Kuntratti diġitali għall-Ewropa
Ix-xiri online jista’ jkun rapidu u rħis għall-konsumaturi. Madankollu, meta jinqalgħu l-problemi, il-konsumaturi ta’ spiss ma jkunux konxji tad-drittijiet tagħhom.
Biex jiġu solvuti dawn il-problemi, il-Kummissjoni Ewropea adottat żewġ proposti importanti. Proposta waħda tikkonċerna regoli kuntrattwali dwar il-provvista ta’ kontenut diġitali (eż. streaming tal-mużika) u proposta oħra tirrigwarda regoli kuntrattwali dwar il-bejgħ online tal-oġġetti (eż. xiri ta’ kamera online).
Dawn il-proposti se jipprovdu l-istess sett ta’ regoli għat-28 pajjiż kollha tal-UE.
Sitwazzjoni Attwali
Il-proposti tal-kuntratti diġitali ġew adottati mill-Kummissjoni f’Diċembru 2015 u bħalissa qed jiġu negozjati mill-koleġiżlaturi.
Fit-8 ta’ Ġunju 2017, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar il-proposta għal direttiva dwar regoli kuntrattwali dwar il-provvista ta’ kontenut diġitali.
Il-Parlament Ewropew qed ikompli l-ħidma tiegħu fuq il-proposta għal direttiva dwar regoli kuntrattwali dwar il-provvista ta’ kontenut diġitali (aktar informazzjoni dwar il-proċedura li għaddejja bħalissa) u dwar il-proposta għal direttiva dwar regoli kuntrattwali għall-bejgħ online u bejgħ mill-bogħod ieħor ta’ oġġetti (aktar informazzjoni dwar il-proċedura li għaddejja bħalissa).
In-negozjati bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew se jibdew meta ż-żewġ istituzzjonijiet jadottaw il-pożizzjonijiet tagħhom.
Xiri ta’ kontenut diġitali
Kontenut diġitali jirreferi għal prodotti bħal vidjows, mużika, software jew avvenimenti sportivi fi streaming dirett. Problemi li jistgħu jirriżultaw minn xiri online ta’ dawn il-prodotti jinkludu
- l-iddawnlowdjar ta’ mużika li ma kienx se jirnexxilek tismagħha fuq l-apparat tiegħek
- ix-xiri ta’ software li f’daqqa waħda jieqaf jaħdem
Xiri u bejgħ ta’ oġġetti online
Għal bejgħ ta’ oġġetti online, hemm ukoll differenzi legali bejn il-pajjiżi tal-UE li jżommu lin-negozji u lill-konsumaturi milli jbigħu u jixtru bejn il-fruntieri. Dawn id-differenzi jinkludu d-drittijiet tal-konsumatur meta l-oġġetti jkunu difettużi.
B’riżultat ta’ dan, in-negozji jridu l-ħin u jonfqu l-flus sabiex isiru jafu dwar drittijiet kuntrattwali barranin tal-konsumatur meta jbigħu bejn il-fruntieri u biex jadattaw il-kuntratti skont dan.
Ħafna mill-preokkupazzjonijiet ewlenin tal-konsumaturi dwar ix-xiri online huma dwar id-drittijiet kuntrattwali: li mhumiex jirċievu l-ordni tagħhom, li qed jaslilhom prodott żbaljat jew bil-ħsara jew li jsewwu jew jibdlu prodott difettuż.
Armonizzazzjoni ta’ regoli għax-xiri ta’ kontenut diġitali
M’hemmx regoli mal-UE kollha għal kontenut diġitali difettuż. Xi pajjiżi tal-UE diġà bdew ifasslu l-leġiżlazzjoni tagħhom stess. Aħna għandna nevitaw li jkollna 28 sett differenti ta’ regoli għal kontenut diġitali mibjugħ online.
Biex suq uniku diġitali reali jrabbi l-għeruq, sett uniku ta’ regoli se jkunu qed iġibu ċertezza legali u b’hekk jgħinu lin-negozji jespandu l-attivitajiet tagħhom lejn swieq barranin filwaqt li jagħtu lill-konsumaturi fiduċja biex jilqgħu l-benefiċċji tas-suq uniku diġitali.
Regoli armonizzati għall-prodotti ta’ kontenut diġitali se jnaqqsu l-ispejjeż għan-negozjanti u jħeġġuhom jespandu lil hinn mill-fruntieri. Dawn mhux se jkollhom aktar bżonn li jittrattaw id-differenzi tal-liġi kuntrattwali f’kull pajjiż tal-UE li jixtiequ jbigħu fih. Il-konsumaturi se jkunu jafu x’jistgħu jistennew meta jixtru kontenut diġitali online, u li jkollhom drittijiet jekk il-prodott ikun difettuż.
Fatti u ċifri
- In-nies ma jixtrux minn siti web f’pajjiżi oħrajn għax ma jafdawx li dan se jaħdem
- tal-anqas 70 miljun konsumatur esperjenzaw problema waħda jew aktar b’erba’ tipi biss ta’ kontenut diġitali popolari (mużika, antivirus, logħob u cloud storage) matul l-aħħar 12-il xahar
- 10% biss tal-konsumaturi li esperjenzaw problemi rċevew rimedji. B’riżultat ta’ dawn il-problemi mhux solvuti, il-konsumaturi fl-UE sofrew dannu finanzjarju u mhux finanzjarju stmat bejn €9 - €11-il biljun.
- in-negozjanti ma jbigħux għax jaqtgħu qalbhom minn kumplessità legali. Il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali huma maqsumin f’kategoriji b’mod differenti minn pajjiż għal ieħor, jew bħala kuntratti ta’ bejgħ, kuntratti ta’ servizzi jew kuntratti ta’ kiri. B’konsegwenza, ir-rimedji għall-konsumaturi, ivarjaw bejn il-pajjiżi
- 15% biss tal-konsumaturi tal-UE jixtru online minn pajjiżi oħrajn tal-UE, filwaqt li kważi tliet darbiet aktar (44%) jixtru online f’pajjiżhom
- 12% biss tal-bejjiegħa bl-imnut tal-UE jbigħu online lill-konsumaturi f’pajjiżi oħrajn tal-UE, filwaqt li tliet darbiet aktar (37%) jbigħu online f’pajjiżhom stess
Effetti previsti ta’ regoli armonizzati
Bħala riżultat tat-tneħħija ta’ ostakoli relatati mal-liġi kuntrattwali, huwa stmat li
- tal-anqas aktar minn 122, 000 negozju se jibdew ibigħu online lejn pajjiżi oħrajn tal-UE
- bejn 8 u 13-il miljun konsumatur addizzjonali jibdew jixtru online minn pajjiżi oħrajn tal-UE
- il-PDG tal-UE se jiżdied b’€4 biljun mil-livell kurrenti tiegħu
- iż-żieda fil-kompetizzjoni se twassal biex jonqsu l-prezzijiet għall-konsumatur fl-UE. Dan se jwassal għal benessri addizzjonali tal-konsumatur u hu stmat li se jiżdied il-konsum domestiku fl-UE bi €18-il biljun mil-livell kurrenti tiegħu
Dokumenti
Skedi informattivi
Skedi informattivi speċifiċi għal kull pajjiż
- IddawnlowdjaDeutsch(1.01 MB - PDF)
- IddawnlowdjaDeutsch(1.04 MB - PDF)
- Iddawnlowdjafrançais(987.47 KB - PDF)
- IddawnlowdjaNederlands(988.98 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaбългарски(855.02 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaελληνικά(1.1 MB - PDF)
- Iddawnlowdjačeština(845.8 KB - PDF)
- IddawnlowdjaDeutsch(991.99 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaeesti(854.8 KB - PDF)
- Iddawnlowdjadansk(847.6 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaελληνικά(1.1 MB - PDF)
- Iddawnlowdjaespañol(848.94 KB - PDF)
- Iddawnlowdjasuomi(1009.5 KB - PDF)
- Iddawnlowdjasvenska(385.7 KB - PDF)
- Iddawnlowdjafrançais(992.58 KB - PDF)
- Iddawnlowdjafrançais(859.76 KB - PDF)
- Iddawnlowdjamagyar(878.57 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaitaliano(852.95 KB - PDF)
- Iddawnlowdjalietuvių(983.28 KB - PDF)
- Iddawnlowdjalatviešu(852.31 KB - PDF)
- IddawnlowdjaDeutsch(991.09 KB - PDF)
- Iddawnlowdjafrançais(991.4 KB - PDF)
- IddawnlowdjaEnglish(983.11 KB - PDF)
- IddawnlowdjaNederlands(988.59 KB - PDF)