EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021PC0556

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f’konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni

COM/2021/556 final

Brussell, 14.7.2021

COM(2021) 556 final

2021/0197(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f’konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2021) 556 final} - {SWD(2021) 188 final} - {SWD(2021) 613 final} - {SWD(2021) 614 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

Il-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew 1 nediet strateġija ġdida għat-tkabbir għall-UE li għandha l-għan li tittrasforma lill-UE f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva. Hija tafferma mill-ġdid l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li żżid il-miri klimatiċi tagħha u tagħmel lill-Ewropa l-ewwel kontinent newtrali għall-klima sal-2050. Barra minn hekk, hija għandha l-għan li tipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini mir-riskji u l-impatti relatati mal-ambjent. Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti severi ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni.

L-indirizzar tat-tibdil fil-klima huwa sfida urġenti. F’konformità mas-sejbiet xjentifiċi tar-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), emissjonijiet globali ta’ newtralità karbonika jenħtieġ li jinkisbu qrib is-sena 2050, u n-newtralità għall-gassijiet serra l-oħrajn kollha aktar tard fis-seklu. Din l-isfida urġenti tirrikjedi li l-UE żżid l-azzjoni tagħha u turi tmexxija globali billi ssir newtrali għall-klima sal-2050. Dan l-objettiv huwa stabbilit fil-Komunikazzjoni “Pjaneta Nadifa għal Kulħadd” - Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima” 2 .

Abbażi ta’ valutazzjoni komprensiva tal-impatt, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Settembru 2020 dwar It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 3 ipproponiet li tiżdied l-ambizzjoni tal-UE u li jitressaq pjan komprensiv biex tiżdied il-mira vinkolanti tal-Unjoni Ewropea għall-2030 lejn tnaqqis nett fl-emissjonijiet ta’ mill-anqas 55 %, b’mod responsabbli. Iż-żieda fl-ambizzjoni għall-2030 issa jgħin biex tingħata ċertezza lil dawk li jfasslu l-politika u lill-investituri, sabiex id-deċiżjonijiet li jittieħdu fis-snin li ġejjin ma jorbtux livelli ta’ emissjonijiet li jkunu inkonsistenti mal-objettiv tal-UE li tkun newtrali għall-klima sal-2050. Il-mira għall-2030 hija konformi mal-objettiv tal-Ftehim ta’ Pariġi li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm ferm taħt iż-2 °C u li jsiru sforzi biex din tinżamm għal 1,5 °C.

Il-Kunsill Ewropew approva l-mira vinkolanti l-ġdida tal-UE għall-2030 fil-laqgħa tiegħu ta’ Diċembru 2020 4 . Huwa talab ukoll lill-Kummissjoni “biex tivvaluta kif is-setturi ekonomiċi kollha jistgħu jikkontribwixxu bl-aħjar mod għall-mira tal-2030 u biex tressaq il-proposti meħtieġa akkumpanjati minn eżami fil-fond tal-impatt ambjentali, ekonomiku u soċjali fil-livell tal-Istati Membri, b’kont meħud tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima u filwaqt li jiġu rieżaminati l-flessibbiltajiet eżistenti”.

Għal dan il-għan, il-Liġi Ewropea dwar il-Klima, kif miftiehma mal-koleġiżlaturi, se tagħmel il-mira tan-newtralità klimatika tal-UE legalment vinkolanti, u żżid l-ambizzjoni għall-2030 billi tistabbilixxi l-mira ta’ tnaqqis nett fl-emissjonijiet ta’ mill-anqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990.

Sabiex issegwi l-perkors propost fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima, u twassal dan il-livell ogħla ta’ ambizzjoni għall-2030, il-Kummissjoni rrieżaminat il-leġiżlazzjoni attwalment fis-seħħ dwar il-klima u l-enerġija li hija mistennija li tnaqqas biss l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’40 % sal-2030 u b’60 % sal-2050.

Dan il-pakkett leġiżlattiv “lesti għall-mira ta’ 55 %”, kif imħabbar fil-Pjan dwar il-Mira Klimatika 5 tal-Kummissjoni, huwa l-aktar element komprensiv fl-isforzi għall-implimentazzjoni tal-mira klimatika ambizzjuża l-ġdida għall-2030, u s-setturi u l-politiki ekonomiċi kollha se jkollhom jagħmlu l-kontribut tagħhom, inkluż it-trasport bit-triq.

It-trasport huwa l-uniku settur fejn l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) żdiedu. L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport bit-triq mhumiex eċċezzjoni. Dawn jirrappreżentaw kważi 20 % tal-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra tal-UE u żdiedu b’mod sinifikanti mill-1990. Il-kwalità tal-arja baqgħet tiġi affettwata mit-traffiku u l-konġestjoni, li wassal biex numru dejjem akbar ta’ bliet jintroduċu żoni b’emissjonijiet żero jew baxxi li jillimitaw l-aċċess lokali għal vetturi b’magni li jaħdmu b’kombustjoni interna u biex ċerti Stati Membri jħabbru t-tneħħija gradwali tal-bejgħ ta’ karozzi li jaħdmu b’magna ta’ kombustjoni interna.

L-industrija awtomobilistika hija ta’ importanza ewlenija għall-ekonomija tal-UE u tammonta għal aktar minn 7 % tal-PDG tal-UE. Hija tipprovdi impjiegi - direttament jew indirettament, fil-manifattura, fil-bejgħ, fil-manutenzjoni, fil-kostruzzjoni u t-trasport u fis-servizzi tat-trasport - lil 14,6 miljun Ewropew. L-UE hija fost l-akbar produtturi fid-dinja ta’ vetturi bil-mutur u turi tmexxija teknoloġika f’dan is-settur. L-investiment awtomobilistiku tal-UE fir-riċerka u l-iżvilupp jammonta għal EUR 60,9 biljun fis-sena.

Is-settur awtomobilistiku għaddej minn trasformazzjoni strutturali sinifikanti li tinkludi bidliet fit-teknoloġiji nodfa u diġitali, b’mod partikolari l-bidla minn magni ta’ kombustjoni interna lejn teknoloġiji b’emissjonijiet żero jew baxxi kif ukoll vetturi dejjem aktar konnessi. L-ambizzjoni jenħtieġ li tkun li s-settur awtomobilistiku jingħata s-setgħa li jkompli u jsaħħaħ it-tmexxija tiegħu fit-teknoloġiji tal-futur, speċjalment fid-dawl tal-kompetizzjoni internazzjonali.

L-Istrateġija tal-Kummissjoni għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti 6 tindirizza l-isfidi usa’ tat-tranżizzjoni għal mobbiltà b’emissjonijiet żero u tistabbilixxi pjan direzzjonali biex it-trasport Ewropew jitqiegħed b’mod sod fit-triq it-tajba għal futur sostenibbli u intelliġenti.

Il-Pjan ta’ Azzjoni li jakkumpanja l-Istrateġija jinkludi politiki mmirati, fost l-oħrajn, lejn it-tisħiħ tal-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet żero u l-infrastruttura relatata. Il-bidla lejn vetturi b’emissjonijiet żero se tipprevjeni t-tniġġis u ttejjeb is-saħħa taċ-ċittadini tagħna; dan qed jappoġġa wkoll l-Ambizzjoni ta’ Tniġġis Żero tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif espressa fil-Pjan ta’ Azzjoni għal Tniġġis Żero 7 .

L-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief huma xprunaturi ewlenin għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fis-settur, kif muri fil-Komunikazzjoni dwar it-Tisħiħ tal-Ambizzjoni Klimatika tal-Ewropa għall-2030.

L-objettivi ġenerali ta’ din il-proposta huma li tikkontribwixxi għall-kisba tan-newtralità klimatika sal-2050 u għal dan il-għan, f’konformità mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, li tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq tnaqqis nett ta’ mill-anqas 55 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030 meta mqabbel mal-1990.

Il-proposta taqdi tliet objettivi speċifiċi. L-ewwel wieħed huwa li tikkontribwixxi għall-objettivi klimatiċi tal-2030 u l-2050 billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi u mill-vetturi kummerċjali ħfief.

Meta jitqies li l-effett tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 fuq it-tnaqqis fl-emissjonijiet mill-istokk tal-vetturi mhuwiex immedjat, u meta titqies id-dinamika tat-tiġdid tal-flotta, hija importanti azzjoni bikrija biex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv fit-tul.

It-tieni objettiv speċifiku huwa li jiġu pprovduti benefiċċji lill-konsumaturi u liċ-ċittadini minn użu aktar wiesa’ ta’ vetturi b’emissjonijiet żero. Il-benefiċċji ewlenin mistennija jikkonċernaw mhux biss il-kwalità mtejba tal-arja, b’mod partikolari fl-ibliet. L-istandards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 jimbuttaw lill-manifatturi biex iżidu l-provvista ta’ vetturi b’emissjonijiet żero, u b’dik iż-żieda, il-konsumaturi jistgħu jibbenefikaw minn mudelli ta’ vetturi b’emissjonijiet żero aktar affordabbli u minn iffrankar sinifikanti tal-enerġija mill-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet żero, u b’hekk jitnaqqas il-kost totali tas-sjieda ta’ tali vetturi.

It-tielet objettiv speċifiku huwa li tiġi stimulata l-innovazzjoni f’teknoloġiji b’emissjonijiet żero, b’hekk tissaħħaħ it-tmexxija teknoloġika tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku u jiġu stimulati l-impjiegi fl-UE. Filwaqt li s-settur awtomobilistiku kien ta’ suċċess fl-iżvilupp u fil-manifattura ta’ teknoloġiji avvanzati ta’ vetturi li jaħdmu b’magna ta’ kombustjoni interna u fil-kummerċjalizzazzjoni tagħhom fid-dinja kollha, jenħtieġ li l-investimenti jiġu diretti dejjem aktar lejn teknoloġiji b’emissjonijiet żero. Fi ħdan dan il-kuntest globali, il-katina tas-settur awtomobilistiku tal-UE trid tkun attur ewlieni fit-tranżizzjoni globali li għaddejja lejn mobbiltà b’emissjonijiet żero. Il-proposta hija teknoloġikament newtrali u se tkun akkompanjata minn miżuri li għandhom l-għan li jagħtu spinta lil fjuwils b’emissjonijiet żero u lill-infrastruttura tal-iċċarġjar.

Kobenefiċċji addizzjonali huma mistennija li jkunu ż-żieda fl-effiċjenza enerġetika u fis-sigurtà tal-enerġija.

Konsistenza ma’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Dan il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” dwar il-klima u l-enerġija huwa pass komprensiv fir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biex din tiġi allinjata mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-UE. L-inizjattivi kollha fil-pakkett huma interkonnessi mill-qrib.

Din il-proposta leġiżlattiva dwar l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi u għall-vetturi kummerċjali ħfief hija komplementari għall-proposti l-oħra magħmula fil-pakkett u żżomm il-konsistenza, b’mod partikolari, mal-miżuri li ġejjin.

Billi jiżguraw tnaqqis fl-emissjonijiet mit-trasport bit-triq, l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 jappoġġaw b’mod partikolari lill-Istati Membri biex jilħqu l-miri tagħhom skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (UE) 2018/842 8 . Peress li jinċentivaw l-elettrifikazzjoni tal-vetturi, huma jikkontribwixxu kemm għall-objettivi tal-effiċjenza enerġetika kif ukoll billi jipprovdu rotta komplementari għall-użu tal-enerġija rinnovabbli anki għall-objettiv tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

Hemm komplementarjetajiet ċari bejn l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u t-trasport bit-triq. L-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 jindirizzaw il-provvista ta’ vetturi aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u b’emissjonijiet żero, u jistabbilixxu rekwiżiti għall-manifatturi tal-vetturi fir-rigward tal-flotot il-ġodda tal-vetturi tagħhom. L-estensjoni tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tikkonċerna l-użu tal-fjuwil fl-istokk kollu tal-vetturi. Din tista’ żżid kemm id-domanda għal vetturi aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil kif ukoll għal vetturi b’emissjonijiet żero, u b’hekk tiffaċilita l-issodisfar tal-objettivi tal-effiċjenza tas-CO2 tal-manifatturi tal-vetturi.

L-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2, li jipprovdu vetturi ġodda b’emissjonijiet żero lis-suq, huma wkoll miżura komplementari għad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (UE) 2018/2001 9 , li se tiddekarbonizza l-produzzjoni tal-elettriku użat fil-vetturi elettriċi u tinċentiva l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-vetturi b’magna ta’ kombustjoni fl-istokk.

Hemm ukoll sinerġiji importanti bejn l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 u skema msaħħa għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet (ETS) 10 u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli. L-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli se jixprunaw id-dekarbonizzazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija, sabiex il-vetturi b’emissjonijiet żero, inċentivati mill-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2, jiġu mħaddma progressivament b’sorsi tal-enerġija rinnovabbli u b’hekk tinkiseb id-dekarbonizzazzjoni tal-emissjonijiet sħaħ mill-estrazzjoni sal-użu.

Fl-aħħar nett, filwaqt li l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 jiżguraw il-provvista ta’ vetturi b’emissjonijiet żero, id-Direttiva dwar l-Infrastruttura tal-Karburanti Alternattivi 2014/94/UE 11 , li tinċentiva t-tnedija tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil, hija strument komplementari meħtieġ biex jiġi indirizzat l-ostakolu tas-suq fuq l-użu tal-infrastruttura. Dan min-naħa tiegħu huwa inċentivat ukoll mir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi, li jinċentiva wkoll lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni fis-setturi tat-trasport bit-triq tagħhom.

Kombinazzjoni ta’ tassazzjoni fuq l-enerġija, investiment fl-infrastruttura tal-iċċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil, ipprezzar ġdid tal-karbonju u standards aġġornati tas-CO2 twasslu għal approċċ ibbilanċjat u kosteffettiv għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mit-trasport bit-triq, l-indirizzar tal-ostakoli u l-fallimenti tas-suq kif ukoll tingħata ċertezza lill-investituri biex jinvestu f’teknoloġiji b’emissjonijiet żero.

Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-Unjoni

Il-proposti tal-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” huma konsistenti mal-azzjonijiet u l-politiki kollha tal-UE u jgħinu lill-UE tilħaq il-mira miżjuda għall-2030 u tranżizzjoni b’suċċess u ġusta lejn in-newtralità klimatika għall-2050, kif iddikjarat mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”, Next Generation EU u l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu 2021-2027 se jgħinu biex jinkisbu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali doppji li l-Ewropa qed timmira għalihom. Il-kombinazzjoni ta’ dawn il-politiki se tindirizza l-kriżi ekonomika u taċċellera l-bidla għal ekonomija nadifa u sostenibbli, billi torbot l-azzjoni klimatika u t-tkabbir ekonomiku. L-inizjattivi tal-pakkett huma konsistenti wkoll mal-politiki tal-Unjoni dwar ekonomija nadifa u ċirkolari, il-mobbiltà sostenibbli u intelliġenti u l-Pjan ta’ Azzjoni għal Tniġġis Żero. Jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni ambizzjuża biex jinkiseb trasport bit-triq b’emissjonijiet żero, setturi oħra tal-ekonomija jkollhom jikkontribwixxu aktar għall-miri ġenerali tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

Kif imħabbar fil-Komunikazzjoni tagħha Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa 12 , il-Kummissjoni se timpenja ruħha flimkien mal-awtoritajiet pubbliċi, mal-partijiet ikkonċernati u mas-sħab soċjali fi proċess ta’ ħolqien konġunt biex jiġu identifikati l-perkorsi ta’ tranżizzjoni ekoloġiċi u diġitali li se jappoġġaw l-espansjoni tal-manifattura ta’ vetturi b’emissjonijiet żero, l-użu rapidu ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi u t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid assoċjati tal-ħaddiema.

Din l-inizjattiva hija konsistenti wkoll mal-politika tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni. L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero se jiġi previst ukoll taħt il-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, u b’mod partikolari permezz tas-sħubijiet Orizzont Ewropa. 

Barra minn hekk, biex tissaħħaħ il-konsistenza bejn il-politiki, u kif imħabbar fil-Komunikazzjoni tagħha Regolazzjoni aħjar: Ningħaqdu flimkien biex nagħmlu liġijiet aħjar 13 , il-Kummissjoni qed ittejjeb il-linji gwida tagħha għal regolamentazzjoni aħjar biex tiżgura li l-inizjattivi kollha tagħha jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u b’hekk jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti skont il-Liġi Ewropea dwar il-Klima.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). F’konformità mal-Artikoli 191 u 192(1) tat-TFUE, l-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi biex, inter alia, jinkisbu l-objettivi li ġejjin: il-preżervazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent; il-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jiġu trattati problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b’mod partikolari li jiġġieldu t-tibdil fil-klima. Abbażi tal-Artikolu 192 tat-TFUE, l-Unjoni diġà adottat politiki biex tindirizza l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi u mill-vetturi kummerċjali ħfief permezz tar-Regolament (KE) 443/2009 u tar-Regolament (UE) 510/2011, li ġew imħassra u sostitwiti bir-Regolament (UE) 2019/631, fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2020.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

It-tibdil fil-klima huwa problema transkonfinali, li ma tistax tissolva b’azzjoni nazzjonali jew lokali waħedha. Il-koordinazzjoni tal-azzjoni klimatika trid isseħħ fil-livell Ewropew u, fejn possibbli, fil-livell globali. L-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata għal raġunijiet ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Mill-1992, l-Unjoni Ewropea ħadmet biex tiżviluppa soluzzjonijiet konġunti u tmexxi ’l quddiem azzjoni globali biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima. B’mod aktar speċifiku, l-azzjoni fil-livell tal-UE se tipprovdi twettiq kosteffettiv tal-objettivi għall-2030 u fit-tul tat-tnaqqis tal-emissjonijiet filwaqt li tiżgura l-ġustizzja u l-integrità ambjentali. L-Artikoli 191 sa 193 tat-TFUE jikkonfermaw u jispeċifikaw il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima.

Fid-dawl tal-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030, u fil-perspettiva tal-objettiv tan-newtralità klimatika li għandu jintlaħaq sal-2050, hija meħtieġa azzjoni aktar b’saħħitha tal-UE biex jiġi żgurat kontribut għoli biżżejjed tas-settur tat-trasport bit-triq.

Għalkemm l-inizjattivi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jistgħu joħolqu sinerġiji, waħedhom mhux se jkunu biżżejjed. In-nuqqas ta’ azzjoni koordinata tal-UE permezz tat-tisħiħ tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 jirriżulta f’riskju ta’ frammentazzjoni tas-suq minħabba d-diversità tal-iskemi nazzjonali, il-livelli ta’ ambizzjoni differenti u l-parametri tad-disinn. Waħedhom, l-Istati Membri individwali jirrappreżentaw ukoll suq żgħir wisq biex jinkiseb l-istess livell ta’ riżultati, għalhekk, huwa meħtieġ approċċ għall-UE kollha biex jiġu xprunati l-bidliet fil-livell tal-industrija u biex jinħolqu ekonomiji ta’ skala.

Proporzjonalità

Din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’mod kosteffettiv, filwaqt li jiġu żgurati l-ġustizzja u l-integrità ambjentali.

Il-Liġi dwar il-Klima maqbula mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill approvat tnaqqis ġenerali fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-ekonomija u fuq livell domestiku ta’ mill-anqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030 u n-newtralità klimatika sal-2050. Din il-proposta tkopri proporzjon sinifikanti ta’ dawk l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u tevita l-ħtieġa ta’ tnaqqis aktar ambizzjuż tal-emissjonijiet f’setturi oħra, fejn id-dekarbonizzazzjoni toffri sfida akbar. Hija tirrevedi l-istandards eżistenti tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi u għall-vetturi kummerċjali ħfief sabiex jintlaħaq dan l-objettiv.

   L-għażla tal-istrument

Il-proposta tipprevedi emenda tar-Regolament (UE) 2019/631 u Regolament għalhekk huwa l-uniku strument legali xieraq. Minħabba li r-Regolament (UE) 2019/631 kien ir-riżultat ta’ riformulazzjoni reċenti u li l-emendi proposti jikkonċernaw biss għadd limitat ta’ dispożizzjonijiet, riformulazzjoni ġdida u/jew sostituzzjoni tar-Regolament eżistenti mhijiex meqjusa bħala xierqa.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-evalwazzjonijiet ex post/il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Għall-biċċa l-kbira tal-elementi tar-Regolament, il-konklużjonijiet tal-istudju ta’ evalwazzjoni tal-2015 14 riflessi fil-valutazzjoni tal-impatt tal-2017 15 jibqgħu validi. Xi obbligi ġodda li ġew introdotti fir-Regolament (UE) 2019/631 ma ġewx evalwati, b’kont meħud li dawn jew għadhom mhumiex applikabbli jew għadhom ma ġewx implimentati b’mod sħiħ. Dan jikkonċerna, b’mod partikolari, il-miri l-ġodda għall-flotta kollha tal-UE għall-2025 u l-2030 u l-mekkaniżmu ta’ inċentiv għall-vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi. Madankollu, hija meħtieġa reviżjoni sabiex ir-Regolament ikun konformi mal-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, mal-miri msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima u mal-iżviluppi riċenti tas-suq. Dawn il-bidliet kienu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt.

Il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Sabiex tiġbor l-evidenza u tiżgura trasparenza akbar, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika għal kull waħda mill-proposti mit-13 ta’ Novembru 2020 sal-5 ta’ Frar 2021. Sommarju dettaljat u r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika huma ppreżentati fl-Anness 2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt għal din il-proposta.

Barra minn hekk, il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Bidu ġiet ippubblikata fid-29 ta’ Ottubru 2020 matul 4 ġimgħat.

B’mod aktar preċiż, għall-finijiet ta’ din il-proposta, il-Kummissjoni fittxet feedback b’mod partikolari mingħand il-partijiet ikkonċernati li ġejjin:

·L-Istati Membri (awtoritajiet nazzjonali, reġjonali)

·Il-manifatturi tal-vetturi

·Il-fornituri tal-komponenti u tal-materjali

·Il-fornituri tal-enerġija

·Ix-xerrejja tal-vetturi (privati, negozji, kumpaniji ta’ ġestjoni tal-flotta)

·L-assoċjazzjonijiet tas-sewwieqa

·NGOs ambjentali, tat-trasport u tal-konsumatur

·Is-sħab soċjali

Minbarra l-konsultazzjoni pubblika u l-feedback dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu, intalab ukoll feedback permezz tal-mezzi li ġejjin:

·Laqgħat mal-assoċjazzjonijiet rilevanti tal-industrija li jirrappreżentaw lill-manifatturi tal-vetturi, lill-fornituri tal-komponenti u tal-materjali, u lill-fornituri tal-enerġija;

·Laqgħat bilaterali mal-awtoritajiet tal-Istati Membri, mal-manifatturi tal-vetturi, mal-fornituri, mas-sħab soċjali u mal-NGOs;

·Dokumenti ta’ pożizzjoni sottomessi mill-partijiet ikkonċernati jew mill-awtoritajiet fl-Istati Membri.

L-eżiti ewlenin jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

Il-maġġoranza tar-rispondenti mill-industrija, l-awtoritajiet pubbliċi u partijiet ikkonċernati oħra appoġġaw l-objettiv li “jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi u mill-vannijiet biex tiġi implimentata l-mira ta’ 55 % sal-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika għall-2050”, filwaqt li ċ-ċittadini kellhom fehmiet imħallta dwar dan. L-objettiv ta’ “tisħiħ tal-kompetittività, tat-tmexxija industrijali, tal-innovazzjoni u tal-istimulazzjoni tal-impjiegi fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku tal-UE” u “tnaqqis tal-kostijiet totali tas-sjieda għall-konsumaturi” irċieva l-aktar appoġġ.

Fir-rigward tal-livelli fil-mira, il-konsultazzjoni rriflettiet fehmiet imħallta dwar l-istrettezza tal-miri futuri, fejn l-industrija wriet xi appoġġ għal miri aktar stretti mill-2030, l-NGOs riedu miri aktar stretti mill-2025 ’il quddiem, l-awtoritajiet pubbliċi b’mod ġenerali jappoġġaw miri aktar stretti, filwaqt li ċ-ċittadini kellhom fehmiet imħallta. Fir-rigward tat-twaqqit tal-miri, l-industrija kienet favur l-iffissar ta’ miri kull ħames snin, filwaqt li partijiet ikkonċernati oħra kellhom fehmiet imħallta f’dan ir-rigward. Il-prezz tal-vettura, il-medda limitata ta’ sewqan u d-disponibbiltà tal-infrastruttura kienu meqjusa bħala ostakoli partikolarment importanti għall-adozzjoni mis-suq ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi. It-tweġibiet kienu mħallta fir-rigward tal-ħtieġa għall-mekkaniżmu ta’ inċentivi, u t-tipi ta’ vetturi li għandhom jiġu appoġġati. Fir-rigward tal-introduzzjoni possibbli ta’ mekkaniżmu għall-kontabilità tal-fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fil-konformità mal-mira tas-CO2 , il-konsultazzjoni kienet tirrifletti fehmiet imħallta.

Il-ġbir u l-użu tal-kompetenzi

Għall-valutazzjoni kwantitattiva tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali, il-Valutazzjoni tal-Impatt bniet fuq firxa ta’ xenarji żviluppati għall-mudell PRIMES. Din l-analiżi ġiet ikkomplementata bl-applikazzjoni ta’ għodod oħra ta’ mmudellar, bħall-GEM-E3 u l-E3ME u l-mudell DIONE tal-JRC.

Id-data ta’ monitoraġġ dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u karatteristiċi oħra tal-flotta l-ġdida ta’ vetturi ħfief inkisbet mid-data ta’ monitoraġġ annwali kif irrapportata mill-Istati Membri u miġbura mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) skont ir-Regolament (UE) 2019/631.

Inġabret aktar informazzjoni permezz ta’ kuntratti ta’ servizz ikkummissjonati minn kuntratturi esterni.

Il-valutazzjoni tal-impatt

Il-Valutazzjonijiet tal-Impatt għall-inizjattivi differenti tal-pakkett leġiżlattiv “lesti għall-mira ta’ 55 %” huma bbażati fuq xenarji integrati ta’ mmudellar li jirriflettu l-interazzjoni ta’ strumenti ta’ politika differenti fuq l-operaturi ekonomiċi, sabiex jiġu żgurati l-komplementarjetà, il-koerenza u l-effikaċja fil-kisba tal-ambizzjoni klimatika għall-2030 u għall-2050.

Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta tikkomplementa l-analiżi li saret fil-valutazzjoni tal-impatt tal-2020 b’appoġġ għall-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030 16 . Din kienet tifforma l-bażi analitika biex jiġi stabbilit l-objettiv ta’ tnaqqis nett ta’ mill-anqas 55 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030 meta mqabbel mal-1990 u l-objettiv ta’ newtralità klimatika tal-2050.

Barra minn hekk, il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja din il-proposta ġiet imħejjija u żviluppata skont il-gwida applikabbli għal Regolamentazzjoni Aħjar, u l-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħareġ opinjoni pożittiva fid-19 ta’ April 2021.

It-titjib, kif rakkomandat mill-Bord, ġie inkorporat fil-verżjoni finali. Dan jirrigwarda dan li ġej:

·Kjarifika tar-raġunijiet għar-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2019/631 eżistenti u l-koerenza u l-proporzjonalità fir-rigward ta’ inizjattivi leġiżlattivi oħra marbuta;

·Dimostrazzjoni ulterjuri tal-fattibbiltà tal-mira ta’ tnaqqis ta’ livell għoli u kjarifika tal-kompromessi bejn it-tliet għażliet fil-mira;

·L-informazzjoni addizzjonali pprovduta dwar l-impatti tal-għażliet preferuti fuq il-kompetittività, l-innovazzjoni u t-tranżizzjoni bla xkiel tas-settur;

·L-inkorporazzjoni tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati fl-analiżi.

Għażliet ta’ politika

Il-valutazzjoni tal-impatt analizzat l-għażliet ta’ politika miġbura fi tliet suġġetti, li għandhom jindirizzaw il-problemi identifikati u jilħqu l-objettivi ta’ politika.

(1)Il-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi u għall-vannijiet (livelli, twaqqit, modalitajiet);

Fir-rigward tal-livelli fil-mira, l-għażliet ikkunsidrati jkopru tliet trajettorji sal-2040, li jirriflettu wkoll li l-objettiv huwa li jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet mit-trasport bit-triq ta’ 90 % sal-2050, b’kont meħud li l-karozzi jibqgħu fit-toroq bħala medja bejn 10 u 15-il sena.

Sabiex tikkontribwixxi għaż-żieda ġenerali fil-livell ta’ ambizzjoni tal-2030 u għall-objettiv ta’ newtralità klimatika tal-2050, l-għażla preferuta hija li mill-2030 jissaħħu b’mod sinifikanti l-miri tas-CO2 għall-flotta kollha tal-UE kemm għall-karozzi kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief. Dan se jipprovdi l-gwida meħtieġa biex tiġi aċċellerata l-provvista għas-suq ta’ vetturi b’emissjonijiet żero, jinkisbu benefiċċji għall-utenti tal-vetturi kif ukoll tiġi stimolata l-innovazzjoni u t-tmexxija teknoloġika, filwaqt li tiġi limitata ż-żieda fil-kostijiet għall-manifatturi.

Fir-rigward tat-twaqqit għall-issikkar tal-miri, l-għażla preferuta hija li jinżamm l-approċċ regolatorju tal-istabbiliment ta’ miri li jonqsu fi stadji ta’ 5 snin u mhux aktar ta’ spiss sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà suffiċjenti għall-manifatturi biex jimmaniġġjaw din it-tranżizzjoni. Sabiex jitqiesu ċ-ċikli ta’ żvilupp fis-settur awtomobilistiku, huwa għalhekk xieraq li jinżammu l-livelli fil-mira stabbiliti għall-2025.

Id-dħul possibbli mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi jibqa’ parti mill-baġit ġenerali tal-UE. L-għażliet l-oħra kkunsidrati jżidu b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv filwaqt li ma jkunux ta’ benefiċċju dirett għas-settur awtomobilistiku fit-tranżizzjoni tiegħu.

Il-possibbiltà li l-manifatturi ta’ volum żgħir kemm dawk ibbażati fl-UE kif ukoll dawk mhux ibbażati fl-UE (jiġifieri dawk responsabbli għal bejn 1 000 u 10 000 reġistrazzjoni ġdida ta’ karozzi jew 1 000 u 22 000 reġistrazzjoni ġdida ta’ vannijiet f’sena kalendarja) jingħataw mira ta’ deroga titneħħa mill-2030 ’il quddiem, u b’hekk jittejbu l-effikaċja u l-koerenza tal-leġiżlazzjoni. L-għażla tad-data tagħti lill-manifatturi kkonċernati żmien biex jipprogrammaw u jadattaw għar-rekwiżiti regolatorji l-ġodda, u hija konsistenti mad-data tal-applikazzjoni tal-miri msaħħa. Il-manifatturi responsabbli għal anqas minn 1 000 reġistrazzjoni ġdida ta’ vetturi kull sena kalendarja jibqgħu eżentati. 

(2)inċentivi speċifiċi għal vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi (ZLEV);

Ġew ikkunsidrati għażliet differenti fir-rigward tal-mekkaniżmu ta’ inċentivi għaż-ZLEV, kemm fir-rigward tat-tip ta’ mekkaniżmu kif ukoll tat-tip ta’ vetturi li jenħtieġ li jkopri. L-għażla preferuta hija li mill-2030 titneħħa l-iskema ta’ inċentivi taż-ZLEV kemm għall-karozzi kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief peress li l-adozzjoni mis-suq taż-ZLEVs se tkun xprunata mill-miri aktar stretti tas-CO2 applikabbli minn dik id-data, li se jirrikjedu li l-manifatturi jużaw b’mod sinifikanti aktar vetturi b’emissjonijiet żero. Dan jissimplifika wkoll il-leġiżlazzjoni u jevita r-riskju li tiġi mminata l-effikaċja tagħha.

(3)mekkaniżmu li jqis il-kontribut potenzjali ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità mal-mira.

F’dan ir-rigward, ġew ikkunsidrati żewġ għażliet: jew fattur ta’ korrezzjoni tal-karbonju jew skema ta’ kreditu. Madankollu, l-għażla preferuta ma għandhiex tinkludi tali mekkaniżmu ta’ kontabilità, peress li dan iċajpar ir-responsabbiltajiet ta’ atturi differenti biex jilħqu l-miri, jimmina l-effikaċja u l-effiċjenza tal-leġiżlazzjoni u jżid il-piż u l-kumplessità amministrattivi. Il-promozzjoni tal-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju se ssir permezz tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet u tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija.

L-idoneità u s-simplifikazzjoni regolatorja

B’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-proposta tħejjiet b’mod inklużiv, abbażi tat-trasparenza u l-involviment kontinwu mal-partijiet ikkonċernati.

Meta mqabbla mar-Regolament attwali, il-proposta mhijiex mistennija li żżid il-kostijiet amministrattivi kkawżati mil-leġiżlazzjoni. Barra minn hekk, mhijiex qed iżżid il-kumplessità tal-qafas legali.

Tnejn mid-dispożizzjonijiet eżistenti, jiġifieri l-mekkaniżmu ta’ inċentiv ta’ “bonus” għaż-ZLEV u d-deroga għall-“volum żgħir”, huma proposti li jitneħħew mill-2030 ’il quddiem, li jenħtieġ li jikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Fl-istess ħin, is-sistema regolatorja se tkompli tipprovdi flessibbiltajiet maħsuba biex inaqqsu l-kost tal-konformità għall-manifatturi.

Ma hija proposta l-ebda bidla fir-reġim ta’ monitoraġġ tal-konformità jew fil-livell tal-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi. Għalhekk, il-proposta la se żżid il-kostijiet amministrattivi għall-manifatturi u għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lanqas il-kostijiet tal-infurzar għall-Kummissjoni.

Id-drittijiet fundamentali

Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea 17 . B’mod partikolari, hija tikkontribwixxi għall-objettiv ta’ livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent f’konformità mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli kif stipulat fl-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-ġbir, ir-rapportar u l-ipproċessar ta’ settijiet ta’ data differenti huma elementi essenzjali tal-implimentazzjoni u tal-infurzar tal-istandards ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 li huma estiżi jew aġġustati aktar f’din il-proposta. Dawn is-settijiet ta’ data jinkludu data għall-finijiet ta’ konformità mal-miri, għall-verifika tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi fis-servizz u data għall-valutazzjoni tar-rappreżentattività tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip meta mqabbla mal-emissjonijiet tas-CO2 fl-użu reali. Fid-dawl tal-effetti legali importanti marbuta ma’ dawk is-settijiet ta’ data, huma meħtieġa sforzi konsiderevoli biex jiġu żgurati l-korrettezza u l-affidabbiltà tagħhom li għalihom ikunu meħtieġa aktar riżorsi fi ħdan il-Kummissjoni. Diżaggregazzjoni dettaljata tal-implikazzjonijiet baġitarji hija ppreżentata fir-Rapport Finanzjarju.

 5.ELEMENTI OĦRAJN

Il-pjanijiet għall-implimentazzjoni u l-arranġamenti ta’ monitoraġġ, ta’ evalwazzjoni u ta’ rapportar

Hemm fis-seħħ sistema stabbilita sewwa għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/631. Kull sena, l-Istati Membri jirrapportaw lill-Kummissjoni l-emissjonijiet tas-CO2 u l-massa tal-karozzi u l-vannijiet kollha li jiġu irreġistrati ġodda. Il-manifatturi għandhom l-opportunità li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-iżbalji f’din id-data provviżorja. Barra minn hekk, mill-2022, id-data dwar il-konsum tal-fjuwils f’kundizzjonijiet reali u tal-enerġija tal-karozzi u tal-vannijiet se tiġi rrapportata lill-Kummissjoni mill-manifatturi u mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni, appoġġata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), tippubblika kull sena d-data finali tal-monitoraġġ tas-sena kalendarja preċedenti inkluża l-prestazzjoni speċifika tal-manifattur fir-rigward tal-miri tas-CO2. Il-leġiżlazzjoni se tkompli tibbaża fuq dan il-qafas stabbilit sewwa ta’ monitoraġġ u konformità. Mill-2022 ’il quddiem, il-Kummissjoni se tippubblika tqabbil bejn l-approvazzjoni tat-tip u d-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 fl-użu reali, ukoll bl-appoġġ tal-EEA.

Spjegazzjoni dettaljata tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Artikolu 1(1): Emenda għall-Artikolu 1 – Suġġett u għanijiet

Fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 1, il-miri tas-CO2 għall-flotta kollha tal-UE għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, li huma applikabbli mill-2030 ’il quddiem, huma riveduti. Jiżdied il-paragrafu 5a ġdid, li jistabbilixxi l-miri għall-flotta kollha tal-UE li japplikaw mill-2035.

Sabiex titqies il-bidla fil-proċedura tat-test tal-approvazzjoni tat-tip, jiġifieri miċ-Ċiklu ta’ Ttestjar Ewropew Ġdid (NEDC) għall-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP), il-miri tal-UE għall-flotta kollha huma espressi bħala tnaqqis perċentwali meta mqabbel mal-punt tat-tluq tal-2021. Dan il-punt tat-tluq huwa ddeterminat abbażi tal-medja tal-miri speċifiċi tal-emissjonijiet għall-2021, fejn, sabiex tiġi evitata żieda bla bżonn fil-livell tal-punt tat-tluq, il-valuri tal-emissjonijiet użati bħala input għall-kalkolu huma dawk imkejla matul id-WLTP, minflok il-valuri tal-emissjonijiet iddikjarati mill-manifatturi. Il-punt tat-tluq tal-2021 se jiġi ppubblikat mill-Kummissjoni sal-31 ta’ Ottubru 2022.

L-inċentiv tal-vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi stabbilit fil-paragrafu 7 jitħassar mill-2030 ’il quddiem. Għal dak il-għan huwa meħtieġ ukoll aġġustament tad-data fil-paragrafu 6.

Artikolu 1(2): Emenda għall-Artikolu 2 – Kamp ta’ applikazzjoni

Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 huwa emendat sabiex jissostitwixxi r-referenzi għad-Direttiva 2007/46/KE 18 (id-Direttiva Qafas dwar l-approvazzjoni tat-tip), li ġiet imħassra mill-1 ta’ Settembru 2020, b’referenzi għar-Regolament qafas (UE) 2018/858 dwar l-approvazzjoni tat-tip 19 li japplika minn dik id-data.

Minħabba l-bidla fl-istruttura bejn id-Direttiva mħassra u r-Regolament il-ġdid, l-emendi huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-preċiżjoni fir-referenzi legali.

Artikolu 1(3): Emenda għall-Artikolu 3 – Definizzjonijiet

Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3, l-emenda tallinja d-definizzjonijiet ma’ dawk tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip u tneħħi d-definizzjoni ta’ impronta u ta’ tagħbija utli peress li dawk it-termini ma għadhomx rilevanti għall-implimentazzjoni tar-Regolament.

Artikolu 1(4): Emenda għall-Artikolu 4 – Miri speċifiċi tal-emissjonijiet

Jiżdied subparagrafu mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 4, li fih tiġi introdotta salvagwardja biex jiġi evitat li l-kalkolu tal-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tal-manifattur taħt ċerti kundizzjonijiet jirriżulta f’mira negattiva. Fejn isseħħ dik is-sitwazzjoni, il-mira speċifika tal-emissjonijiet jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 0 g CO2/km.

Artikolu 1(5): Emenda għall-Artikolu 7 – Monitoraġġ u rappurtar tal-emissjonijiet medji

Jiddaħħal paragrafu 6a ġdid li jipprovdi lill-Kummissjoni, bħala parti mill-verifika tad-data ta’ monitoraġġ provviżorja, bil-possibbiltà li titlob lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u lill-manifatturi joħorġu dikjarazzjoni ta’ korrezzjoni f’dawk il-każijiet fejn id-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip jew iċ-ċertifikat ta’ konformità ma jkunux jistgħu jiġu kkoreġuti skont il-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip, bħal meta d-data skorretta tkun relatata ma’ approvazzjoni tat-tip li ma tkunx għadha valida.

Il-paragrafu 11, li jipprevedi r-rapportar ta’ data dwar vetturi tal-kategoriji M2 u N2, jitħassar, peress li dawk il-kategoriji ta’ vetturi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/956 20 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda.

Artikolu 1(6): Emenda għall-Artikolu 10 – Derogi għal ċerti manifatturi

Fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 10, il-possibbiltà li l-manifatturi responsabbli għal bejn 1 000 u 10 000 karozza ġdida tal-passiġġieri jew bejn 1 000 u 22 000 vettura kummerċjali ħafifa ġdida f’sena kalendarja japplikaw għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet titneħħa mill-2030 ’il quddiem. Il-manifatturi responsabbli għal anqas minn 1 000 reġistrazzjoni ġdida ta’ vetturi kull sena kalendarja jibqgħu eżentati.

Artikolu 1(7): Emenda għall-Artikolu 13 – Verifika tal-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ vetturi fis-servizz

Fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 13, tiżdied dispożizzjoni li tipprovdi lill-Kummissjoni bil-possibbiltà li titlob lil awtorità tal-approvazzjoni tat-tip biex toħroġ dikjarazzjoni ta’ korrezzjoni f’każ li ma jkunux jistgħu jsiru korrezzjonijiet fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip jew fiċ-ċertifikati ta’ konformità skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip, eż. minħabba li l-validità tagħhom tkun skadiet.

Artikolu 1(8): Emenda għall-Artikolu 14 – Aġġustamenti tal-valuri M0 u TM0

Fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 14, il-bażi ġuridika hija kkoreġuta biex tipprevedi emenda tal-Anness I, li huwa konsistenti mal-prattika attwali, billi tiġi sostitwita l-formulazzjoni attwali li tirreferi għal Regolament li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/631.

Artikolu 1(9): Artikolu 14a Ġdid – Rapport tal-Progress

Jiżdied Artikolu 14a ġdid sabiex jistabbilixxi l-obbligu għall-Kummissjoni li tirrapporta dwar il-progress lejn mobbiltà fit-triq b’emissjonijiet żero u biex tiġi vvalutata l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali possibbli biex tiġi ffaċilitata t-transizzjoni.

Artikolu 1(10): Emenda għall-Artikolu 15 – Rieżami u rappurtar

Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 15, huwa previst rieżami tar-Regolament (UE) 2019/631 għall-2026, filwaqt li l-paragrafi 2 sa 5, li kienu jelenkaw għadd ta’ elementi li għandhom jitqiesu għar-rieżami attwali, huma mħassra.

Jiżdied paragrafu 9 ġdid sabiex jipprovdi bażi ġuridika għall-emendar tal-formuli speċifiċi tal-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet fil-Parti B tal-Anness I, meta dan ikun meħtieġ sabiex titqies il-proċedura speċifika applikabbli għall-vetturi kummerċjali ħfief li huma approvati għat-tip f’diversi stadji. Jiġifieri dan jirreferi għall-proċedura applikabbli meta vettura tiġi manifatturata minn aktar minn manifattur wieħed u r-responsabbiltà għall-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura kompluta tiġi attribwita lill-manifattur tal-vettura bażi. Sabiex dak il-manifattur jiġi pprovdut b’ċertezza fl-ippjanar, tapplika proċedura speċifika għal kif jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-massa ta’ tali vetturi kummerċjali ħfief b’diversi stadji. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tiddetermina l-proċedura għall-vetturi b’diversi stadji u tista’ f’każ ta’ reviżjoni ta’ dik il-proċedura taġġusta wkoll il-formuli speċifiċi tal-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet.

Artikolu 1(11): Emenda għall-Artikolu 17 – Eżerċizzju tad-delega

Tiżdied referenza għall-Artikolu 15(9) il-ġdid mal-paragrafi 2, 3 u 6 tal-Artikolu 17.

Artikolu 1(12): Emendi għall-Anness I

Il-Parti A tal-Anness I, relatata mal-karozzi tal-passiġġieri, hija emendata biex tirrifletti l-emendi għall-Artikolu 1. Dan jinkludi l-aġġustament tal-formuli għall-kalkolu tal-miri għall-flotta kollha tal-UE għall-2030 u l-istabbiliment tal-formuli għall-2035 kif ukoll il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi annwali għal kull manifattur, u t-tneħħija tal-applikazzjoni tal-fattur ta’ vettura b’emissjonijiet żero jew baxxi (ZLEV) mill-2030 ’il quddiem.

Il-Parti B tal-Anness I, relatata ma’ vetturi kummerċjali ħfief, hija emendata b’mod simili għall-Parti A, bl-aġġustament addizzjonali tal-formuli għad-determinazzjoni tal-valuri tal-inklinazzjoni meħtieġa għall-kalkolu tal-miri annwali speċifiċi tal-emissjonijiet. Dan l-aġġustament isir sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-piż tat-tnaqqis bejn il-manifatturi ta’ vetturi kummerċjali ħfief eħfef u dawk li jimmanifatturaw vetturi itqal ta’ dik il-kategorija.

2021/0197 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f’konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikulari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li ntbagħat l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 21 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 22 ,

Waqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-Ftehim ta’ Pariġi, adottat f’Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) daħal fis-seħħ f’Novembru 2016 (“il-Ftehim ta’ Pariġi”). Il-Partijiet fih qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali.

(2)L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi huma fil-qalba tal-Komunikazzjoni dwar il-“Patt Ekoloġiku Ewropew”, adottata mill-Kummissjoni fil-11 ta’ Diċembru 2019 23 . Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti severi ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni.

(3)Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jgħaqqad sett komprensiv ta’ miżuri u inizjattivi ta’ tisħiħ reċiproku mmirati lejn il-kisba tan-newtralità klimatika fl-UE sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta’ tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma lill-Unjoni f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Huwa għandu l-għan ukoll li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u minn impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b’mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b’diżabilità u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Għalhekk irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura.

(4)L-Unjoni impenjat ruħha li tnaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni b’mill-anqas 55 % sal-2030 taħt il-livelli tal-1990 fil-kontribut aġġornat determinat fil-livell nazzjonali ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-17 ta’ Diċembru 2020.

(5)Fir-Regolament (UE) [--] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 24 , l-Unjoni naqqxet il-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050 fil-leġiżlazzjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta’ mill-anqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.

(6)Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ dak it-tnaqqis fl-emissjonijiet, inkluż is-settur tat-trasport bit-triq.

(7)Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma meħtieġa bħala parti minn qafas koerenti u konsistenti li huwa indispensabbli biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra.

(8)Sabiex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra ta’ mill-anqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, huwa meħtieġ li jissaħħu r-rekwiżiti ta’ tnaqqis stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 25 kemm għall-karozzi tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief. Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perkors ċar għal aktar tnaqqis lil hinn mill-2030 biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050. Mingħajr azzjoni ambizzjuża dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fit-trasport bit-triq, ikun meħtieġ tnaqqis akbar tal-emissjonijiet f’setturi oħra, inklużi setturi fejn id-dekarbonizzazzjoni hija aktar ta’ sfida.

(9)Ir-rekwiżiti msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jinċentivaw proporzjon dejjem akbar ta’ vetturi b’emissjonijiet żero li jkunu qed jintużaw fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jipprovdu benefiċċji lill-konsumaturi u liċ-ċittadini f’termini ta’ kwalità tal-arja u ta’ ffrankar tal-enerġija, kif ukoll jiżguraw li l-innovazzjoni fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku tkun tista’ tinżamm. Fi ħdan dan il-kuntest globali, il-katina tas-settur awtomobilistiku tal-UE wkoll trid tkun attur ewlieni fit-tranżizzjoni li għaddejja lejn mobbiltà b’emissjonijiet żero. L-istandards imsaħħa ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ CO2 huma teknoloġikament newtrali fl-ilħuq tal-miri għall-flotta kollha li huma jistabbilixxu. Teknoloġiji differenti huma u jibqgħu disponibbli fl-ilħuq tal-mira għall-flotta kollha ta’ emissjonijiet żero. Fil-preżent, vetturi b’emissjoni żero jinkludu vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi mgħammra b’ċellola tal-fjuwil u vetturi oħra li jaħdmu bl-idroġenu oħrajn, u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi għadhom qed jissoktaw. Vetturi b’emissjonijiet żero u b’emissjonijiet baxxi, li jinkludu wkoll vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba, jistgħu jkomplu jkollhom rwol bil-mogħdija tat-transizzjoni.

(10)F’dak l-isfond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri msaħħa ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 kemm għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda għall-perjodu mill-2030 ’il quddiem. Dawk il-miri jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’livell li jagħti sinjal qawwi biex tiġi aċċellerata l-adozzjoni ta’ vetturi b’emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni u biex tiġi stimulata l-innovazzjoni f’teknoloġiji b’emissjonijiet żero b’mod kosteffiċjenti.

(11)Il-miri fl-istandards ta’ prestazzjoni riveduti tas-CO2 jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn strateġija Ewropea biex jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati miż-żieda fil-manifattura ta’ vetturi b’emissjonijiet żero u teknoloġiji assoċjati, kif ukoll mill-ħtieġa għal titjib fit-taħriġ u għal taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fis-settur u mid-diversifikazzjoni ekonomika u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet. Fejn xieraq, l-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jitqies fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġi attirat l-investiment privat, inkluż permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond għall-Innovazzjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u strumenti oħrajn tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru, f’konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Ir-regoli riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ambjent u l-enerġija se jippermettu lill-Istati Membri jappoġġaw lin-negozji biex jiddekarbonizzaw il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom u jadottaw teknoloġiji aktar ekoloġiċi fil-kuntest tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida.

(12)L-Istrateġija Industrijali l-Ġdida aġġornata 26 tipprevedi l-ħolqien konġunt ta’ perkorsi ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fi sħubija mal-industrija, mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab soċjali u ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġi żviluppat perkors ta’ tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà biex jakkumpanja t-tranżizzjoni tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku. Il-perkors jenħtieġ li jqis b’mod partikolari l-SMEs fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, il-konsultazzjoni mas-sħab soċjali inkluż mill-Istati Membri, u jenħtieġ li jibni wkoll fuq l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet b’inizjattivi bħall-Patt għall-Ħiliet biex jimmobilizza s-settur privat u partijiet ikkonċernati oħra biex itejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa u biex jagħtu lill-forza tax-xogħol tal-Ewropa ħiliet ġodda fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-azzjonijiet u l-inċentivi xierqa fil-livell Ewropew u fil-livell nazzjonali biex tingħata spinta lill-affordabbiltà ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jenħtieġ li jiġu indirizzati wkoll fil-perkors. Il-progress li sar f’dan il-perkors komprensiv ta’ tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà jenħtieġ li jiġi mmonitorjat kull sentejn bħala parti minn rapport tal-progress li jrid jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqies, fost l-oħrajn, il-progress fl-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet żero, l-iżviluppi fil-prezzijiet tagħhom, l-użu ta’ żvilupp tal-fjuwils alternattivi u l-introduzzjoni tal-infrastruttura kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, il-potenzjal ta’ teknoloġiji innovattivi biex tintlaħaq mobbiltà b’newtralità klimatika, il-kompetittività internazzjonali, l-investimenti fil-katina tal-valur tal-qasam awtomobilistiku, it-titjib fil-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet. Ir-rapport ta’ progress se jibni wkoll fuq ir-rapporti ta’ progress ta’ sentejn li l-Istati Membri jissottomettu skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lis-sħab soċjali fit-tħejjija tar-rapport ta’ progress, inkluż ir-riżultati fid-djalogu soċjali. L-innovazzjonijiet fil-katina tal-provvista tal-karozzi qed jissoktaw. Teknoloġiji innovattivi bħall-produzzjoni tal-elettrofjuwils bil-qbid tal-arja, jekk jiġu żviluppati ulterjorment, jistgħu joffru prospetti għal mobbiltà newtrali għall-klima affordabbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm rendikont tal-progress fl-istat tal-innovazzjoni fis-settur bħala parti mir-rapport ta’ progress tagħha.

(13)Dawk il-miri għall-flotta kollha tal-UE għandhom jiġu kkomplementati mill-implimentazzjoni meħtieġa tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u għar-riforniment tal-fjuwil kif stabbilit fid-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27 .

(14)Il-manifatturi jenħtieġ li jingħataw biżżejjed flessibbiltà biex jadattaw il-flotot tagħhom maż-żmien sabiex jimmaniġġjaw it-tranżizzjoni lejn vetturi b’emissjonijiet żero b’mod kosteffiċjenti, u għalhekk huwa xieraq li jinżamm l-approċċ ta’ tnaqqis tal-livelli fil-mira fi stadji ta’ ħames snin.

(15)Bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-UE mill-2030 ’il quddiem, il-manifatturi se jkollhom jużaw b’mod sinifikanti aktar vetturi b’emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni. F’dak il-kuntest, il-mekkaniżmu ta’ inċentivi għal vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi (“ZLEV”) ma jibqax jaqdi l-iskop oriġinali tiegħu u jkun qed jirriskja li jimmina l-effikaċja tar-Regolament (UE) 2019/631. Għalhekk, il-mekkaniżmu ta’ inċentivi għaż-ZLEV jenħtieġ li jitneħħa mill-2030. Qabel dik id-data u għalhekk matul dan id-deċennju kollu, il-mekkaniżmu ta’ inċentiv għaż-ZLEV se jkompli jappoġġa l-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet minn żero sa 50 g CO2/km, inklużi vetturi elettriċi tal-batteriji, vetturi elettriċi taċ-ċelloli tal-fjuwil li jużaw l-idroġenu u vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba. Wara dik id-data, il-vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli jkomplu jgħoddu kontra l-miri għall-flotta kollha li l-manifatturi tal-vetturi jridu jilħqu.

(16)L-implimentazzjoni tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 hija marbuta b’mod qawwi ma’ dik tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip. Wara t-tħassir u s-sostituzzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 fl-1 ta’ Settembru 2020 bir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 , huwa xieraq, sabiex tiġi żgurata konsistenza kontinwa bejn iż-żewġ settijiet ta’ strumenti, li d-definizzjonijiet jiġu allinjati aktar u li jiġu aġġornati r-referenzi fir-Regolament (UE) 2019/631 għal-leġiżlazzjoni qafas tal-approvazzjoni tat-tip.

(17)L-isforz għat-tnaqqis tal-emissjonijiet meħtieġ biex jintlaħqu l-miri għall-flotta kollha tal-UE jitqassam fost il-manifatturi billi tintuża kurva tal-valuri ta’ limitu bbażata fuq il-massa medja tal-flotta tal-UE ta’ vetturi ġodda u tal-flotta ta’ vetturi ġodda tal-manifattur. Filwaqt li huwa xieraq li jinżamm dan il-mekkaniżmu, jeħtieġ li jiġi evitat li bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-UE, il-mira speċifika tal-emissjonijiet għal manifattur issir negattiva. Għal dik ir-raġuni, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li fejn iseħħ riżultat bħal dan, il-mira speċifika tal-emissjonijiet jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 0 g CO2/km.

(18)Sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-isforz ta’ tnaqqis, iż-żewġ kurvi tal-valuri ta’ limitu għal vetturi kummerċjali ħfief eħfef u aktar tqal jenħtieġ li jiġu aġġustati biex jirriflettu l-miri msaħħa għat-tnaqqis tas-CO2.

(19)Il-valuri użati għall-kalkolu tal-miri speċifiċi tal-emissjonijiet u l-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ manifattur huma bbażati fuq data rreġistrata fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip u fiċ-ċertifikati ta’ konformità tal-vetturi kkonċernati. Huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-effikaċja tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 li d-data użata għal dawn l-għanijiet tkun korretta. Jekk madankollu jiġu identifikati żbalji fid-data, jista’ ma jkunx possibbli, abbażi tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip, li jiġu kkoreġuti d-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip jew iċ-ċertifikati ta’ konformità li jkunu diġà nħarġu, meta d-data tirreferi għal approvazzjonijiet tat-tip li ma jkunux għadhom validi. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li titlob li l-awtoritajiet rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip, jew fejn applikabbli, il-manifatturi, joħorġu dikjarazzjoni ta’ korrezzjoni li abbażi tagħha l-valuri użati għad-determinazzjoni tal-prestazzjoni tal-manifatturi biex jilħqu l-miri tagħhom ikunu jistgħu jiġu kkoreġuti.

(20)Ir-rapportar ta’ data minn vetturi tal-kategoriji M2 (xarabanks) u N2 (trakkijiet ta’ daqs medju) jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 u għalhekk huwa xieraq li dan ir-rekwiżit jitneħħa mir-Regolament (UE) 2019/631.

(21)Fid-dawl taż-żieda fl-objettivi ġenerali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u biex jiġu evitati effetti potenzjali ta’ distorsjoni tas-suq, ir-rekwiżiti ta’ tnaqqis għall-manifatturi kollha preżenti fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu allinjati, ħlief għal dawk responsabbli għal anqas minn 1 000 vettura ġdida rreġistrati f’sena kalendarja. Konsegwentement, il-possibbiltà li l-manifatturi responsabbli għal bejn 1 000 u 10 000 karozza tal-passiġġieri jew bejn 1 000 u 22 000 vettura kummerċjali ħafifa rreġistrati ġodda f’sena kalendarja japplikaw għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tagħhom jenħtieġ li tieqaf mill-2030 ’il quddiem.

(22)Sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza u l-konsistenza legali mal-prattika attwali, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-aġġustamenti tal-valuri M0 u TM0 jenħtieġ li jsiru permezz ta’ emendi għall-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631 minflok ma jiġi previst att li jissupplimenta dak ir-Regolament.

(23)Il-progress magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/631 lejn il-kisba tal-objettivi ta’ tnaqqis stabbiliti għall-2030 u lil hinn jenħtieġ li jiġi rieżaminat fl-2026. Għal dan ir-rieżami, jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti kollha kkunsidrati fir-rapportar ta’ kull sentejn.

(24)Il-possibbiltà li d-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi jiġi assenjat għal fond speċifiku jew għal programm rilevanti ġiet evalwata kif meħtieġ skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) 2019/631, bil-konklużjoni li dan iżid b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv, filwaqt li ma jkunx ta’ benefiċċju dirett għas-settur awtomobilistiku fit-tranżizzjoni tiegħu. Għalhekk, id-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi għandu jkompli jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2019/631.

(25)Sabiex jiġi żgurat li l-kalkolu tal-miri speċifiċi tal-emissjonijiet għall-manifatturi responsabbli għall-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi kummerċjali ħfief f’diversi stadji jkun jista’ jiġi aġġustat biex jitqiesu l-bidliet fil-proċedura għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-massa ta’ tali vetturi, is-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar, fejn meħtieġ, tal-formuli tal-kalkolu stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/631. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jindirizzaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(26)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/631 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2019/631 huwa emendat kif ġej:

(1)l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(i)fil-punt (a), iċ-ċifra “37,5 %” hija sostitwita b’“55 %”,

(ii)fil-punt (b), iċ-ċifra “31 %” hija sostitwita b’“50 %”,

(b)jiddaħħal il-paragrafu 5a li ġej:

“5a.    Mill-1 ta’ Jannar 2035, għandhom japplikaw il-miri li ġejjin għall-flotta kollha tal-UE:

(a)għall-emissjonijiet medji tal-flotta l-ġdida tal-karozzi tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta’ 100 % tal-mira fl-2021 iddeterminata skont il-punt 6.1.3 tal-Parti A tal-Anness I;

(b)għall-emissjonijiet medji tal-flotta l-ġdida ta’ vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta’ 100 % tal-mira fl-2021 iddeterminata f’konformità mal-Parti B, il-punt 6.1.3, tal-Anness I.

(c)fil-paragrafu 6, il-kliem “Mill-1 ta’ Jannar 2025,” huwa sostitwit bil-kliem “Mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2029,”,

(d)jitħassar il-paragrafu 7;

(2)l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-punt (a), ir-referenza għal “l-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE” hija sostitwita b’“l-Artikolu 4(1), il-punt (a)(i), tar-Regolament (UE) 2018/858”,

(b)il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b) il-kategorija N1 kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (b)(i), tar-Regolament (UE) 2018/858 u li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 (“vetturi kummerċjali ħfief”), li jkunu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba u li ma jkunux ġew irreġistrati qabel barra mill-Unjoni (“vetturi kummerċjali ħfief ġodda”); fil-każ ta’ vetturi b’emissjonijiet żero tal-kategorija N b’massa ta’ referenza li taqbeż l-2 610 kg jew l-2 840 kg, skont il-każ, dawn għandhom, mill-1 ta’ Jannar 2025, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2018/858 u r-Regolament (KE) Nru 715/2007, jingħaddu bħala vetturi kummerċjali ħfief li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jekk il-massa ta’ referenza eċċessiva tkun dovuta biss għall-massa tas-sistema tal-ħżin tal-enerġija.”,

(b)fil-paragrafu 3, ir-referenza għall-“punt 5 tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE” hija sostitwita b’referenza għall-“Parti A, il-punt 5, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858”;

(3)fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)is-sentenza ta’ introduzzjoni hija sostitwita b’dan li ġej:

“Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) 2018/858. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:”,

(b)jitħassru l-punti (b) sa (g) u l-punti (i) u (n);

(4)fl-Artikolu 4(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-finijiet tal-punt (c), fejn il-mira speċifika tal-emissjonijiet iddeterminata f’konformità mal-Parti A, il-punt 6.3., tal-Anness I jew il-Parti B, il-punt 6.3., tal-Anness I tkun negattiva, il-mira speċifika tal-emissjonijiet għandha tkun ta’ 0 g/km.”;

(5)l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)jiddaħħal il-paragrafu 6a li ġej:

“6a. Meta l-Kummissjoni ssib li d-data provviżorja ppreżentata mill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 2, jew id-data nnotifikata mill-manifatturi f’konformità mal-paragrafu 5, tkun ibbażata fuq data mhux korretta fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip jew fiċ-ċertifikati ta’ konformità, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, lill-manifattur u titlob lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip jew, fejn applikabbli, lill-manifattur biex joħorġu dikjarazzjoni ta’ korrezzjoni li tispeċifika d-data kkoreġuta. Id-dikjarazzjoni ta’ korrezzjoni għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni u d-data kkoreġuta għandha tintuża biex jiġu emendati l-kalkoli provviżorji skont il-paragrafu 4.”,

(b)jitħassar il-paragrafu 11;

(6)fl-Artikolu 10(2), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tista’ tingħata deroga li tkun saret applikazzjoni għaliha skont il-paragrafu 1, mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet applikabbli sa u inkluża s-sena kalendarja 2029.”;

(7)fl-Artikolu 13(3), tiżdied it-tieni sentenza li ġejja:

“Meta d-data fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip ma tkunx tista’ tiġi kkoreġuta skont ir-Regolament (UE) 2018/858, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli għandha toħroġ dikjarazzjoni ta’ korrezzjoni bid-data kkoreġuta u tibgħat dik id-dikjarazzjoni lill-Kummissjoni u lill-partijiet ikkonċernati.”;

(8)fl-Artikolu 14(2), il-kliem “tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-miżuri msemmija fil-” huwa sostitwit bi “temenda l-Anness I kif previst fi”;

(9)jiddaħħal l-Artikolu 14a li ġej:

“Artikolu 14a

Rapport tal-progress

Sal-31 ta’ Diċembru 2025, u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress lejn mobbiltà fit-toroq b’emissjonijiet żero. B’mod partikolari, ir-rapport għandu jimmonitorja u jivvaluta l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali possibbli biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni, inkluż permezz ta’ mezzi finanzjarji.

Fir-rapportar, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha li jikkontribwixxu għal progress kosteffiċjenti lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Dan jinkludi l-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet żero u baxxi, il-progress fl-ilħuq tal-miri għall-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, il-kontribut potenzjali tat-teknoloġiji tal-innovazzjoni u l-fjuwils alternattivi sostenibbli biex tintlaħaq il-mobbiltà b’newtralità klimatika, l-impatt fuq il-konsumaturi, il-progress fid-djalogu soċjali kif ukoll aspetti biex tiġi ffaċilitata ulterjorment it-tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobbiltà fit-toroq b’emissjonijiet żero.”;

(10)l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1. Fl-2028, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effettività u l-impatt ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li tibni fuq ir-rapportar ta’ kull sentejn, u trid tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat tar-rieżami.

Ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.”

(b)jitħassru l-paragrafi 2 sa 5,

(c)jiżdied il-paragrafu 9 li ġej:

“9. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 sabiex temenda l-formuli stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I, meta tali emendi jkunu meħtieġa sabiex titqies il-proċedura għal vetturi N1 b’diversi stadji stabbilita fil-Parti A tal-Anness III.”;

(11)l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)fil-paragrafu 2, il-kliem “l-Artikolu 15(8)” huwa sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 15(8) u (9)”;

(b)fil-paragrafu 3, il-kliem “l-Artikolu 15(8)” huwa sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 15(8) u (9)”;

(c)fil-paragrafu 6, il-kliem “l-Artikolu 15(8)” huwa sostitwit bil-kliem “l-Artikolu 15(8) u (9)”;

(12)l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f’konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Azzjoni klimatika

Intestatura 3 – Riżorsi naturali u Ambjent

Titolu 9 – Ambjent u Azzjoni Klimatika

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hi marbuta ma’: 

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja 31  

l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

L-objettivi ġenerali ta’ din il-proposta huma li tikkontribwixxi għall-kisba tan-newtralità klimatika sal-2050 u għal dan il-għan, f’konformità mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, li tikkontribwixxi biex jintlaħaq tnaqqis nett ta’ mill-anqas 55 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030 meta mqabbel mal-1990.

Il-proposta hija parti mill-pakkett tal-2030 dwar il-Klima u l-Enerġija “Lesti għall-mira ta’ 55 %” biex tintlaħaq il-mira tal-UE għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-2030 ta’ mill-anqas -55 % meta mqabbel mal-1990 domestikament b’mod kosteffettiv u tikkontribwixxi biex jiġi limitat it-tisħin globali. Il-pakkett iwettaq l-obbligu tal-Kummissjoni, stabbilit fl-Artikolu 3 tal-Liġi dwar il-Klima, li tirrieżamina l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni sabiex tkun tista’ tintlaħaq il-mira msemmija hawn fuq.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

L-objettivi speċifiċi ta’ din il-proposta huma li

1.    Tikkontribwixxi għall-mira ta’ mill-anqas -55 % emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra sal-2030 u għall-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050 billi tirrevedi u tistabbilixxi miri ġodda għall-flotta kollha tal-UE bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi u mill-vannijiet b’mod kosteffettiv;

2.    Tipprovdi benefiċċji għall-konsumaturi mill-użu aktar wiesa’ ta’ vetturi b’emissjonijiet żero, billi jitjiebu l-kwalità tal-arja b’mod partikolari fil-bliet u l-iffrankar tal-enerġija mill-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet żero;

3.    Tistimula l-innovazzjoni f’teknoloġiji b’emissjonijiet żero, u b’hekk issaħħaħ it-tmexxija teknoloġika tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku tal-UE u tistimula l-impjiegi.

1.4.3.Riżultat(i) mistenni(ja) u impatt

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Il-proposta se tiżgura li l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief jitnaqqsu, tipprovdi benefiċċji lill-konsumaturi f’termini ta’ kwalità tal-arja u ta’ ffrankar tal-enerġija, u ssaħħaħ it-tmexxija teknoloġika tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku tal-UE. Il-kobenefiċċji addizzjonali huma mistennija li jkunu żieda fl-effiċjenza enerġetika u fis-sigurtà tal-enerġija.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Ġew identifikati l-indikaturi li ġejjin:

1.    L-emissjonijiet medji tas-CO2 tal-flotta tal-UE ta’ karozzi u vannijiet ġodda se jiġu mmonitorjati kull sena għal kull vettura, manifattur u Stat Membru;

2.    Id-distakk bejn id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 tat-tip approvat u d-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 f’kundizzjonijiet reali se jiġi mmonitorjat permezz tal-ġbir u l-pubblikazzjoni ta’ data dwar il-konsum tal-fjuwils f’kundizzjonijiet reali;

3.    Id-devjazzjonijiet bejn l-emissjonijiet tas-CO2 tat-tip approvat u l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi fis-servizz se jiġu mmonitorjati permezz tal-istabbiliment ta’ proċedura speċifika ta’ verifika fis-servizz u l-ġbir tad-data dwar l-approvazzjoni tat-tip;

4.    L-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-karozzi u mill-vannijiet se jiġu mmonitorjati permezz tal-inventarji annwali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Istati Membri;

5.    L-għadd u s-sehem ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi rreġistrati ġodda se jiġu mmonitorjati permezz tad-data ta’ monitoraġġ annwali sottomessa mill-Istati Membri;

6.    Il-kostijiet u l-effikaċja tat-teknoloġiji użati fil-vetturi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet se jiġu mmonitorjati abbażi ta’ data li għandha tinġabar mill-manifatturi, mill-fornituri u mill-esperti;

7.    Il-livell ta’ innovazzjoni se jitkejjel f’termini ta’ privattivi ġodda mill-manifatturi Ewropej tal-karozzi relatati ma’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero permezz ta’ bażijiet tad-data tal-privattivi disponibbli pubblikament;

8.    Il-livell ta’ impjiegi se jiġi mmonitorjat abbażi ta’ statistika pubblikament disponibbli tal-Eurostat dwar id-data tal-impjiegi settorjali għall-UE.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit jew rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil, inkluża skeda ta’ żmien dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Il-manifatturi tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief irreġistrati ġodda fl-Unjoni se jkollhom:

- jikkonformaw mal-miri riveduti tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotta kollha;

- jirrappurtaw lill-Kummissjoni d-data dwar il-konsum tal-fjuwils f’kundizzjonijiet reali mkejjel b’apparati standardizzati;

- ikunu soġġetti għal testijiet tal-konformità fis-servizz, li r-riżultati tagħhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri se jkollhom jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent data teknika dwar il-karozzi u l-vetturi kummerċjali ħfief irreġistrati ġodda.

1.5.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. titjib fil-koordinazzjoni, ċertezza legali, effikaċja akbar jew komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” hu l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li hu addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

It-tibdil fil-klima huwa problema transkonfinali, li ma tistax tissolva b’azzjoni nazzjonali jew lokali waħedha. Il-koordinazzjoni tal-azzjoni klimatika trid tittieħed fil-livell Ewropew u l-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata għal raġunijiet ta’ sussidjarjetà.

Għalkemm l-inizjattivi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jistgħu joħolqu sinerġiji, waħedhom mhux se jkunu biżżejjed. In-nuqqas ta’ azzjoni koordinata tal-UE permezz tat-tisħiħ tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 jirriżulta f’riskju ta’ frammentazzjoni tas-suq minħabba d-diversità tal-iskemi nazzjonali, il-livelli ta’ ambizzjoni differenti u l-parametri tad-disinn. Waħedhom, l-Istati Membri individwali jirrappreżentaw ukoll suq żgħir wisq biex jinkiseb l-istess livell ta’ riżultati, għalhekk, huwa meħtieġ approċċ għall-UE kollha biex jiġu xprunati l-bidliet fil-livell tal-industrija u biex jinħolqu ekonomiji ta’ skala.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Il-proposta tibni fuq leġiżlazzjoni eżistenti li żgurat tnaqqis kontinwu fl-emissjonijiet tas-CO2 tal-flotta tal-UE ta’ karozzi u vetturi kummerċjali ħfief ġodda matul l-aħħar għaxar snin.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Din il-proposta hija kompatibbli mal-objettivi ta’ Next Generation EU u tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu 2021-2027 li se jgħinu biex jinkisbu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali doppji li l-Ewropa qed timmira għalihom. Il-kombinazzjoni ta’ dawn l-oqfsa se tindirizza l-kriżi ekonomika u taċċellera l-bidla għal ekonomija nadifa u sostenibbli, billi torbot l-azzjoni klimatika u t-tkabbir ekonomiku.

Dan il-pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %” dwar il-klima u l-enerġija huwa pass komprensiv fir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni biex tiġi allinjata mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-UE kif stabbilita fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-inizjattivi kollha fil-pakkett huma interkonnessi mill-qrib.

Din il-proposta leġiżlattiva dwar l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi u għall-vetturi kummerċjali ħfief hija komplementari u żżomm il-konsistenza mal-proposti rilevanti magħmula fil-pakkett.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluża l-possibbiltà għar-riallokazzjoni

Mhux applikabbli

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mingħajr limitu ta’ żmien

   Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-2023 sal-2025,

   segwita minn tħaddim fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 32  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

   mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:

◻ pajjiżi terzi jew lill-korpi li jkunu ħatru;

◻ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (li għandhom jiġu speċifikati);

◻ il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ il-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ korpi rregolati bil-liġi pubblika;

◻ korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ korpi rregolati mid-dritt privat ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Sabiex tiġi mmonitorjata l-effikaċja tar-rekwiżiti msaħħa proposti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, huwa meħtieġ ġbir estensiv ta’ data minn sorsi differenti, inkluż mill-Istati Membri, mill-manifatturi tal-karozzi u mill-awtoritajiet nazzjonali tal-approvazzjoni tat-tip. Filwaqt li l-ġestjoni tad-data titwettaq mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, il-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-ġbir tad-data, inkluża l-interazzjoni mal-entitajiet li jirrapportaw hija r-responsabbiltà tad-DĠ CLIMA. Il-kompiti tad-DĠ CLIMA jinkludu wkoll l-analiżi tad-data u t-tħejjija u l-eżekuzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ segwitu, inkluża l-impożizzjoni ta’ multi finanzjarji fuq il-manifatturi abbażi tad-data miġbura.

Qed jinġabru jew se jinġabru tliet settijiet ewlenin ta’ data:

Id-data dwar ir-reġistrazzjonijiet ġodda ta’ vetturi, inkluża l-informazzjoni teknika, tiġi rrapportata mill-Istati Membri kull sena lill-EEA. Din id-data tifforma l-bażi għad-determinazzjoni tal-konformità tal-manifatturi mal-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tagħhom u l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe multa. Id-data tiġi vverifikata mill-manifatturi u wara tiġi kkonfermata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Id-data dwar il-konsum tal-fjuwils f’kundizzjonijiet reali u/jew tal-enerġija elettrika fl-użu reali kif irreġistrata abbord il-vetturi se tiġi rrapportata lill-EEA kull sena mill-2022 ’il quddiem, l-ewwel id-data pprovduta mill-manifatturi u mbagħad fl-2025 id-data miġbura fit-testijiet tal-affidabbiltà stradali mill-Istati Membri. Id-data se tintuża bħala bażi għall-valutazzjoni tar-rappreżentattività tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-approvazzjoni tat-tip u tista’ tirriżulta f’reviżjoni tal-livelli fil-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 kif ukoll tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip, fejn xieraq.

Id-data dwar it-testijiet tal-emissjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip se tinġabar kontinwament mill-JRC għall-fini tal-proċedura għall-verifika ta’ kif l-emissjonijiet tas-CO2 iddeterminati fl-approvazzjoni tat-tip jikkorrispondu għall-emissjonijiet tal-vetturi fis-servizz.

2.2.Sistema jew sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

Il-proposta mhijiex qed timplimenta programm finanzjarju iżda qed tfassal politika fit-tul. Il-mod ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll fir-rigward tar-rati ta’ żball mhumiex applikabbli. L-implimentazzjoni ta’ din il-proposta se tirrikjedi r-riallokazzjoni ta’ riżorsi umani fi ħdan il-Kummissjoni. Hemm fis-seħħ proċeduri xierqa.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbiliti għall-mitigazzjoni tagħhom

Din il-proposta ma tikkonċernax programm ta’ nfiq.

Il-monitoraġġ effiċjenti tad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi huwa essenzjali biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fl-infurzar tal-leġiżlazzjoni u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-manifatturi differenti.

Il-ġbir tad-data dwar l-użuf’kundizzjonijiet reali u l-proċedura ta’ verifika fis-servizz se jiżguraw li l-irregolaritajiet fid-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi jkunu jistgħu jiġu identifikati u li jittieħdu miżuri ta’ rimedju effettivi b’mod f’waqtu u se jservu wkoll biex jiżguraw li l-effikaċja fit-tul tal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-UE ma tkunx imminata.

Ir-riskju ta’ data żbaljata dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi jew ta’ rappurtar tard mill-Istati Membri u/jew mill-manifatturi jista’ jwassal għal diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2.

Ir-riskju li d-distakk bejn l-emissjonijiet tas-CO2 f’kundizzjonijiet reali u l-konsum tal-fjuwils f’kundizzjonijiet reali u dawk il-valuri ddeterminati fiż-żidiet tal-approvazzjoni tat-tip jista’ jimmina l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2.

Ir-riskju li l-emissjonijiet tas-CO2 irreġistrati mill-manifatturi fiċ-ċertifikati ta’ konformità użati għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni ma jikkorrispondux għall-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi fis-servizz jista’ jimmina l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2.

Is-sistemi ta’ kontroll intern ewlenin jinkludu l-verifika tad-data ta’ reġistrazzjoni rrapportata, l-analiżi tal-evoluzzjoni tad-data f’kundizzjonijiet reali meta mqabbla mad-data tar-reġistrazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ devjazzjonijiet bejn l-emissjonijiet tas-CO2 irreġistrati fiċ-ċertifikati ta’ konformità u l-emissjonijiet tal-vetturi fis-servizz.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Din l-inizjattiva ma toħloqx kontrolli/riskji sinifikanti ġodda li ma jkunux koperti minn qafas ta’ kontroll intern eżistenti. Ma ġiet prevista l-ebda miżura speċifika lil hinn mill-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija ta’ Kontra l-Frodi.

Minbarra l-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet, ir-rekwiżiti msaħħa għat-tnaqqis tas-CO2 previsti f’din il-proposta se jkunu akkumpanjati minn monitoraġġ u rapportar imtejba ta’ settijiet ta’ data differenti kif deskritt fil-punt 2.2.2.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja(i) baġitarji tan-nefqa affettwata(i) 

·Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Type of
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 33

minn pajjiżi tal-EFTA 34

minn pajjiżi kandidati 35

minn pajjiżi terzi

fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

7

20 01 02 01

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

Linji baġitarji ġodda mitluba: Mhux applikabbli



3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (ċifri ttondjati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

3

“riżorsi naturali u ambjent”

DĠ: CLIMA

 

2023 

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali  

09 02 03

Impenji

(1)

Pagamenti

(2)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

09 01 01 01

 

(3)

 

 

 

 

 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ CLIMA

Impenji

= 1 + 3

Pagamenti

= 2 + 3

TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 3 tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

= 4+ 6

Pagamenti

= 5+ 6



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

"Nefqa amministrattiva"

Din it-taqsima jenħtieġ li timtela bl-użu tad-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel trid tiddaħħal fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li trid tittella’ f’DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (ċifri ttondjati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

DĠ: CLIMA

• Riżorsi umani

0,304

0,304

0,304

0,304

0,304

1,520

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL DĠ CLIMA

Approprjazzjonijiet

0,304

0,304

0,304

0,304

0,304

1,520

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,304

0,304

0,304

0,304

0,304

1,520

miljuni ta’ EUR (ċifri ttondjati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0,304

0,304

0,304

0,304

0,304

1,520

Pagamenti

0,304

0,304

0,304

0,304

0,304

1,520

3.2.2.Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali 

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (ċifri ttondjati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

OUTPUTS

Tip 36

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 37

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

·    Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

·    Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (ċifri ttondjati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Year
2023 38

Year
2024

Year
2025

Year
2026

Sena
2027

TOTAL

HEADING 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,304

0,304

0,304

0,304

0,304

1,520

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal HEADING 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,304

0,304

0,304

0,304

0,304

1,520

Barra mill-INTESTATURA 7 39
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Other expenditure
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
of the multiannual financial framework

TOTAL

0,304

0,304

0,304

0,304

0,304

1,520

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.4.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

·    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

·    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Year
2023

Year
2024

Sena 2025

Sena 2026

Sena
2027

• Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

2

2

2

2

2

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 40

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   41

- fil-Kwartieri Ġenerali

·

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

2

2

2

2

2

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Uffiċjal AD addizzjonali wieħed se jkun meħtieġ mill-2023 biex ikun responsabbli għal funzjoni ġdida biex jiġu żgurati l-koordinazzjoni u s-segwitu tal-eżerċizzji tal-ġbir tad-data differenti previsti fir-Regolament. Din il-funzjoni tirrifletti, b’mod partikolari, il-ħtieġa għal segwitu msaħħaħ tal-evoluzzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 f’kundizzjonijiet reali minn karozzi u vannijiet ġodda sabiex jiġi żgurat li l-objettivi miżjuda ta’ tnaqqis stabbiliti f’din il-proposta jintlaħqu. Il-funzjoni l-ġdida se tiżgura li tiġi pprovduta bażi effiċjenti u koerenti għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2, kif ukoll għat-tħejjija ta’ kwalunkwe miżura ta’ politika ġdida relatata.

Din il-funzjoni tinkludi l-kompiti speċifiċi li ġejjin:

·L-iżgurar tal-koordinazzjoni ġenerali tal-eżerċizzji tal-ġbir tad-data differenti, inkluża l-analiżi tad-data u l-kontrolli tal-konsistenza fis-sett tad-data differenti;

·Is-segwitu mal-entitajiet li jirrapportaw (manifatturi, awtoritajiet nazzjonali tar-rapportar tad-data u awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip) u l-kollegament mal-EEA u mal-JRC;

·L-iżgurar ta’ rapportar effiċjenti tad-data dwar il-konsum tal-fjuwils f’kundizzjonijiet reali mill-manifatturi u mill-Istati Membri, inklużi s-segwitu u l-verifika tad-data flimkien mal-EEA;

·It-twettiq ta’ analiżi tad-data f’kundizzjonijiet reali, b’mod partikolari, fir-rigward tal-evoluzzjoni tad-distakk bejn l-emissjonijiet fl-użu reali u l-emissjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip, u l-għoti ta’ input tekniku dettaljat għar-reviżjonijiet futuri tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip;

·It-tħejjija ta’ Deċiżjonijiet annwali tal-Kummissjoni dwar id-data mill-użu reali;

·It-tħejjija ta’ korrezzjonijiet għad-data ta’ konformità tas-CO2 (data tar-reġistrazzjoni) fejn id-devjazzjonijiet jiġu ddeterminati abbażi tal-proċedura ta’ verifika fis-servizz, inkluż l-iżgurar ta’ ġbir effettiv flimkien mal-JRC tad-data tat-test tal-approvazzjoni tat-tip.

It-tieni uffiċjal AD addizzjonali se jkun meħtieġ jikkontribwixxi għat-tħejjija tar-Rapport ta’ Progress il-ġdid skont l-Artikolu 14a dwar il-progress lejn mobbiltà fit-toroq b’emissjonijiet żero u dwar il-valutazzjoni tal-ħtieġa għal miżuri addizzjonali possibbli biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni.

Persunal estern

Mhux applikabbli

3.2.5. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

·Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Ma hija prevista l-ebda nefqa operazzjonali addizzjonali. Fi kwalunkwe każ, in-nefqa eventwali se ssir fi ħdan il-pakkett LIFE.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali kif iddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti li qed jiġu proposti biex jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.6.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (ċifri ttondjati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2023

2024

2025

2026

2027

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

                       miljuni ta’ EUR (ċifri ttondjati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/inizjattiva 42

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu 4 2 9

Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

mhux applikabbli

Rimarki oħra (eż. il-metodu/formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

Huwa mistenni li jinħoloq dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi pagabbli mill-manifatturi li jaqbżu l-miri annwali speċifiċi tagħhom tal-emissjonijiet u dan jenħtieġ li jkompli jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-UE. Il-metodu tal-kalkolu tal-primjums ma nbidilx b’riżultat tal-proposta. Mhuwiex possibbli li jiġi stmat il-livell tad-dħul sakemm tkun disponibbli d-data annwali dwar il-prestazzjoni tal-manifatturi biex jilħqu l-miri tagħhom.

(1)    COM(2019) 640 final.
(2)    COM(2018) 773 final.
(3)    COM(2020) 690 final
(4)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-10 u 11 ta’ Diċembru 2020 EUCO 22/20 CO EUR 17 KONKL 8
(5)    COM/2020/562 final
(6)    COM(2020)789 final
(7)    COM/2021/400 final, ara wkoll f’dan il-kuntest id-Direttiva 2008/50/KE dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja aktar nadifa għall-Ewropa u d-Direttiva (UE) 2016/2284 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi
(8)    Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013
(9)    Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(10)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE
(11)    Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).
(12)    COM(2020) 350 final
(13)    COM(2021) 219 final
(14)     https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/transport/vehicles/docs/evaluation_ldv_co2_regs_en.pdf  
(15)    SWD(2017) 650 final
(16)    SWD/2020/176 final
(17)    ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.
(18)    Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi
(19)    Ir-Regolament (UE) 2018/858 tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE
(20)    Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda
(21)    ĠU C , , p. .
(22)    ĠU C , , p. .
(23)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final tal-11 ta’ Diċembru 2019.
(24)    Ir-Regolament (UE) […/…] ta’ […] 2021tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima), [ĠU L, …/… .].
(25)    Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).
(26)    Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa, COM(2021) 350 final tal-5 ta’ Mejju 2021
(27)    Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).
(28)    Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(29)    Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(30)    Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1).
(31)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(32)    Dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(33)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(34)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(35)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(36)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(37)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(38)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. Jekk jogħġbok issostitwixxi n-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(39)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(40)    AC= Persunal b’Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD= Professjonisti Subalterni fid-Delegazzjonijiet.
(41)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(42)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top

Brussell, 14.7.2021

COM(2021) 556 final

ANNESS

tal-

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f’konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni




















{SEC(2021) 556 final} - {SWD(2021) 188 final} - {SWD(2021) 613 final} - {SWD(2021) 614 final}


ANNESS

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(1)Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)fil-punt 7.1.4.1, l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

“Miri għall-flotta kollha tal-UE għall-2025 ’il quddiem”,

(b)fil-punt 6.1.2, l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

“Mira għall-flotta kollha tal-UE għall-perjodu mill-2030 sal-2034”

(c)jiżdied il-punt 6.1.3 li ġej:

“6.1.3 Mira għall-flotta kollha tal-UE għall-2035 ’il quddiem

Mira għall-flotta kollha tal-UE2035 = Mira għall-flotta kollha tal-UE2021– fattur ta’ tnaqqis2035)

fejn:

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2021 hija kif definit fil-punt 6.0;

Il-fattur ta’ tnaqqis2035        huwa kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 1(5a).”

(d)fil-punt 6.2, l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

“Miri ta’ referenza tal-emissjonijiet speċifiċi”

(e)il-punt 6.2.2 jitħassar.

(f)il-punt 6.3. huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.3 Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2025 ’il quddiem

6.3.1 Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2025 sal-2029:

Il-mira għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi · Fattur ZLEV

fejn:

il-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi    hija l-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 determinata f’konformità mal-punt 6.2.1;

Fattur ZLEV    huwa (1 + y – x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05 jew iżgħar minn 1,0, f’liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1,05 jew 1,0, kif meħtieġ;

fejn:

y    huwa s-sehem ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta tal-manifattur ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri, ikkalkulat bħala l-għadd totali ta’ vetturi ġodda b’emissjonijiet żero jew baxxi, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspeċifiku skont il-formula li ġejja, diviż bl-għadd totali ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti:

ZLEVspeċifiku = 1 –

Għal karozzi tal-passiġġieri ġodda rreġistrati fl-Istati Membri b’sehem ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta tagħhom taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni fis-sena 2017 u b’inqas minn 1 000 vettura ġdida b’emissjonijiet żero jew baxxi rreġistrati fl-2017*, iż-ZLEVspeċifiku għandu jiġi kkalkulat, sal-2029 u inkluża dik is-sena, f’konformità mal-formula li ġejja:

ZLEVspeċifiku =

Meta s-sehem ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta ta’ Stat Membru ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati f’sena bejn l-2025 u l-2028 jaqbeż il-5 %, dak l-Istat Membru ma għandux ikun eliġibbli għall-applikazzjoni tal-multiplikatur ta’ 1,85 fis-snin ta’ wara;

x     huwa 15 % fil-perjodu mill-2025 sal-2029.

6.3.2 Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2030 sal-2034

Miri għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2030 + a2030 · (TM-TM0)

Fejn,

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030    hija kif determinata f’konformità mal-punt 6.1.2;

a2030                hija

fejn,

a2021                hija kif definit fil-punt 6.2.1

medja tal-emissjonijiet2021    hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM                hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM0                hija kif definit fil-punt 6.2.1

6.3.3    Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2035 ’il quddiem

Miri għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2035 + a2035 · (TM-TM0)

Fejn,

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2035    hija kif determinata f’konformità mal-punt 6.1.3;

a2035                hija

fejn,

a2021                hija kif definit fil-punt 6.2.1

medja tal-emissjonijiet2021    hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM                hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM0                hija kif definit fil-punt 6.2.1

___________________

* Is-sehem ta’ vetturi b’emissjonijiet żero u baxxi fil-flotta ta’ Stat Membru ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri huwa kkalkulat bħala l-għadd totali ta’ vetturi ġodda b’emissjonijiet żero jew baxxi rreġistrati fl-2017 diviż bl-għadd totali ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-istess sena.’;

(2)Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(a)fil-punt 7.1.4.1, l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-miri għall-flotta kollha tal-UE mill-2025 ’il quddiem”

(b)fil-punt 6.1.2, l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-miri għall-flotta kollha tal-UE għall-perjodu mill-2030 sal-2034”

(c)jiżdied il-punt 6.1.3 li ġej:

“6.1.3 Il-miri għall-flotta kollha tal-UE mill-2035 ’il quddiem

Mira għall-flotta kollha tal-UE2035 = Mira għall-flotta kollha tal-UE2021– fattur ta’ tnaqqis2035)

fejn:

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2021     hija kif definit fil-punt 6.0;

Il-fattur ta’ tnaqqis2035        huwa kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 1(5a).”

(d)il-punt 6.2.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.2.2 Il-miri ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2030 sal-2034

Miri ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2030 + α · (TM-TM0)

Fejn,

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030    hija kif determinata f’konformità mal-punt 6.1.3;

α    hija a2030,L fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta’ manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a2030,H fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta’ manifattur tkun ogħla minn TM0;

fejn:

a2030,L                hija

a2030,H                hija

medja tal-emissjonijiet2021    hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM                hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM0                 hija kif definit fil-punt 6.2.1”

(e)jiżdied il-punt 6.2.3 li ġej:

“Il-miri ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2030 ’il quddiem

Miri ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2035 + α · (TM-TM0)

Fejn,

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2035    hija kif determinata f’konformità mal-punt 6.1.3;

α    hija a2035,L fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta’ manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a2035,H fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta’ manifattur tkun ogħla minn TM0;

fejn:

a2035,L                hija

a2035,H                hija

medja tal-emissjonijiet2021    hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM                hija kif definit fil-punt 6.2.1

TM0                 hija kif definit fil-punt 6.2.1

(f)il-punt 6.3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.3.2 Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2030 sal-2034

Mira għall-emissjonijiet speċifiċi = mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi – (ømiri - il-mira tal-flotta kollha tal-UE2030)

fejn:

Mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi    hija l-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-manifattur, determinata f’konformità mal-punt 6.2.2;

ømiri    hija l-medja, ponderata abbażi tal-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi kollha determinati f’konformità mal-punt 6.2.2;

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030        hi kif determinata fil-punt 6.1.2.

(g)jiżdied il-punt 6.3.3 li ġej:

“6.3.3 Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2035 ’il quddiem

Mira għall-emissjonijiet speċifiċi = mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi – (ømiri - il-mira tal-flotta kollha tal-UE2035)

fejn:

Mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi    hija l-mira ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-manifattur determinata f’konformità mal-punt 6.2.3;

ømiri    hija l-medja, ponderata abbażi tal-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri ta’ referenza għall-emissjonijiet speċifiċi kollha, determinata f’konformità mal-punt 6.2.3;

il-mira għall-flotta kollha tal-UE2035        hi kif determinata fil-punt 6.1.3.”

Top