,700

21,030

14,870

5,500

5,500

5,500

5,500

71,600

Pagamenti

(3b)

13,700

21,030

14,870

5,500

5,500

5,500

5,500

71,600

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għall-eu-LISA

Impenji

=1a+2a+3a

14,000

21,330

15,170

5,800

5,800

5,800

5,800

73,700

Pagamenti

=1b+2b+3b

14,000

21,330

15,170

5,800

5,800

5,800

5,800

73,700



Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

7

L-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

Jenħtieġ li din it-taqsima timtela bl-użu tad-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva , li jittella’ fid-DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

EUR miljuni (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

DĠ HOME

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Riżorsi umani

0,450

0,450

0,450

0,450

0,450

0,450

0,450

3,150

Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Impenji totali = Pagamenti totali)

0,450

0,450

0,450

0,450

0,450

0,450

0,450

3,150

EUR miljuni (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
madwar l-INTESTATURI  
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

14,450

21,780

15,620

6,250

6,250

6,250

6,250

76,850

Pagamenti

14,450

21,780

15,620

6,250

6,250

6,250

6,250

76,850

Ma hemm l-ebda kostijiet relatati billi l-kostijiet relatati mal-Punt ta’ Aċċess tal-Europol għandhom jitħallsu mill-Europol.

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-eu-LISA - tabella tal-outputs

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

 

 

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

Sena

TOTAL

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

 

Tip

Kost medju

Numru

Kost

Numru

Kost

Numru

Kost

Numru

Kost

Numru

Kost

Numru

Kost

Numru

Kost

Numru

Kost

 

OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 1 Evoluzzjoni tas-sistema funzjonali tal-Eurodac

- Riżultat

Kuntrattur  40

 

 

0,130

 

0,670

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

-

0,800

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru1

-

0,130

-

0,670

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

0,800

OBJETTIV SPEĊIFIKU NRU 2 Titjib tal-kapaċità tal-bażi tad-data tal-Eurodac

- Riżultat

Hardware, software 41

 

 

7,870

 

11,260

 

8,870

 

 

 

 

 

 

 

 

-

28,000

- Riżultat

Manutenzjoni

 

 

3,400

 

3,500

 

2,700

 

2,400

 

2,400

 

2,400

 

2,400

-

19,200

- Riżultat

Proġetti+evoluzzjonijiet

 

 

0,800

 

0,800

 

0,800

 

1,000

 

1,000

 

1,000

 

1,000

-

6,400

- Riżultat

Risistemazzjonijiet

 

 

0,400

 

0,500

 

0,100

 

 

 

 

 

 

 

 

-

1,000

- Riżultat

Tiftix alfanumeriku

 

 

1,000

 

1,000

 

0,500

 

 

 

 

 

 

 

 

-

2,500

- Riżultat

Kopji tal-Passaport

 

 

0,100

 

0,300

 

0,100

 

 

 

 

 

 

 

 

-

0,500

- Riżultat

Rikonoxximent tal-wiċċ tal-EURODAC

 

 

 

 

3,000

 

 

 

 

 

 

 

 

 

-

3,000

- Riżultat

Manutenzjoni addizzjonali tal-EURODAC (Hardware/Software/attiv.attiv)

 

 

 

 

 

 

1,800

 

2,100

 

2,100

 

2,100

 

2,100

-

10,200

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

 

 

 

20,360

 

14,870

 

5,500

 

5,500

 

5,500

 

5,500

-

70,800

TOTAL għall-objettivi 1 sa 2

 

 

 

21.030

 

14.870

 

5,500

 

5,500

 

5,500

 

5,500

-

71,600

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

(1)Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.

(2)Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Is-snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

L-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,450

0,450

0,450

0,450

0,450

0,450

0,450

3,150

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,450

0,450

0,450

0,450

0,450

0,450

0,450

3,150

Barra l-INTESTATURA 7 42  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

Subtotal  
barra l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL DĠ HOME

0,450

0,450

0,450

0,450

0,450

0,450

0,450

3,150

l-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.



3.2.3.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

(1)Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

(2)Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Is-snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni

3

3

3

3

3

3

3

Delegazzjonijiet

Riċerka

Persunal estern (f’unitajiet ekwivalenti għal full-time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  43

Intestatura 7

Iffinanzjat mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-delegazzjonijiet

Iffinanzjat mill-pakkett tal-programm  44

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL DĠ HOME

3

3

3

3

3

3

3

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Diversi kompiti fir-rigward tal-Eurodac, pereżempju fil-kuntest ta’ opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-programm annwali ta’ ħidma u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu, sorveljanza tat-tħejjija tal-baġit tal-Aġenzija u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu, jassistu lill-Aġenzija fl-iżvilupp tal-attivitajiet tagħha skont il-politiki tal-UE, inkluż billi jipparteċipaw f’laqgħat tal-esperti, eċċ.

Persunal estern

Impatt stmat fuq persunal (FTE addizzjonali) — pjan ta’ stabbiliment ta’ eu-LISA

Karigi (tabella tal-persunal)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Karigi addizzjonali

2

2

2

2

2

2

2

Ir-reklutaġġ huwa ppjanat għal Jannar 2021. Il-persunal kollu jrid ikun disponibbli mill-bidu tal-2021 biex jibda l-iżvilupp fi żmien xieraq u jiżgura l-bidu tal-operat tal-Eurodac fl-2021. Iż-żewġ (2) aġenti temporanji (Temporary Agents, TAs) huma meħtieġa biex ikopru l-ħtiġijiet kemm għall-implimentazzjoni tal-proġett kif ukoll għall-appoġġ operazzjonali u manutenzjoni wara l-iskjerament mal-produzzjoni. Dawn ir-riżorsi se jintużaw:

·Biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-proġetti bħala membri tat-tim tal-proġett, inklużi l-attivitajiet bħal: id-definizzjoni ta’ rekwiżiti u speċifikazzjonijiet tekniċi, il-kooperazzjoni u l-appoġġ lill-Istati Membri matul l-implimentazzjoni, l-aġġornament tad-Dokument ta’ Kontroll tal-Interface (Interface Control Document, ICD), is-segwitu tal-kunsinni kuntrattwali, l-attivitajiet ta’ ttestjar tal-proġett (inkluża l-koordinazzjoni tat-testijiet tal-Istati Membri, it-twassil tad-dokumentazzjoni u l-aġġornamenti eċċ.

·Biex jappoġġaw attivitajiet ta’ tranżizzjoni biex is-sistema tibda taħdem f’kooperazzjoni mal-kuntrattur (segwitu ta’ rilaxxi, aġġornamenti tal-proċess operattiv, taħriġ (inklużi attivitajiet ta’ taħriġ fl-Istati Membri) eċċ.

·Biex jappoġġaw attivitajiet fit-tul, definizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet, tħejjijiet kuntrattwali f’każ li jkun hemm it-tfassil mill-ġdid tas-sistema (pereż. minħabba r-rikonoxximent tal-immaġini) jew fil-każ tal-kuntratt il-ġdid tal-Eurodac Maintenance in Working Order (MWO), se jeħtieġ li jiġu emendati biex ikopru bidliet addizzjonali (minn perspettiva teknika u baġitarja)

·Ikun infurzat l-appoġġ tat-tieni livell wara l-Bidu tal-Ħidma (Entry into Operation, EiO), waqt manutenzjoni u operazzjonijiet kontinwi.

Iż-żewġ riżorsi l-ġodda (FTE TA) se jaġixxu fuq il-kapaċitajiet interni ta’ tim li se jiġu wkoll utilizzati għall-proġett/kuntratt u segwitu finanzjarju/attivitajiet operazzjonali. L-użu ta’ TAs ser jipprovdi durata adegwata u kontinwità tal-kuntratti biex tiġi żgurata l-kontinwità tan-negozju u l-użu tal-istess persuni speċjalizzati għal attivitajiet ta’ sostenn operazzjonali wara l-konklużjoni tal-proġett. Minbarra dan, l-attivitajiet ta’ appoġġ operazzjonali jeħtieġu aċċess għal ambjent ta’ produzzjoni li ma jistgħux jiġu assenjati lil kuntratturi jew persunal estern.

3.2.4.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni 

Il-proposta/l-inizjattiva:

(1)ma tipprevedix kofinanzjament minn terzi persuni

(2)tipprevedi l-kofinanzjament minn terzi persuni li qed jiġi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Is-snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

(1)Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

(2)Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

⌧ Linja tan-nefqa rispettiva fil-baġit tal-eu-LISA

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 45

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Linja tad-dħul rispettiva fil-baġit tal-eu-LISA

Pagamenti

Pagamenti

Pagamenti

Pagamenti

Pagamenti

Pagamenti

Pagamenti

Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Rimarki oħrajn (pereż. il-metodu/il-formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra). 

Eu-LISA għandha tirċievi kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi assoċjati mal-miżuri relatati mal-Eurodac kif stabbiliti fil-ftehimiet rispettivi *.

Il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq kalkoli reċenti għad-dħul għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-Eurodac mill-Istati li jikkontribwixxu attwalment għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (ħlasijiet ikkunsmati) somma annwali għas-sena finanzjarja relevanti, ikkalkolata skont il-prodott domestiku gross bħala perċentwal tal-prodott domestiku gross tal-Istati parteċipanti kollha. Billi l-pagamenti kkunsmati huma magħrufa biss a posteriori, l-ammonti għas-snin rilevanti se jkunu magħrufa biss a posteriori, u għalhekk aħna nippreżentaw p.m. minflok ammonti reali. L-ammonti reali jenħtieġ li jkunu bbażati fuq data tal-EUROSTAT u jistgħu jvarjaw skont is-sitwazzjoni ekonomika tal-Istati parteċipanti.

* Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil iddepożitata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja (ĠU L 93, 3.4.2001, p. 40).

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-istabbiliment tal-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għal ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 5)

Il-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 39)

Il-Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein għal Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kriterji u mekkaniżmi għall-istabbiliment tal-Istat responsabbli għal eżami ta’ talba għall-ażil preżentata fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (2006/0257 CNS, konkluż fl-24.10.2008, pubblikazzjoni fil-ĠU għada pendenti) u Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità, ir-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-istabbiliment tal-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil preżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja (ĠU L 93, 3.4.2001).

(1)    ĠU L […], […], p. […].
(2)    ĠU L […], […], p. […].
(3)    ĠU L […], […], p. […].
(4)    ĠU L […], […], p. […].
(5)    Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726  u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27-84.
(6)    Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816, ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85–135.
(7)    L-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) 2019/817, l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) 2019/818.
(8)    Ftehim bejn id-Danimarka u l-Komunità dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f’xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u Eurodac għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin, ĠU L 66, 8.3.2006, p. 37
(9)    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-istabbiliment tal-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażilju ppreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja, ĠU L 93, 3.4.2001, p. 40.
(10)    Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-istabbiliment tal-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għal ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera) (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 5)
(11)    Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera, ĠU L 160, 18.6.2011, p. 39.
(12)    Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (2006/0257 CNS, konkluż fl-24.10.2008, ĠU L 161, 24.06.2009, p. 8) u l-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-istabbiliment tal-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għal ażilju ppreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżlanda jew fin-Norveġja (ĠU L 93, 3.4.2001 - Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19 Volum 04 p. 78).
(13)    Ara pereżempju r-rapport tal-EASO dwar il-movimenti sekondarji (mhux pubbliku).
(14)    L-Inizjattiva għat-Tfal Migranti appellat biex ikun hemm approċċ komuni biex tiġi indirizzata l-kwistjoni ta’ tfal nieqsa (mhux akkumpanjati u separati), biex jiġu stabbiliti mekkaniżmi effettivi biex jiġu indirizzati r-riskji tat-traffikar, u jiġu adottati standards speċifiċi għat-tfal għall-proċeduri tal-ażil.
(15)    Pereżempju, Pjan ta’ Azzjoni ta’ Berlin dwar Politika Ewropea ġdida dwar l-Ażil, il-25 ta’ Novembru 2019, iffirmat minn 33 organizzazzjoni u muniċipalità.
(16)    Rakkomandazzjonijiet tal-UNHCR għall-Patt propost mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, Jannar 2020.
(17)    Rakkomandazzjonijiet tal-IOM għall-Patt il-ġdid tal-Unjoni Ewropea dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, Frar 2020.
(18)    Rapport tal-Proġett tas-CEPS, Search and rescue, disembarkation and relocation arrangements in the Mediterranean  Sailing Away from Responsibility?, Ġunju 2019.
(19)    Sommarju tal-politika tal-EUI, Migration policy scoreboard: A Monitoring Mechanism for EU Asylum and Migration policy, Marzu 2020
(20)    L-istudji u r-rapporti kollha tan-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni huma disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/home-affairs/what-we-do/networks/european_migration_network_en.
(21)    Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27) u r-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p.85).
(22)    Adottata f’Hamburg, il-Ġermanja fis-27 ta’ April 1979.
(23)    Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS), ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60–81.
(24)    Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1–71.
(25)    Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726  u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27-84.
(26)    Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816, ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85–135.
(27)    Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226, ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1–71.
(28)    Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS), ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60–81.
(29)    Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li tħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(30)    Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi), ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1–58.
(31)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(32)    ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1.
(33)    Ir-Regolament (UE) Nru. 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (riformulazzjoni) ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31.
(34)    COM(2016) 205 final.
(35)    Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE, ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143.
(36)

   Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011. L-Artikolu 1.3 “L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II), is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-Eurodac. “, ĠU L 295, 21.11.2018, p. 99–137.

(37)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Non-diff. = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati
(38)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(39)    Pajjiżi kandidati u, jekk applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(40)    Il-kostijiet kuntrattwali kollha għall-aġġornamenti funzjonali huma maqsuma bejn l-ewwel sentejn bl-akbar parti tal-baġit fit-tieni (2) sena (wara l-aċċettazzjoni).
(41)    Pagamenti tal-kapaċità huma maqsuma fi tliet snin bħala 40 %, 40 %, 20 %
(42)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(43)    AC= Aġenti Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JPD= Esperti Subordinati fid-Delegazzjonijiet.
(44)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(45)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % tal-kostijiet tal-ġbir.
Top

Brussell, 23.9.2020

COM(2020) 614 final

ANNESS

ta' [...]

Proposta emendata għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment tal-'Eurodac' għat-tqabbil tad-data biometrika għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) XXX/XXX [Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni] u tar-Regolament (UE) XXX/XXX [Regolament dwar ir-Risistemazzjoni], għall-idenifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li qed jirresjiedu illegalment u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi u r-Regolamenti emendatorji (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/818


ANNESS II

Tabella ta’ korrispondenzi msemmija fl-Artikolu 8 a

Data pprovduta skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 irreġistrata u maħżuna mis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS

Id-data korrispondenti fil-Eurodac skont l-Artikoli 12, 13, 14 u 14a ta’ dan ir-Regolament li magħha jenħtieġ li tiġi vverifikata d-data tal-ETIAS

il-kunjom (isem il-familja)

il-kunjom(ijiet)

il-kunjom mat-twelid

l-isem (ismijiet) fit-twelid

l-isem (l-ismijiet) (l-isem mogħti (l-ismijiet mogħtija))

l-isem (l-ismijiet)

l-ismijiet l-oħra (il-psewdonimu (il-psewdonimi), l-isem (l-ismijiet) artistiku, l-isem (l-ismijiet) tas-soltu)

użati qabel

l-isem u l-psewdonomi l-oħra

id-data tat-twelid

id-data tat-twelid

il-post tat-twelid

il-post tat-twelid

is-sess

is-sess

in-nazzjonalità attwali

in-nazzjonalità(jiet)

in-nazzjonalitajiet l-oħrajn (jekk hemm)

in-nazzjonalità(jiet)

it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar

it-tip ta’ dokument tal-ivvjaġġar

in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar

in-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar

it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar

il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti u l-validità

(1)    Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226, ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1.    
Top