Mur għall-kontenut ewlieni

It-tqegħid fil-prattika tar-rakkomandazzjonijiet

Il-gvernijiet nazzjonali jinkorporaw ir-rakkomandazzjonijiet fil-pjanijiet ta’ riforma u fil-baġits nazzjonali tagħhom għas-sena ta’ wara.

Il-bażi tad-data tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSR) hija l-għodda ewlenija għar-reġistrazzjoni u l-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni tas-CSRs. Is-CSRs kollha adottati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew mill-2011 huma rreġistrati fil-bażi tad-data, kif ukoll il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tagħhom matul iż-żmien.

Għall-pajjiżi taż-żona tal-euro, il-monitoraġġ tal-baġit jintensifika fil-ħarifa. Il-gvernijiet nazzjonali jridu jissottomettu l-abbozz tal-pjanijiet baġitarji tagħhom għas-sena ta’ wara sal-15 ta’ Ottubru.

Il-Kummissjoni tivvaluta dawn il-pjanijiet skont ir-rekwiżiti tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Il-Kummissjoni toħroġ opinjoni dwar kull pjan f’Novembru, biex il-gwida tagħha tkun tista’ titqies meta jiġu finalizzati l-baġits nazzjonali.

Il-Ministri tal-Finanzi/Ekonomija taż-żona tal-euro jiddiskutu l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-pjanijiet fil-Grupp tal-Euro.