EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018DC0880

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U LILL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Marzu 2019: Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kontinġenza

COM/2018/880 final

Strasburgu, 13.11.2018

COM(2018) 880 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Marzu 2019: Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kontinġenza


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U LILL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT

Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Marzu 2019: Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kontinġenza

Il-Kunsill Ewropew iġedded l-appell tiegħu lill-Istati Membri, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-

partijiet ikkonċernati kollha biex isaħħu l-ħidma tagħhom fit-tħejjija fil-livelli kollha u għall-eżiti kollha.

Il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50), id-29 ta’ Ġunju 2018 1

1.Introduzzjoni

Ir-Renju Unit iddeċieda li joħroġ mill-Unjoni Ewropea, billi invoka l-proċedura prevista mill-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha dwar din id-Deċiżjoni, iżda tirrispettaha.

Fit-30 ta’ Marzu 2019 2 , ir-Renju Unit se jsir pajjiż terz. Minn dan il-mument, il-liġijiet primarji u sekondarji kollha tal-Unjoni se jieqfu japplikaw għar-Renju Unit, sakemm ftehim ratifikat dwar il-ħruġ ma jistabbilixxix data oħra.

Kif enfasizzat fl-ewwel Komunikazzjoni ta’ tħejjija għall-Brexit tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2018 3 , irrispettivament mix-xenarju previst, l-għażla tar-Renju Unit se tikkawża tfixkil sinifikanti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni talbet b’mod konsistenti liċ-ċittadini Ewropej, lin-negozji u lill-Istati Membri biex iħejju għal kull xenarju possibbli, jivvalutaw ir-riskji rilevanti u jippjanaw ir-rispons għall-mitigazzjoni tagħhom. Fid-29 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill Ewropew ġedded l-appell tiegħu lill-Istati Membri, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni u lill-partijiet ikkonċernati kollha biex isaħħu l-ħidma tagħhom fit-tħejjija fil-livelli kollha u għall-eżiti kollha 4 .

L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni huwa li tiġi indirizzata din it-talba, b’enfasi fuq xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim. Hija tidentifika l-oqsma ewlenin u l-azzjonijiet prinċipali li għandhom jittieħdu, kif ukoll struttura għal diskussjonijiet u l-koordinazzjoni tal-Istati Membri bejn Novembru 2018 u d-29 ta’ Marzu 2019.

L-UE u r-Renju Unit ilhom jinnegozjaw ftehim dwar il-ħruġ minn Mejju 2017. Sar progress fuq it-test legali, inkluż dwar l-arranġamenti għal perjodu ta’ tranżizzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2020, fil-livell tan-negozjaturi, li sar disponibbli għall-pubbliku fid-19 ta’ Marzu 2018 5 . Fid-19 ta’ Ġunju 2018 ġie rapportat iktar progress f’dikjarazzjoni konġunta tan-negozjaturi tal-Kummissjoni u tar-Renju Unit. 6 Fis-17 ta’ Ottubru 2018, il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) talab lill-Kummissjoni bħala n-negozjatur tal-Unjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha biex tilħaq ftehim skont il-linji gwida tal-Kunsill Ewropew, miftiehma minn qabel. Dawn in-negozjati għadhom għaddejjin u l-Kummissjoni bħala n-negozjatur tal-Unjoni tibqa’ impenjata biex tilħaq ftehim għal ħruġ ordnat. Filwaqt li nkiseb progress f’ħafna aspetti, u minkejja l-isforzi sinifikanti u negozjati intensivi, għad hemm nuqqas ta’ qbil f’xi oqsma. Barra minn hekk, il-fatt li jintlaħaq ftehim mal-Gvern tar-Renju Unit mhuwiex garanzija li r-Renju Unit se jirratifika l-Ftehim dwar il-Ħruġ sad-29 ta’ Marzu 2019.

2.Ħtieġa għal tħejjija – azzjoni fil-livell tal-UE

Il-ħidma fit-tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit tinsab għaddejja b’mod parallel man-negozjati. Il-Kummissjoni se tkompli tagħti s-sehem tagħha b’mod sħiħ.

Il-Kummissjoni analizzat l-acquis tal-UE, jiġifieri r-regoli eżistenti skont il-liġi tal-UE, biex jiġi determinat liema regoli jridu jiġu adattati f’kull xenarju u liema miżuri se jkollhom jiġu stabbiliti f’każ biss ta’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim. Wara l-eżitu ta’ din l-analiżi, il-Kummissjoni ressqet tmien proposti għat-tħejjija leġiżlattiva għall-miżuri li jridu jiġu adottati irrispettivament minn jekk il-ħruġ tar-Renju Unit ikunx ordnat jew mod ieħor. Dawn il-miżuri huma ppreżentati fl-Anness 1. Eżempji jinkludu aġġustamenti għar-regoli ta’ approvazzjoni ta’ vetturi awtomobilistiċi jew fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet ta’ spezzjoni tal-bastimenti u t-tqassim bejn ir-Renju Unit u l-EU-27 tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tal-merkanzija tal-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. B’mod parallel ma’ din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni adottat l-aħħar tnejn minn dawn il-proposti, jiġifieri proposta biex jiġu adattati r-referenzi għall-miri tal-UE dwar l-effiċjenza enerġetika (espressi f’valuri assoluti) għall-2030 u proposta dwar ir-regoli dwar il-viża li se japplikaw għal ċittadini tar-Renju Unit wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. 7 .

Barra minn hekk, ġew adottati jew qed jitħejjew għadd ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni li huma meħtieġa wkoll fi kwalunkwe xenarju. Eżempji ta’ dawn jinkludu t-trattament tar-Renju Unit fil-kuntest ta’ data statistika, l-attribuzzjoni mill-ġdid ta’ attività ta’ rapporteur għall-valutazzjoni ta’ ċerti sustanzi kimiċi mir-Renju Unit lejn Stat Membru ieħor, u l-emendi tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-mediċini. Dawn l-atti huma kollha fil-mira u speċifiċi għall-Brexit u huma ppreżentati fl-Anness 2.

Il-Kummissjoni qed taħdem ukoll mal-aġenziji rilevanti. Minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi fis-settur tal-avjazzjoni, pereżempju, il-Kummissjoni stiednet lill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (European Aviation Safety Agency, EASA) biex tibda l-ipproċessar ta’ ċerti applikazzjonijiet minn entitajiet tar-Renju Unit bħala tħejjija għal meta r-Renju Unit ma jkunx Stat Membru. L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (European Medicines Agency, EMA) mexxiet diversi stħarriġiet u, fejn meħtieġ, ikkuntattjat detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-UE biex tfakkar fil-ħtieġa li jittieħdu l-miżuri ta’ tħejjija meħtieġa. L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (European Chemicals Agency, ECHA), l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (Community Plant Variety Office, CPVO), u l-EMA (European Medicines Agency) allokaw mill-ġdid il-funzjonijiet regolatorji mir-Renju Unit lejn Stati Membri oħra.

Barra minn hekk, l-Unjoni Ewropea qed tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li l-aġenziji u l-korpi tal-UE li jinsabu fir-Renju Unit (bħall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, l-Awtorità Bankarja Ewropea, il-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana, is-sit ta’ sostenn taċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo u l-Kwartieri Ġenerali Operattivi) jiġu rilokati lejn l-EU-27 qabel id-data tal-ħruġ.

Fl-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni qed tappoġġa wkoll ir-Renju Unit fl-adeżjoni tiegħu mal-Konvenzjoni Komuni ta’ Tranżitu bħala pajjiż ta’ tranżitu mhux tal-UE, sakemm ikun lest li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Konvenzjoni, kif ukoll l-adeżjoni tiegħu mal-Konvenzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ simplifikazzjoni tal-formalitajiet fil-kummerċ tal-merkanzija. Għall-istess raġuni, il-Kummissjoni tappoġġa wkoll l-adeżjoni tar-Renju Unit mal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi.

Jinsabu għaddejjin ħidmiet oħrajn, inklużi aspetti prattiċi ħafna tat-tħejjija interna tal-UE, bħad-diskonnessjoni u l-adattament ta’ bażijiet ta’ data u sistemi tal-IT u pjattaformi oħrajn għall-komunikazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni li r-Renju Unit ma għandux jibqa’ jkollu aċċess għalihom.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kompliet tiddiskuti t-tħejjijiet għall-ħruġ mal-Istati Membri tal-EU-27, kemm dwar kwistjonijiet ta’ tħejjija ġenerali kif ukoll dwar passi ta’ tħejjija speċifiċi settorjali, ġuridiċi u amministrattivi. L-Istati Membri u l-Kummissjoni qed isaħħu din il-ħidma permezz ta’ seminars settorjali organizzati mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (l-Artikolu 50)

3.Ħtieġa għal tħejjija – azzjonijiet miċ-ċittadini, in-negozji u l-Istati Membri

Kif enfasizzat fl-ewwel Komunikazzjoni ta’ tħejjija għall-Brexit tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Lulju 2018, it-tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit trid tkun sforz konġunt tal-Unjoni Ewropea, fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll min-naħa tal-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini. Biex ikunu mħejjija għall-ħruġ u jtaffu l-agħar impatt ta’ xenarju potenzjali b’effett ta’ preċipizju (cliff-edge scenario), l-atturi kollha jridu jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom.

Miżuri mill-Istati Membri tal-EU-27

L-Istati Membri bdew it-tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit billi identifikaw il-ħtieġa għal adattamenti tal-leġiżlazzjoni tagħhom u għal miżuri amministrattivi u prattiċi. Dawn l-isforzi jridu jissaħħu u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tingħata prijorità. Il-miżuri nazzjonali, inklużi ż-żieda meħtieġa fir-riżorsi umani (bħal uffiċjali tad-dwana u l-veterinarji uffiċjali) u d-dħul fis-seħħ, l-aġġustament jew it-tisħiħ tal-infrastrutturi meħtieġa (pereżempju f’portijiet u ajruporti), jirrappreżentaw element ċentrali tal-ippjanar ta’ kontinġenza.

L-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, se jkollhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi tal-UE fil-konfront tar-Renju Unit bħala pajjiż terz. Dan jinkludi t-twettiq tal-verifiki meħtieġa u l-kontrolli fil-fruntieri u l-ipproċessar tal-awtorizzazzjonijiet u l-liċenzji meħtieġa. Brexit se jwassal ukoll għall-ħolqien mill-ġdid ta’ fruntiera marittima fil-Baħar tat-Tramuntana u fl-Atlantiku tat-Tramuntana. Se jkun hemm bżonn ta’ sforzi addizzjonali mill-Istati Membri u permezz ta’ kooperazzjoni reġjonali biex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv u kontroll tal-attivitajiet fl-ilmijiet tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li dan ix-xogħol jitlesta fil-ħin għall-ħruġ, filwaqt li jitqies li dawn l-infrastrutturi jistgħu fi kwalunkwe każ jiġu aġġustati jew imsaħħa fil-waqt tal-iskadenza ta’ xi perjodu tranżitorju.

Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex tikkoordina l-miżuri li huma jadottaw biex ikun żgurat li t-tħejjijiet ta’ kontinġenza jkunu konsistenti fl-Unjoni Ewropea u f’konformità mal-prinċipji ġenerali ppreżentati hawn taħt 8 . Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-Istati Membri jastjenu minn diskussjonijiet u ftehimiet bilaterali mar-Renju Unit, li jdgħajfu l-unità tal-UE.

Fir-rigward tal-ħtieġa għal riżorsi finanzjarji u/jew assistenza teknika, ir-regoli eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat jagħmluha possibbli li jiġu indirizzati l-problemi li jiltaqgħu magħhom in-negozji fil-każ ta' Brexit li fih “ma jintlaħaq l-ebda ftehim”. Bħala eżempju, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jippermettu għajnuna ta’ konsulenza għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jew għajnuna għal taħriġ li tista’ tintuża biex l-SMEs jiġu megħjuna fit-tħejjija (inklużi formalitajiet doganali futuri possibbli). Il-Linji Gwida ta’ Salvataġġ u Ristrutturar jinkludu dispożizzjonijiet dwar skemi ta’ appoġġ temporanji għar-ristrutturar tal-SMEs, li jistgħu jkunu utli biex jiġu indirizzati l-problemi tagħhom ta’ likwidità kkawżati mill-Brexit. L-aċċess għall-finanzjament huwa possibbli f’formati differenti, pereż. permezz ta’ skemi ta’ self iffinanzjati mill-Istat li huma konformi mar-rata ta’ referenza jew garanziji mill-Istat skont l-avviż ta’ garanzija.

Il-Kummissjoni tinsab lesta biex timpenja ruħha minn issa mal-Istati Membri li se jkunu l-aktar affettwati minn ħruġ diżordinat u tesplora soluzzjonijiet pragmatiċi u effiċjenti ta’ appoġġ, f’konformità mal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat. B’mod partikolari, il-Kummissjoni se tappoġġa lill-Irlanda biex issib soluzzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi speċifiċi tan-negozji Irlandiżi.

L-għajnuna teknika u finanzjarja mill-Unjoni tista’ ssir disponibbli wkoll f’ċerti oqsma, bħat-taħriġ ta’ uffiċjali tad-dwana skont il-programm Dwana 2020. Programmi oħra jistgħu jgħinu proġetti ta’ taħriġ simili fil-qasam ta’ kontrolli sanitarji u fitosanitarji. Rigward l-agrikoltura, il-liġi tal-Unjoni tipprovdi għadd ta’ strumenti biex jiġu indirizzati l-iktar effetti immedjati tal-ħruġ tar-Renju Unit, b’mod partikolari f’xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim.

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE se jkollu impatt fuq l-Istati Membri kollha fi gradi differenti, iżda l-iktar fuq l-Irlanda. Abbażi tal-prinċipji deskritti hawn fuq, il-Kummissjoni tinsab lesta li tappoġġa lill-Irlanda biex issib soluzzjonijiet għal sfidi partikolari. Il-Kummissjoni hija impenjata wkoll biex tiżgura l-kontinwazzjoni tal-programmi attwali PEACE u INTERREG bejn il-kontej tal-fruntiera tal-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq, li magħhom ir-Renju Unit huwa sieħeb. Il-Kummissjoni għamlet proposti għal dan il-għan għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Fil-każ li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE jkun diżordinat, il-Kummissjoni tqis li dan l-appoġġ jenħtieġ li jkompli jissaħħaħ minħabba li l-isfidi se jkunu partikolarment qawwija.

Azzjoni miċ-ċittadini u n-negozji

Miżuri ta’ kontinġenza meħuda minn awtoritajiet nazzjonali jew mill-UE ma jistgħux jissostitwixxu t-tħejjijiet li kull ċittadin u negozju jridu jieħdu biex iħejju għall-ħruġ tar-Renju Unit. Fejn ikunu meħtieġa awtorizzazzjonijiet, liċenzji jew ċertifikati ġodda, kull parti għandha r-responsabbiltà li tapplika għalihom fil-waqt.

Sabiex tassisti lill-partijiet ikkonċernati fit-tħejjija tagħhom għall-ħruġ tar-Renju Unit, il-Kummissjoni ppubblikat 78 avviż ta’ informazzjoni settorjali dettaljati biex tiggwidahom dwar il-passi li għandhom jittieħdu 9 . Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jilħqu liċ-ċittadini u n-negozji, b’mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, sabiex jgħinuhom iħejju ruħhom għall-ħruġ.

4.Azzjoni ta’ kontinġenza fil-livell tal-UE

Lil hinn mill-miżuri ta’ tħejjija deskritti hawn fuq, l-ippjanar ta’ kontinġenza jikkonsisti fl-identifikazzjoni minn qabel tal-miżuri li jkunu meħtieġa biex jittaffew l-effetti tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, f’każ li ma jintlaħaqx ftehim dwar il-ħruġ. Fil-każ ta’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, l-liġijiet primarji u sekondarji kollha tal-UE jieqfu japplikaw għar-Renju Unit u l-konsegwenzi tal-ħruġ jimmaterjalizzaw mid-data tal-ħruġ. Eċċezzjonalment, billi taġixxi fl-interess tal-Unjoni Ewropea u tipproteġi l-interessi bażiċi tagħha, il-Kummissjoni qed tipprevedi għadd limitat ta’ miżuri ta’ kontinġenza biex jittaffa t-tfixkil sinifikanti f’xi oqsma ddefiniti b’mod strett. Dawn l-interruzzjonijiet se jvarjaw minn settur għal ieħor u anki fost l-Istati Membri tal-EU-27.

Filwaqt li t-tħejjijiet biex ir-Renju Unit isir pajjiż terz f’ħafna aspetti jkunu l-istess kemm bi ftehim dwar il-ħruġ kif ukoll mingħajr ftehim li jipprovdi perjodu ta’ tranżizzjoni, ikun jenħtieġ li dawn jitwettqu b’pass ħafna aktar mgħaġġel. Barra minn hekk, l-għaġġla ta’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim ikun jirrikjedi li jiġu adottati miżuri speċifiċi.

Prinċipji għall-miżuri ta’ kontinġenza

B’mod ġenerali, ir-regoli tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk speċifiċi għall-funzjonament tas-Suq Intern, jistgħu jadattaw għal bidla tal-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tagħhom. Bosta regoli kienu tfasslu fi żmien meta l-Unjoni Ewropea kellha numru iżgħar ta’ membri, u komplew japplikaw meta l-għadd ta’ Stati Membri żdied minn sitta għal 28. Wara l-ħruġ tar-Renju Unit, l-Unjoni Ewropea se tkompli tiffunzjona u tapplika r-regoli tagħha fil-fruntieri tagħha.

Jenħtieġ li l-approċċ ġenerali ta’ kontinġenza jirrifletti l-fatt li f’xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim mit-30 ta’ Marzu 2019 ir-Renju Unit ma jkunx marbut bl-ebda regoli tal-UE u jkun jista’ jibda jitbiegħed minnhom b’mod rapidu. Il-miżuri ta’ kontinġenza se jintużaw biss fejn ikun strettament meħtieġ u fl-interess tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha. Dan se jkun fl-għadd limitat ta’ każijiet fejn ir-regoli attwali ma joffrux soluzzjonijiet sodisfaċenti biex itaffu l-iktar effetti ta’ tfixkil għall-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha f’każ ta’ ħruġ fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim. Jenħtieġ li l-miżuri ma jpoġġux lill-kumpaniji tal-UE fi żvantaġġ meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom fir-Renju Unit. Dawn m’għandhomx jikkumpensaw lill-kumpaniji li ma ħadux il-miżuri ta’ tħejjija meħtieġa meta l-kompetituri tagħhom ikunu għamlu dan, billi dan jgħawweġ il-kundizzjonijiet ekwi.

Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-miżuri ta’ kontinġenza adottati fil-livelli kollha jenħtieġ li jkunu konformi mal-prinċipji ġenerali li ġejjin:

·Jenħtieġ li l-miżuri ta’ kontinġenza ma jirreplikawx il-benefiċċji tas-sħubija tal-Unjoni, u lanqas it-termini ta’ kwalunkwe perjodu ta’ tranżizzjoni, kif previst fl-abbozz tal-Ftehim dwar il-Ħruġ;

·Il-miżuri ta’ kontinġenza b’mod ġenerali se jkunu ta’ natura temporanja, u jenħtieġ li fil-prinċipju ma jmorrux lil hinn minn tmiem l-2019;

·Il-miżuri ta’ kontinġenza se jiġu adottati b’mod unilaterali mill-Unjoni Ewropea favur l-interessi tagħha u għalhekk jistgħu, fil-prinċipju, ikunu revokati mill-Unjoni Ewropea fi kwalunkwe ħin;

·Il-miżuri ta’ kontinġenza jridu jiġu adottati b’konformità mad-diviżjoni tal-kompetenzi previsti mit-Trattati kif ukoll il-prinċipju tas-sussidjarjetà fl-Unjoni Ewropea;

·Il-miżuri ta’ kontinġenza nazzjonali jridu jkunu kompatibbli mal-liġi tal-UE, inklużi l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni; u

·Il-miżuri ta’ kontinġenza mhux se jirrimedjaw għad-dewmien li jkun seta’ ġie evitat b’miżuri ta’ tħejjija u azzjoni f’waqtha mill-partijiet ikkonċernati rilevanti.

5.Valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ kontinġenza

Xi oqsma ta’ politika jeħtieġu attenzjoni speċifika, minħabba l-importanza tagħhom mal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi, il-konsegwenzi sinifikanti li ħruġ diżordinat tar-Renju Unit se jkollu għalihom, u l-impatt negattiv sinifikanti li jirriżulta fuq iċ-ċittadini u l-kumpaniji. Il-Kummissjoni identifikat l-oqsma li ġejjin bħala li huma ta’ importanza partikolari 10 . Il-ħidma f’dawn l-oqsma qed titmexxa 'l quddiem b’ċerta urġenza partikolari.

Ċittadini

Fin-negozjati mar-Renju Unit, l-Unjoni Ewropea poġġiet liċ-ċittadini l-ewwel mill-bidu nett. F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ April 2017, kwistjonijiet marbutin maċ-ċittadini jiffurmaw l-ewwel parti sostantiva tal-abbozz tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Minn dejjem kienet l-intenzjoni tal-Unjoni Ewropea li ċ-ċittadini ma jħallsux il-prezz għall-Brexit. Dan se jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu pożizzjoni ġeneruża f’dak li jikkonċerna d-drittijiet taċ-ċittadini tar-Renju Unit li huma diġà residenti fit-territorju tagħhom 11 .

ØIl-Kummissjoni tqis li perjodi ta’ residenza legali ta’ ċittadini tar-Renju Unit fi Stat Membru tal-EU-27 qabel id-data tal-ħruġ, jenħtieġ li jitqiesu bħala perjodi ta’ residenza legali fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2003/109/KE dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul.

Dan se jgħin liċ-ċittadini tar-Renju Unit li huma residenti fl-EU-27 biex jiksbu status ta’ residenti għat-tul fl-Istat Membru fejn joqogħdu jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa. Dan se jwassal biex huma jirċievu l-istess trattament bħaċ-ċittadini nazzjonali rigward l-aċċess għal impjiegi, edukazzjoni, u benefiċċji soċjali ewlenin. Dan se jippermetti wkoll li jibbenefikaw minn drittijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja u taħt ċerti kundizzjonijiet, jiksbu d-dritt li jkunu residenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.

ØIl-Kummissjoni qiegħda wkoll tassisti lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom fl-oqsma li huma kompetenti fihom, biex jiġi żgurat approċċ koerenti għall-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini. Minħabba l-kobor tal-isfidi amministrattivi li l-awtoritajiet nazzjonali u lokali se jiffaċċjaw, u biex jiġi evitat dewmien amministrattiv, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jaċċettaw li l-applikazzjonijiet għal permessi ta’ residenza jiġu ppreżentati qabel id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit.

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tilqa’ r-riassigurazzjonijiet mill-Prim Ministru May 12 li anki f’xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit jkunu protetti b’modi simili għal dawk deskritti hawn fuq. Il-Kummissjoni issa qiegħda tistenna li din l-assigurazzjoni tiġi fformalizzata dalwaqt sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jiddependu fuqha. L-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni fir-Renju Unit qed jipprovdu l-informazzjoni u jiffaċilitaw il-pariri u l-għarfien legali sabiex iċ-ċittadini tal-EU-27 li huma residenti fir-Renju Unit jiġu megħjuna biex jiżguraw l-istatus ġuridiku tagħhom skont ir-regoli tar-Renju Unit li japplikaw wara l-ħruġ.

Flimkien ma’ din il-Komunikazzjoni, kif imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament dwar il-Viżi 13 . Il-proposta għandha l-għan li tiffaċilita l-moviment ta’ persuni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit billi teżenta liċ-ċittadini tar-Renju Unit mir-rekwiżit tal-viża għal soġġorni qosra fl-Unjoni Ewropea, dment li ċ-ċittadini mill-Istati Membri tal-EU-27 jiġu eżentati b'mod ugwali mir-rekwiżiti tal-viża tar-Renju Unit.

Servizzi finanzjarji 14

Il-ħruġ tar-Renju Unit iwassal għat-telf tad-dritt għal operaturi finanzjarji stabbiliti fir-Renju Unit biex jipprovdu s-servizzi tagħhom fl-Istati Membri tal-EU-27 skont il-passaporti tas-servizzi finanzjarji tal-UE. L-attivitajiet tal-operaturi tal-UE fir-Renju Unit se jkunu soġġetti għal-liġi tar-Renju Unit.

Fl-avviżi tal-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza ta’ tħejjija għax-xenarji kollha possibbli, inkluż ix-xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u l-Bank Ċentrali Ewropew fil-kapaċità tiegħu ta’ superviżur, il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, ħarġu opinjonijiet u gwida estensiva biex jenfasizzaw il-ħtieġa għal tħejjija u biex jiċċaraw l-aspettattivi superviżorji f’każ ta’ rilokazzjoni tan-negozju. Bosta kumpaniji ta’ servizzi finanzjarji ħejjew għal xenarju li fih ir-Renju Unit ma jibqax parti mis-Suq Uniku, pereżempju billi aġġustaw il-kuntratti tagħhom jew irrilokaw l-attivitajiet u l-kapaċitajiet għall-EU-27. Dan it-trasferiment ta’ attivitajiet u l-bini tal-kapaċità fl-EU-27 għadu għaddej u jenħtieġ li jitħaffef, iżda mhux se jkun possibbli li dan jitlesta fil-ħin fl-oqsma kollha sa Marzu 2019. Filwaqt li dan jista’ jikkawża riskji għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni Ewropea, ir-riskji f’dan is-settur marbutin ma’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim naqsu b’mod sinifikanti.

Pereżempju, bosta kumpaniji tal-assigurazzjoni ħadu azzjoni – billi ttrasferixxew kuntratti, stabbilixxew fergħat u sussidjarji jew ingħaqdu ma’ kumpaniji tal-EU-27, biex ikunu f’pożizzjoni li jkomplu jagħtu servizzi lill-klijenti tagħhom. L-awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (European Insurance and Occupational Pensions Authority, EIOPA) qed taħdem mal-awtoritajiet nazzjonali biex jiġu indirizzati r-riskji residwi għal ċerti detenturi ta’ polza tal-EU-27. 15

Kuntratti tad-derivati mhux ikklerjati “konklużi barra l-borża” bejn l-UE u r-Renju Unit, fil-prinċipju, se jibqgħu validi u eżegwibbli sal-maturità. Ma jidhirx li hemm problema ġeneralizzata ta’ twettiq ta’ kuntratti fil-każ ta’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim. Ċerti hekk imsejħa avvenimenti taċ-ċiklu tal-ħajja (pereżempju emendi fil-kuntratti, rifinanzjamenti u novazzjonijiet) jistgħu madankollu f’ċerti każijiet jimplikaw il-ħtieġa għal awtorizzazzjoni jew eżenzjoni, peress li l-kontroparti ma tkunx għadha kumpanija tal-UE. 16 Il-parteċipanti fis-suq huma mħeġġa biex ikomplu jħejju għal din is-sitwazzjoni billi jittrasferixxu l-kuntratti u jkollhom l-awtorizzazzjonijiet rilevanti.

Fl-isfond ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li l-miżuri ta’ kontinġenza jkunu meħtieġa f’dawn iż-żewġ oqsma.

ØFir-rigward ta’ derivati kklerjati, jidher li jista’ jkun hemm riskji għall-istabbiltà finanzjarja f’xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, li jirriżulta minn għeluq diżordinat ta’ pożizzjonijiet ta’ membri tal-ikklirjar tal-UE fil-kontropartijiet ċentrali tar-Renju Unit. Jista’ jkun hemm ukoll riskji potenzjali fir-rigward ta’ ċerti servizzi pprovduti lil operaturi tal-Unjoni minn depożitorji ċentrali tat-titoli tar-Renju Unit, li ma jistgħux jinbidlu fuq medda qasira ta’ żmien. F’dawn l-oqsma, is-sistemi eżistenti ta’ ekwivalenza jipprovdu għodod xierqa, li jistgħu jintużaw malajr. Iż-żmien li baqa’ sat-30 ta’ Marzu 2019 jenħtieġ li jintuża f’dan ir-rigward. Jekk il-Kummissjoni tkun teħtieġ taġixxi, din se tagħmel dan biss sa fejn ikun meħtieġ biex jiġu indirizzati r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja li jirriżultaw minn ħruġ mingħajr ftehim, b’kundizzjonalità stretta u b’durata limitata. Fil-każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza temporanja u kundizzjonali sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda tfixkil fl-ikklirjar ċentrali u fis-servizzi tad-depożitarji 17 . Dawn id-deċiżjonijiet se jiġu kkumplimentati minn rikonoxximent tal-infrastrutturi bbażati fir-Renju Unit, li għalhekk huma mħeġġa biex japplikaw minn qabel għal rikonoxximent mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA).

Fl-aħħar nett, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej huma inkoraġġuti biex iħejju l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni mas-superviżuri tar-Renju unit biex jiġi żgurat li l-iskambju ta’ informazzjoni marbut mal-istituzzjonijiet finanzjarji u atturi jkun possibbli immedjatament wara d-data tal-ħruġ fil-każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim.

Trasport bl-ajru 18

Fil-qasam tat-trasport bl-ajru, il-ħruġ tar-Renju Unit mingħajr xi arranġament fis-seħħ fid-data tal-ħruġ, u mingħajr konklużjoni min-naħa tal-operaturi ta’ arranġamenti alternattivi possibbli u meħtieġa, iwassal għal interruzzjonijiet f’daqqa tat-traffiku tal-ajru bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, minħabba n-nuqqas ta’ drittijiet tat-traffiku u/jew l-invalidità tal-liċenzja operattiva jew ta’ ċertifikati tas-sikurezza tal-avjazzjoni.

ØRigward id-drittijiet tat-traffiku, il-Kummissjoni se tipproponi miżuri biex jiġi żgurat li t-trasportaturi bl-ajru mir-Renju Unit ikollhom permess li jtiru minn fuq it-territorju tal-Unjoni Ewropea, jagħmlu waqfiet tekniċi (pereż. riforniment mingħajr l-imbark / l-iżbark tal-passiġġieri), kif ukoll li jinżlu fl-Unjoni Ewropea u jtiru lura lejn ir-Renju Unit. Dawn il-miżuri jkunu soġġetti għall-kundizzjoni li r-Renju Unit japplika miżuri ekwivalenti għal trasportaturi tal-ajru mill-Unjoni Ewropea.

ØFir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni, għal ċerti prodotti ajrunawtiċi (“ċertifikati tat-tip”) u kumpaniji (“approvazzjonijiet ta’ organizzazzjoni”), l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) se tkun tista' toħroġ ċertifikati biss wara li r-Renju Unit ikun sar pajjiż terz. Il-Kummissjoni se tipproponi miżuri li jiżguraw validità kontinwa ta’ ċertifikati bħal dawn għal perjodu ta’ żmien limitat. Dawn il-miżuri se jkunu soġġetti għall-kundizzjoni li r-Renju Unit japplika miżuri simili. Bl-istess mod, il-Kummissjoni se tipproponi miżuri li jiżguraw li l-partijiet u t-tagħmir imqiegħda fis-suq tal-Unjoni qabel id-data tal-ħruġ abbażi ta’ ċertifikat maħruġ minn persuna ġuridika u fiżika ċċertifikata mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Renju Unit ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw taħt ċerti ċirkostanzi.

ØIl-Kummissjoni se tieħu azzjoni biex tiżgura li l-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom li jtiru mir-Renju Unit fi tranżitu via l-ajruporti tal-EU-27 ikomplu jiġu eżentati mit-tieni skrinjar tas-sigurtà, bl-applikazzjoni tal-hekk imsejħa sistema “Punt Uniku ta’ sigurtà” 19 (One Stop Security).

Dwar ir-rekwiżit fil-liġi tal-UE li t-trasportaturi tal-ajru jridu jkunu proprjetà maġġoritarja u kkontrollati minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi tal-UE, il-Kummissjoni tenfasizza li huwa essenzjali għal kumpaniji li jixtiequ jiġu rikonoxxuti bħala trasportaturi bl-ajru tal-UE li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li fit-30 ta’ Marzu 2019 jissodisfaw dan ir-rekwiżit.

Trasport bit-triq 20

Fir-rigward tat-trasport bit-triq, fil-każ ta’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, mid-data tal-ħruġ, it-trasportaturi tar-Renju Unit ikollhom drittijiet ta’ aċċess għas-suq limitat għall-permessi offruti taħt il-Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport (European Conference of Ministers of Transport, ECMT) li jippermetti konsiderevolment inqas traffiku minn dak li attwalment iseħħ bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Il-liġi attwali tal-Unjoni ma fiha l-ebda mekkaniżmu li jestendi l-liċenzji Komunitarji, li jagħti drittijiet ta’ aċċess usa’ għal trasportaturi tal-merkanzija fl-Unjoni Ewropea.

Dwana 21

Fil-każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim, sad-data ta’ ħruġ, il-merkanzija li tidħol fl-Unjoni Ewropea mir-Renju Unit se tiġi trattata bħala importazzjoni u merkanzija li toħroġ mill-Unjoni Ewropea lejn ir-Renju Unit se tiġi trattata bħala esportazzjoni. Il-leġiżlazzjoni kollha rilevanti tal-UE dwar merkanzija importata u esportata se tapplika, inkluża l-imposta fuq ċerti dazji u taxxi (bħal dazji doganali, taxxa fuq il-valur miżjud u dazji tas-sisa fuq l-importazzjonijiet), f'konformità mal-impenji tal-Unjoni Ewropea skont ir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Se tapplika wkoll il-ħtieġa għal dikjarazzjonijiet doganali li jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet doganali, u l-possibbiltà li jiġu kkontrollati l-konsenji.

ØIl-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ikunu f’pożizzjoni li japplikaw il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u r-regoli rilevanti rigward it-tassazzjoni indiretta fit-30 ta’ Marzu 2019, f’każ ta’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, għall-importazzjonijiet kollha mir-Renju Unit u l-esportazzjonijiet kollha lejn ir-Renju Unit. L-awtoritajiet doganali jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ miżuri ta’ faċilitazzjoni previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, meta l-operaturi ekonomiċi jitolbuhom, u soġġetti li r-rekwiżiti rilevanti jiġu ssodisfati. L-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi u flussi tal-kummerċ mingħajr xkiel se jirrappreżenta pjuttost sfida fl-oqsma tat-traffiku l-iktar dens tal-merkanzija mar-Renju unit. Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex tgħin sabiex jinstabu soluzzjonijiet b’konformità sħiħa mal-qafas legali attwali.

Ir-rekwiżiti sanitarji / fitosanitarji 22

F’xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, mid-data tal-ħruġ, id-dħul ta’ ħafna oġġetti u annimali li kienu soġġetti għal regoli sanitarji u fitosanitarji (SPS) se jkunu pprojbiti sakemm ir-Renju Unit ma jkunx “elenkat” fil-liġi tal-UE bħala pajjiż terz awtorizzat.

ØAbbażi tal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-UE, f’każ li jkun ġustifikat, il-Kummissjoni se “telenka” 23 r-Renju Unit b’mod rapidu, jekk il-kundizzjonijiet kollha applikabbli jiġu ssodisfati, sabiex jiġi permess id-dħul ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali mir-Renju Unit lejn l-Unjoni Ewropea 24 .

Madankollu, anki jekk ir-Renju Unit huwa elenkat, se jkunu meħtieġa kundizzjonijiet stretti fuq l-importazzjoni marbutin mas-saħħa applikati għal pajjiżi terzi, u dawn l-importazzjonijiet se jkollhom jgħaddu minn kontrolli sanitarji u fitosanitarji mill-awtoritajiet tal-Istati Membri f’Postijiet ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera, li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membri. Il-Kummissjoni, meta tapprova Postijiet ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera ġodda jew estiżi fl-Istati Membri tal-EU-27, se tqis il-flessibbiltajiet previsti fil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Data personali 25

Fil-każ ta’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, mid-data tal-ħruġ, it-trasferiment ta’ data personali lejn ir-Renju Unit se jkun soġġett għar-regoli dwar it-trasferimenti internazzjonali b’applikazzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680 għas-settur tal-infurzar tal-liġi u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 26 għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, id-Direttiva 2016/680 u r-Regolament 45/2001 jinkludu għadd ta’ għodod vasti għat-trasferimenti ta’ data lejn pajjiżi terzi. Dawn jinkludu b’mod partikolari l-hekk imsejħa “salvagwardji xierqa” (pereż. il-Klawżoli Kuntrattwali Xierqa approvati tal-Kummissjoni, ir-Regoli Korporattivi Vinkolanti, arranġamenti amministrattivi) li jistgħu jintużaw kemm mis-settur privat kif ukoll mill-awtoritajiet pubbliċi.

Barra minn hekk, it-tliet atti leġiżlattivi msemmijin hawn fuq jinkludu għadd ta’ derogi għal sitwazzjonijiet speċifiċi li jippermettu trasferimenti ta’ data anki fin-nuqqas ta’ salvagwardji xierqa, pereżempju jekk is-suġġett tad-data jagħti l-kunsens espliċitu, għat-twettiq ta’ kuntratt, għall-eżerċizzju ta’ talbiet legali jew għal raġunijiet importanti ta’ interess pubbliku. Dawn huma l-istess għodod li jintużaw ma’ ħafna pajjiżi fid-dinja li għalihom ma teżisti l-ebda deċiżjoni ta’ adegwatezza.

Fl-isfond ta’ dawn l-għażliet disponibbli skont l-atti leġiżlattivi msemmijin, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni xierqa mhijiex parti mill-ippjanar ta' kontinġenza tal-Kummissjoni.

Politika tal-UE dwar il-klima

F’xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, mid-data tal-ħruġ, il-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-UE dwar it-tibdil fil-klima (Negozjar tal-UE tal-Emissjonijiet, gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u oħrajn) jieqfu japplikaw lejn u fir-Renju Unit. Għall-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet, il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib il-funzjonament tajjeb tas-sistema fil-kuntest tal-ħruġ. Il-Kummissjoni se tieħu l-passi meħtieġa biex iżżomm l-integrità ta’ dan il-mekkaniżmu, inkluż permezz tas-sospensjoni temporanja possibbli ta’ rkant u proċessi ta’ allokazzjoni / skambju fil-konfront tar-Renju Unit.

Sabiex tkun salvagwardata l-operazzjoni tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra tas-sistema tal-kwoti fin-nuqqas ta’ Ftehim dwar il-Ħruġ ratifikat sa Marzu 2019, il-kwantitajiet ta’ gassijiet ta’ sustanza mqiegħda legalment mill-kumpaniji tar-Renju Unit fis-suq domestiku tagħhom ma jibqgħux jiġu inklużi fl-allokazzjoni tal-kwoti annwali tal-2019, minħabba li s-suq tal-UE se jkun iżgħar mid-data tal-ħruġ.

ØIl-Kummissjoni se temenda l-valuri ta’ referenza tal-kumpaniji tar-Renju Unit bħala bażi għall-allokazzjoni jew il-kwoti annwali tagħhom għall-2019 għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra bbażati fuq l-attivitajiet tagħhom tal-EU-27 ddikjarati, u b’hekk teskludi l-kwoti bbażati fuq l-attivitajiet tagħhom domestiċi tar-Renju Unit iddikjarati 27 .

6.Il-passi li jmiss dwar il-kontinġenza

In-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit rigward il-Ftehim dwar il-Ħruġ ikomplu u l-Kummissjoni tibqa’ impenjata bis-sħiħ lejn dan il-proċess.

Madankollu, minħabba li d-data tal-ħruġ tar-Renju Unit qed toqrob, issa jeħtieġ li nimxu ’l quddiem fit-tħejjija għall-eżiti kollha possibbli. L-azzjonijiet ta’ kontinġenza deskritti hawn fuq, jeħtieġu koordinazzjoni mill-qrib ħafna fil-livelli kollha: livell tal-Unjoni Ewropea, nazzjonali u lokali, kif ukoll azzjonijiet mill-partijiet ikkonċernati. F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet l-azzjonijiet prinċipali li għandhom jittieħdu f’oqsma essenzjali 28 . 

Il-Kummissjoni tenfasizza li xi miżuri jinvolvu rekwiżiti proċedurali inkompressibbli għall-adozzjoni tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward ta’ atti leġiżlattivi, li għalihom il-Protokolli 1 u 2 għat-Trattati jipprevedu perjodu ta’ tmien ġimgħat għall-konsultazzjoni tal-Parlamenti nazzjonali. Bl-istess mod, l-atti delegati huma soġġetti għal skrutinju obbligatorju mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li ma jistax jiġi aċċellerat fil-każijiet kollha.

L-adozzjoni f’waqtha tal-miżuri leġiżlattivi meħtieġa titlob il-kooperazzjoni sħiħa tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE involuti, sabiex jiġi evitat dewmien minħabba kunsiderazzjonijiet mhux marbutin mal-Brexit.

L-iskedi ta’ żmien minimi għall-atti legali tat-tieni livell, li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, huma deskritti fl-Anness 5.

F’dan l-isfond, il-Kummissjoni beħsiebha:

·Tipproponi l-miżuri leġiżlattivi meħtieġa kollha u tadotta l-atti delegati kollha qabel il-31 ta’ Diċembru 2018.

·Fil-każ ta’ atti leġiżlattivi, dan għandu jippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkollhom iż-żmien meħtieġ biex titlesta l-proċedura leġiżlattiva ordinarja qabel il-plenarja tal-Parlament li jispiċċa f’Marzu 2019, u jeżerċitaw il-funzjonijiet ta’ kontroll għall-atti delegati.

·Tippreżenta l-abbozzi tal-atti ta’ implimentazzjoni kollha meħtieġa għal votazzjoni fil-kumitati kompetenti sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar 2019.

Matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni xierqa fost l-Istati Membri. Għal dan il-għan, il-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill (Artikolu 50) se jorganizza għadd ta’ laqgħat settorjali f’Novembru u Diċembru 2018, li jinvolvu l-koordinaturi tat-tħejjija tal-Brexit tal-Istati Membri tal-EU-27 u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, ara l-Anness 6. Dawn is-seminars ta’ tħejjija se jkunu opportunità biex is-sitwazzjoni attwali ta’ tħejjija tiġi vvalutata b’mod konġunt kif ukoll jiġi determinat fejn tista’ tkun meħtieġa azzjoni addizzjonali mill-partijiet ikkonċernati, l-amministrazzjonijiet nazzjonali u fil-livell tal-UE. Il-Kummissjoni se tieħu sehem fil-laqgħat tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward kwistjonijiet ta’ tħejjija regolarment, kif meħtieġ.

Il-ħtieġa għal approċċ magħqud u kkoordinat mill-Istati Membri EU-27

Il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex jibqgħu magħqudin f’dan il-proċess tal-ħruġ mingħajr preċedent, li jkomplu juru d-determinazzjoni u s-solidarjetà li kkaratterizzaw il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fin-negozjati u jkollhom fiduċja li pjan ta’ kontinġenza kollettiv, skont l-iskeda ta’ żmien proposta u abbażi tal-pjan hawnhekk issuġġerit, se jiġi implimentat. Il-Kummissjoni tfakkar li soluzzjonijiet bilaterali jkunu jew inkompatibbli mat-tqassim tal-kompetenzi fl-Unjoni Ewropea inkella, anki fejn ikunu kompatibbli mad-diviżjoni tal-kompetenzi, jispiċċaw li fl-aħħar mill-aħħar jipperikolaw l-integrità tal-Unjoni Ewropea, b’effetti negattivi għaċ-ċittadini, in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi.

L-abbozz tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jikkostitwixxi l-aħjar għażla għall-ħruġ. Fin-nuqqas ta’ Ftehim dwar il-Ħruġ, l-Unjoni Ewropea se taġixxi biex tipproteġi l-interessi tagħha, u jenħtieġ li tieħu approċċ magħqud u kkoordinat fl-oqsma kollha.

(1)

    https://www.consilium.europa.eu/media/35966/29-euco-art50-conclusions-en.pdf .

(2)

     Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit ressaq in-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li, sakemm ftehim ratifikat dwar il-ħruġ ma jistabbilixxix data oħra jew, f’konformità mal-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew, bi ftehim mar-Renju Unit, jiddeċiedi b’mod unanimu li t-Trattati jieqfu japplikaw f’data iktar tard, il-liġijiet primarji u sekondarji kollha tal-Unjoni jieqfu japplikaw għar-Renju Unit mit-30 ta’ Marzu 2019, 00:00 (CET). F’dan il-mument, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda indikazzjoni li r-Renju Unit jista’ jitlob prolongazzjoni tas-sħubija tiegħu fl-UE.

(3)

     COM(2018) 556 final/2.

(4)

      https://www.consilium.europa.eu/media/35966/29-euco-art50-conclusions-en.pdf  

(5)

      Https://ec.europa.eu/commission/publications/draft-agreement-withdrawal-united-kingdom-great-britain-and-northern-ireland-european-union-and-european-atomic-energy-community-0_en.   https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/draft_agreement_coloured.pdf

(6)

      https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/joint_statement.pdf

(7)

     Ara hawn taħt, it-taqsima dwar iċ-ċittadini.

(8)

Ara t-Taqsima 4.

(9)

Lista sħiħa hija disponibbli fl-Anness 3.

(10)

     Il-lista hija mingħajr preġudizzju għal azzjoni addizzjonali li tista’ tkun meħtieġa fi stadju aktar tard.

(11)

     Għal ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu fl-Istati Membri tal-EU-27 fil-mument tal-ħruġ, l-Istati Membri se jkollhom bżonn jgħaddu u jibagħtu dokumentazzjoni xierqa liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Sabiex jibqgħu jgħixu u jaħdmu fi Stat Membru tal-EU-27, dawn iċ-ċittadini tar-Renju Unit se jeħtieġ li jkollhom permess ta’ residenza, maħruġ mill-awtoritajiet nazzjonali għall-migrazzjoni.

(12)

     https://www.gov.uk/government/news/pm-brexit-negotiations-statement-21-september-2018.

(13)

     COM (2018) 745.

(14)

     L-avviżi tal-partijiet ikkonċernati tal-Kummissjoni ppubblikati f’dan il-qasam jistgħu jinkisbu fuq: https://ec.europa.eu/info/brexit/brexit-preparedness/preparedness-notices_mt#fisma .  

(15)

     Ara wkoll il-Komunikazzjoni tal-EIOPA tal-5 ta’ Novembru 2018, ara https://eiopa.europa.eu/Pages/News/EIOPA-calls-for-immediate-action-to-ensure-service-continuity-in-cross-border-insurance-.aspx.

(16)

     Sabiex jiġi ffaċilitat it-trasferiment ta’ kuntratti fit-tul mal-Unjoni Ewropea, fit-8 ta’ Novembru 2018, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (European Securities and Markets Authority, ESMA) issottomettiet għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni standards tekniċi abbozzati, li jiżguraw li, wara trasferiment, tali kuntratti jibqgħu soġġetti għall-istess trattament regolatorju.

(17)

     Dawn il-miżuri huma soġġetti għal vot favorevoli tal-Istati Membri fil-kumitat kompetenti.

(18)

     L-avviżi tal-partijiet ikkonċernati tal-Kummissjoni ppubblikati f’dan il-qasam jistgħu jinkisbu fuq: https://ec.europa.eu/info/brexit/brexit-preparedness/preparedness-notices_mt#move  

(19)

     Din il-miżura hija soġġetta għal vot favorevoli tal-Istati Membri fil-kumitat kompetenti.

(20)

     L-avviżi tal-partijiet ikkonċernati tal-Kummissjoni ppubblikati f’dan il-qasam jistgħu jinkisbu fuq: https://ec.europa.eu/info/brexit/brexit-preparedness/preparedness-notices_mt#move  

(21)

     L-avviżi tal-partijiet ikkonċernati tal-Kummissjoni ppubblikati f’dan il-qasam jistgħu jinkisbu fuq: https://ec.europa.eu/info/brexit/brexit-preparedness/preparedness-notices_mt#tradetaxud  

(22)

     L-avviżi ppubblikati tal-partijiet ikkonċernati tal-Kummissjoni f’dan il-qasam jistgħu jinkisbu f’dan l-indirizz: https://ec.europa.eu/info/brexit/brexit-preparedness/preparedness-notices_mt#sante  

(23)

     L-“elenkar” huwa soġġett għal vot favorevoli tal-Istati Membri fil-kumitat kompetenti.

(24)

     Il-Kummissjoni tinnota li fl-24 ta’ Settembru 2018, il-Gvern tar-Renju Unit ħareġ notifika ta’ gwida dwar l-“importazzjoni ta’ annimali u prodotti tal-annimali”, fil-każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim Brexit, li tiddikjara li “mhux se jkun hemm bidla fil-jum meta r-Renju Unit joħroġ mill-UE fil-kontrolli attwali tal-importazzjonijiet jew fir-rekwiżiti għal notifiki ta’ importazzjonijiet ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali għal importazzjonijiet diretta mill-UE”.

(25)

     L-avviż ippubblikat tal-partijiet ikkonċernati tal-Kummissjoni f’dan il-qasam jista’ jinkiseb f’dan l-indirizz: https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/data_protection_mt.pdf .

(26)

     Jew l-istrument suċċessur, ladarba jkun daħal fis-seħħ

(27)

     Din il-miżura hija soġġetta għal vot favorevoli tal-Istati Membri fil-kumitat kompetenti.

(28)

     Fl-Anness 4 tingħata ħarsa ġenerali.

Top

Strasburgu, 13.11.2018

COM(2018) 880 final

ANNESSI

tal-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW, LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI U LILL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT

Tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Marzu 2019: Pjan ta’ Azzjoni ta’ Kontinġenza


ANNESS 1

PROPOSTI LEĠIŻLATTIVI

GĦALL-FINIJIET TA’ TĦEJJIJA GĦALL-BREXIT

(Il-progress tal-proċedimenti fit-13 ta’ Novembru 2018)

Qasam ta’ politika

Emendi ġuridiċi proposti

Il-progress tal-proċedimenti

AGRI-TRADE

Kwoti tariffarji

Proposta COM(2018) 312 final adottata fit-22.5.2018.

Ir-Regolament ikun jippermetti t-tqassim tal-kwoti tariffarji bejn l-EU-27 u r-Renju Unit f’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim mal-membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar il-kwoti tariffarji rilevanti. Il-proposta hija akkumpanjata minn proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja TRQs ġodda fid-WTO abbażi tal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT).

Sa issa ma ġie adottat l-ebda mandat mill-Parlament jew mill-Kunsill.

FISMA

Awtorità Bankarja – rilokazzjoni tal-aġenzija

Proposta COM(2017) 734 final adottata fid-29.11.2017.

Il-proposta tikkonferma ċ-ċaqliq tal-Awtorità Bankarja Ewropea minn Londra għal Pariġi.

Adottata fid-9 ta’ Novembru 2018

GROW

Suq intern – approvazzjoni tat-tip

Proposta COM(2018) 397 final adottata fl-4.6.2018. Bis-saħħa ta’ din il-proposta, il-manifatturi li jkollhom approvazzjonijiet tat-tip maħruġa mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tar-Renju Unit se jkunu jistgħu japplikaw għall-istess tipi mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-EU-27.

Il-mandat għall-bidu ta’ diskussjonijiet bejn tliet partijiet ġie adottat mill-Kunsill f’Ottubru 2018.

Il-mandat għall-bidu ta’ diskussjonijiet bejn tliet partijiet mistenni li jiġi adottat mill-Parlament fis-sessjoni plenarja ta’ bejn it-12 u l-15 ta’ Novembru 2018



MOVE

Netwerk trans-Ewropew

Proposta COM(2018) 568 final adottata fl-1.8.2018. Il-proposta tfassal rotta marittima ġdida biex torbot l-Irlanda mal-parti kontinentali tal-kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana-Mediterran.

Sa issa ma ġie adottat l-ebda mandat mill-Parlament jew mill-Kunsill. 

Trasport marittimu

– spezzjonijiet tal-bastimenti

Proposta COM(2018) 567 final adottata fl-1.8.2018.

Il-proposta tindirizza t-trasferiment tar-rwol ta’ “sponsor” tar-Renju Unit lejn Stat Membru tal-EU-27 għall-faċilitazzjoni tal-valutazzjonijiet perjodiċi ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti mwettqa skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

Sa issa ma ġie adottat l-ebda mandat mill-Parlament jew mill-Kunsill. 

SANTE

Prodotti mediċinali

– rilokazzjoni tal-aġenzija

Proposta COM(2017) 735 final adottata fid-29.11.2017. Il-proposta tikkonferma ċ-ċaqliq tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini minn Londra għal Amsterdam.

Adottata fid-9 ta’ Novembru 2018

ENER

Effiċjenza fl-enerġija – miri

Proposta COM(2018) 744 final adottata fit-13.11.2018. Il-proposta temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (COM(2016) 761) u l-Proposta għal Regolament dwar il-Governanza   tal-Unjoni tal-Enerġija (COM(2016) 759 final/2).

HOME

Viżi

Proposta COM(2018) 745 final adottata fit-13.11.2018. Il-proposta temenda r-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom irid jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa.



ANNESS 2

LISTA TAL-MIŻURI TA’ TĦEJJIJA PPJANATI

(għajr il-proposti leġiżlattivi elenkati fl-Anness 1)

Qasam ta’ politika

Tip ta’ att

Azzjoni tal-Kummissjoni

AGRI

Kwoti Tariffarji

Att ta’ implimentazzjoni

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni biex jitqassmu l-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni

Kwoti Tariffarji

Att ta’ implimentazzjoni

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jimmodifika l-kwantitajiet għal kull kwota tariffarja ġestita f’ordni kronoloġika tar-rikjesti

Kwoti Tariffarji

Att ta’ implimentazzjoni

Att ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jimmodifika l-kwantitajiet għal kull kwota tariffarja ġestita mil-liċenzji kkonċernati u għall-istabbiliment ta’ regoli tranżitorji

Programm ta’ Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità (POSEI)

Att ta’ implimentazzjoni

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jimmodifika l-Annessi minn II sa VI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 180/2014 biex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-flussi kummerċjali bejn ir-reġjuni l-iktar imbiegħda tal-UE u r-Renju Unit

CLIMA

Gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra

Att ta’ implimentazzjoni

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1191/2014 għar-rapportar separat (EU-27/Renju Unit) tal-bejgħ ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra

Skema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet

Att delegat

Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) 389/2013 rigward l-immarkar ta’ ċertifikati tar-Renju Unit

Skema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet – avjazzjoni

Att awtonomu tal-Kummissjoni

Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 748/2009 biex ir-rwoli tal-Istat Membru amministrattiv jiġu attribwiti mill-ġdid jekk dan ir-rwol huwa attwalment miżmum mir-Renju Unit

STATISTICS

Statistika dwar il-bilanċ tal-pagamenti

Att delegat

Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament 184/2005 biex tiġi aġġornata l-kompożizzjoni tal-aggregati tal-UE

Statistika dwar it-turiżmu

Att delegat

Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament 692/2011 dwar ir-rapportar u l-preżentazzjoni tal-istatistiki dwar it-turiżmu

GROW

Politika kummerċjali komuni

Deċiżjoni tal-Kunsill

Proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar l-Akkwisti Pubbliċi dwar l-adeżjoni tar-Renju Unit għall-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi

Galileo

Att ta’ implimentazzjoni

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni 2016/413 biex l-istazzjonijiet tal-art li attwalment jinsabu fil-Gżejjer Falkland u Ascension jiġu rilokati

RESEARCH

Konsorzji għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka

Att ta’
implimentazzjoni

Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemendaw id-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-Konsorzji għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERICs) fir-rigward ta’ kwartieri ġenerali li bħalissa jinsabu fir-Renju Unit

SANTE

Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem

Atti ta’ implimentazzjoni

Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemendaw l-awtorizzazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għal prodotti mediċinali għall-aġġornament tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, jekk il-funzjonijiet li fil-preżent qed jiġu eżerċitati fir-Renju Unit iridu jiġu eżerċitati fl-UE

Prodotti mediċinali veterinarji

Atti ta’ implimentazzjoni

Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemendaw l-awtorizzazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għal prodotti mediċinali veterinarji għall-aġġornament tal-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, jekk il-funzjonijiet li fil-preżent qed jiġu eżerċitati fir-Renju Unit iridu jiġu eżerċitati fl-UE

OĠM

Atti ta’ implimentazzjoni

Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemendaw l-awtorizzazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat, jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni huwa attwalment stabbilit fir-Renju Unit

Prodotti bijoċidali

Att delegat

Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament 1062/2014 biex ir-rwol tal-awtorità tal-evalwazzjoni kompetenti jiġi attribwit mill-ġdid, jekk attwalment ir-Renju Unit qed jaqdi dan ir-rwol

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

Att ta’ implimentazzjoni

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 686/2012 biex ir-rwol tal-Istat Membru relatur jiġi attribwit mill-ġdid, jekk attwalment ir-Renju Unit qed jaqdi dan ir-rwol

Addittivi fl-għalf

Atti ta’ implimentazzjoni

Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemendaw l-awtorizzazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għall-addittivi fl-għalf, jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni huwa attwalment stabbilit fir-Renju Unit



ANNESS 3

LISTA TAL-AVVIŻI FORMALI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARTIJIET IKKONĊERNATI

Avviżi ta’ tħejjija għall-Brexit ippubblikati mis-servizzi tal-Kummissjoni skont is-suġġett 1

(is-sitwazzjoni fit-13 ta’ Novembru 2018)

Suġġett

BENI

1

Prodotti industrijali

2

Prodotti mediċinali (għall-użu mill-bniedem / veterinarji)

3

Mistoqsijiet u tweġibiet dwar prodotti mediċinali

4

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

5

Mistoqsijiet u tweġibiet dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u residwi tal-pestiċidi

6

Prodotti bijoċidali

7

Mistoqsijiet u tweġibiet dwar prodotti bijoċidali

8

Vetturi awtopropulsivi

9

Vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, vetturi b’żewġ roti jew tliet roti u kwadriċikli, makkinarju mobbli mhux tat-triq

10

Sustanzi kimiċi industrijali (REACH) (ippubblikati mill-ECHA)

11

Deterġenti

12

Fertilizzanti

13

Oġġetti pirotekniċi

14

Splussivi għal użu ċivili

15

Ekotikketta

16

Skart

IKEL, GĦALF, PJANTI, KWISTJONIJIET VETERINARJI

17

Produzzjoni tal-ikel u organika

18

Għalf tal-annimali

19

OĠM

20

Ilmijiet minerali naturali

21

Materjal riproduttiv tal-pjanti

22

Tnissil tal-annimali / żooteknika

23

Saħħa tal-annimali

24

Saħħa tal-pjanti

DAZJI U TASSAZZJONI INDIRETTA, LIĊENZJI TAL-IMPORTAZZJONI / TAL-ESPORTAZZJONI

25

VAT, sisa, dazji

26

Regoli ta’ oriġini

27

VAT

28

Liċenzji tal-importazzjoni / tal-esportazzjoni

29

Kampjun ta’ speċi fil-periklu (CITES)

30

Importazzjoni tal-injam

31

Infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali mill-awtoritajiet doganali

SERVIZZI FINANZJARJI

32

Awditjar statutorju

33

Aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu

34

Immaniġġjar ta’ assi

35

Proċessar ta’ wara n-negozjar

36

Servizzi ta’ investiment

37

Servizzi bankarji u ta’ pagament

38

(Ri)assikurazzjoni

39

Istituzzjonijiet ta’ rtirar okkupazzjonali

ĠUSTIZZJA ĊIVILI, DRITT TAL-KUMPANIJI, PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR, PROTEZZJONI TAD-DATA

40

Protezzjoni ta’ data personali

41

Dritt tal-kumpaniji

42

Dritt internazzjonali privat

43

Protezzjoni tal-konsumatur u drittijiet tal-passiġġieri

PROPRJETÀ INTELLETTWALI

44

Trademarks u disinji komunitarji

45

Varjetajiet ta’ pjanti

46

Drittijiet tal-awtur

47

Ċertifikat supplimentari ta’ protezzjoni

KWALIFIKI PROFESSJONALI

48

Kwalifiki professjonali

49

Kwalifiki tal-persunal tal-biċċeriji

50

Kwalifiki tat-trasportaturi tal-annimali

51

Kwalifiki tal-baħħara

TRASPORT

52

Trasport bl-ajru (aċċess)

53

Sikurezza tal-avjazzjoni

54

Sigurtà tal-avjazzjoni u marittima

55

Trasport bit-triq

56

Trasport marittimu (aċċess u sikurezza)

57

Trasport bil-ferrovija

58

Trasport f’ilma navigabbli intern

SETTUR DIĠITALI

59

Ismijiet ta’ dominju tal-ogħla livell b'.eu

60

Kummerċ elettroniku (servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni)

61

Telekomunikazzjoni

62

Servizzi tal-midja awdjoviżiva

63

eIDAS / servizzi fiduċjarji

64

Sigurtà tan-netwerk

65

Imblukkar ġeografiku

ENERĠIJA

66

Kwistjonijiet relatati mal-Euratom

67

Suq tal-elettriku u tal-gass

68

Garanziji tal-oriġini

OĦRAJN

69

Sustanzi ta’ oriġini umana

70

Provi kliniċi

71

Akkwist pubbliku

72

Skema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali tal-UE (EMAS)

73

Riċiklaġġ tal-vapuri

74

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

75

Acquis tas-sajd

76

Kunsilli Ewropej tax-Xogħlijiet

77

Sigurtà industrijali (EUCI)

78

Vjaġġar bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit

ANNESS 4

AZZJONIJIET TA’ KONTINĠENZA TAL-KUMMISSJONI

AZZJONIJIET

ØIl-Kummissjoni tqis li perjodi ta’ residenza legali ta’ ċittadini tar-Renju Unit fi Stat Membru tal-EU-27 qabel id-data tal-ħruġ, jenħtieġ li jitqiesu bħala perjodi ta’ residenza legali fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2003/109/KE dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul.

ØIl-Kummissjoni qiegħda wkoll tassisti lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom fl-oqsma li huma kompetenti fihom, biex jiġi żgurat approċċ koerenti għall-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini. Minħabba l-kobor tal-isfidi amministrattivi li l-awtoritajiet nazzjonali u lokali se jiffaċċjaw, u biex jiġi evitat dewmien amministrattiv, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jaċċettaw li l-applikazzjonijiet għal permessi ta’ residenza jiġu ppreżentati qabel id-data tal-ħruġ tar-Renju Unit.

ØFir-rigward ta’ derivattivi kklerjati, jidher li jista’ jkun hemm riskji għall-istabbiltà finanzjarja f’xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, li jirriżulta minn għeluq diżordinat ta’ pożizzjonijiet ta’ membri tal-ikklirjar tal-UE fil-kontropartijiet ċentrali tar-Renju Unit. Jista’ jkun hemm ukoll riskji potenzjali fir-rigward ta’ ċerti servizzi pprovduti lil operaturi tal-Unjoni minn depożitorji ċentrali tat-titoli tar-Renju Unit, li ma jistgħux jinbidlu fuq medda qasira ta’ żmien. F’dawn l-oqsma, is-sistemi eżistenti ta’ ekwivalenza jipprovdu għodod xierqa, li jistgħu jintużaw malajr. Iż-żmien li baqa’ sat-30 ta’ Marzu 2019 jenħtieġ li jintuża f’dan ir-rigward. Jekk il-Kummissjoni tkun teħtieġ taġixxi, din se tagħmel dan biss sa fejn ikun meħtieġ biex jiġu indirizzati r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja li jirriżultaw minn ħruġ mingħajr ftehim, b’kundizzjonalità stretta u b’durata limitata. Fil-każ li ma jintlaħaq l-ebda ftehim, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza temporanja u kundizzjonali sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda tfixkil fl-ikklirjar ċentrali u fis-servizzi tad-depożitarji.

ØRigward id-drittijiet tat-traffiku, il-Kummissjoni se tipproponi miżuri biex jiġi żgurat li t-trasportaturi bl-ajru mir-Renju Unit ikollhom permess li jtiru minn fuq it-territorju tal-Unjoni Ewropea, jagħmlu waqfiet tekniċi (pereż. riforniment mingħajr l-imbark / l-iżbark tal-passiġġieri), kif ukoll li jinżlu fl-Unjoni Ewropea u jtiru lura lejn ir-Renju Unit. Dawn il-miżuri jkunu soġġetti għall-kundizzjoni li r-Renju Unit japplika miżuri ekwivalenti għal trasportaturi tal-ajru mill-Unjoni Ewropea.

ØFir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni, għal ċerti prodotti ajrunawtiċi (“ċertifikati tat-tip”) u kumpaniji (“approvazzjonijiet ta’ organizzazzjoni”), l-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) se tkun tista' toħroġ ċertifikati biss wara li r-Renju Unit ikun sar pajjiż terz. Il-Kummissjoni se tipproponi miżuri li jiżguraw validità kontinwa ta’ ċertifikati bħal dawn għal perjodu ta’ żmien limitat. Dawn il-miżuri se jkunu soġġetti għall-kundizzjoni li r-Renju Unit japplika miżuri simili. Bl-istess mod, il-Kummissjoni se tipproponi miżuri li jiżguraw li l-partijiet u t-tagħmir imqiegħda fis-suq tal-Unjoni qabel id-data tal-ħruġ abbażi ta’ ċertifikat maħruġ minn persuna ġuridika u fiżika ċċertifikata mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Renju Unit ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw taħt ċerti ċirkostanzi. Il-Kummissjoni stiednet lill-EASA biex tibda tipproċessa ċerti applikazzjonijiet minn entitajiet tar-Renju Unit, bħala tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit.

ØIl-Kummissjoni se tieħu azzjoni biex tiżgura li l-passiġġieri u l-bagalji tal-kabina tagħhom li jtiru mir-Renju Unit fi tranżitu via l-ajruporti tal-EU-27 ikomplu jiġu eżentati mit-tieni skrinjar tas-sigurtà, bl-applikazzjoni tal-hekk imsejħa sistema “Punt Uniku ta’ sigurtà”.

ØIl-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex ikunu f’pożizzjoni li japplikaw il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u r-regoli rilevanti rigward it-tassazzjoni indiretta fit-30 ta’ Marzu 2019, f’każ ta’ xenarju fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim, għall-importazzjonijiet kollha mir-Renju Unit u l-esportazzjonijiet kollha lejn ir-Renju Unit. L-awtoritajiet doganali jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ miżuri ta’ faċilitazzjoni previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, meta l-operaturi ekonomiċi jitolbuhom, u soġġetti li r-rekwiżiti rilevanti jiġu ssodisfati. L-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi u flussi tal-kummerċ mingħajr xkiel se jirrappreżenta pjuttost sfida fl-oqsma tat-traffiku l-iktar dens tal-merkanzija mar-Renju unit. Il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex tgħin sabiex jinstabu soluzzjonijiet b’konformità sħiħa mal-qafas legali attwali.

ØAbbażi tal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-UE, f’każ li jkun ġustifikat, il-Kummissjoni se “telenka” r-Renju Unit b’mod rapidu, jekk il-kundizzjonijiet kollha applikabbli jiġu ssodisfati, sabiex jiġi permess id-dħul ta’ annimali ħajjin u prodotti tal-annimali mir-Renju Unit lejn l-Unjoni Ewropea.

ØIl-Kummissjoni se temenda l-valuri referenzjarji tal-kumpaniji tar-Renju Unit bħala bażi għall-allokazzjoni tal-kwoti tagħhom għall-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra għas-sena 2019, abbażi tal-attivitajiet tagħhom iddikjarati fl-EU-27 u b’hekk se jiġu esklużi l-kwoti bbażati fuq l-attivitajiet domestiċi tagħhom iddikjarati fir-Renju Unit.



ANNESS 5

QAFAS TEMPORALI MINIMU MEĦTIEĠ GĦALL-ADOZZJONI TA’ ATTI LEGALI TAT-TIENI LIVELL

Atti ta’ implimentazzjoni

Proċedura normali: madwar xahar

Pass Nru 1: is-sottomissjoni ta’ abbozz ta’ att lill-kumitat rilevanti u votazzjoni — l-abbozz irid jiġi sottomess mhux inqas minn 14-il jum qabel il-votazzjoni (f’każijiet ta’ urġenza estrema biss huma possibbli inqas minn ħamest ijiem)

Pass Nru 2: l-adozzjoni mill-Kummissjoni

Pass Nru 3: il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul fis-seħħ sat-30 ta’ Marzu 2019

Proċedura ta’ urġenza (jekk stipulata mill-att bażiku): mill-inqas jumejn

Pass Nru 1: l-adozzjoni mill-Kummissjoni (konsultazzjoni u votazzjoni preċedenti mill-kumitat rilevanti mhumiex meħtieġa)

Pass Nru 2: il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul fis-seħħ sat-30 ta’ Marzu 2019

Pass Nru 3: it-tħassir ex post f’każ ta’ vot kontra fil-kumitat

Atti delegati

Proċedura normali: madwar tliet xhur

Pass Nru 1: il-konsultazzjoni tal-esperti tal-Istati Membri dwar l-abbozz ta’ att (bejn tnejn u tliet ġimgħat, tista’ tkun iqsar f’każijiet debitament ġustifikati)

Pass Nru 2: l-adozzjoni mill-Kummissjoni

Pass Nru 3: l-iskrutinju mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill — normalment xahrejn (jista’ jdum ħafna inqas fil-prattika f’każ li mill-bidu ma jkunx hemm oġġezzjoni, iżda jista’ wkoll ikun imtawwal)

Pass Nru 4: il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul fis-seħħ sat-30 ta’ Marzu 2019

Proċedura ta’ urġenza (jekk stipulata mill-att bażiku): mill-inqas tlett ijiem

Pass Nru 1: il-konsultazzjoni tal-esperti tal-Istati Membri dwar l-abbozz ta’ att

Pass Nru 2: l-adozzjoni mill-Kummissjoni

Pass Nru 3: il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul fis-seħħ sat-30 ta’ Marzu 2019

Pass Nru 4: hija possibbli oġġezzjoni ex post mill-Parlament u l-Kunsill



Proċedura regolatorja bi skrutinju

Proċedura normali: madwar erba’ xhur

Pass Nru 1: is-sottomissjoni ta’ abbozz ta’ att lill-kumitat u votazzjoni — l-abbozz irid jiġi sottomess mhux inqas minn 14-il jum qabel il-votazzjoni (f’każijiet ta’ urġenza estrema biss huma possibbli inqas minn ħamest ijiem)

Pass Nru 2: l-iskrutinju mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill — tliet xhur (jista’ jdum ħafna inqas fil-prattika f’każ li mill-bidu ma jkunx hemm oġġezzjoni)

Pass Nru 3: l-adozzjoni mill-Kummissjoni

Pass Nru 4: il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul fis-seħħ sat-30 ta’ Marzu 2019

Proċedura ta’ urġenza (jekk stipulata mill-att bażiku): mill-inqas tlett ijiem

Pass Nru 1: is-sottomissjoni ta’ abbozz ta’ att lill-kumitat u votazzjoni

Pass Nru 2: l-adozzjoni mill-Kummissjoni

Pass Nru 3: il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u d-dħul fis-seħħ sat-30 ta’ Marzu 2019

Pass Nru 4: hija possibbli oġġezzjoni ex post mill-Parlament u l-Kunsill



ANNESS 6

LISTA TAS-SEMINARS TA’ TĦEJJIJA SETTORJALI MAL-ISTATI MEMBRI TAL-EU-27

Data

Suġġett

15 ta’ Novembru

·Servizzi finanzjarji

22 ta’ Novembru

·Trasport bl-ajru

·

·Modi oħra ta trasport (bit-triq; bil-ferrovija; marittimu; passaġġi fuq l-ilma intern)

27 ta’ Novembru

·Ċittadini, koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali u kontrolli fil-fruntieri

·Kwalifiki professjonali; proprjetà intellettwali; ġustizzja ċivili; dritt tal-kumpaniji; protezzjoni tal-konsumatur; protezzjoni ta data personali

Mid-29/11 sas-6/12

(id-data eżatta trid tiġi kkonfermata)

·Laqgħa mal-koordinaturi tat-tħejjija għall-Brexit

6 ta’ Diċembru

·Rekwiżiti sanitarji u fitosanitarji

·Dazji u liċenzji tal-importazzjoni / tal-esportazzjoni

·Tassazzjoni indiretta / tassazzjoni diretta

12 ta’ Diċembru

·Sajd, klima, ambjent

·Prodotti industrijali (inkluż prodotti mediċinali); provi kliniċi; sustanzi ta oriġini umana

20 ta’ Diċembru

·Kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fmaterji kriminali; ftehimiet internazzjonali

·Baġit tal-Unjoni; aspetti oħra (settur diġital u telekomunikazzjonijiet, akkwist pubbliku, protezzjoni konsulari, enerġija eċċ.)

(1)

     L-avviżi formali huma ppubblikati fuq il-paġna web li ġejja: https://ec.europa.eu/info/brexit/brexit-preparedness/preparedness-notices_mt

Top