Strateġija
Fl-2010, il-Kummissjoni Ewropea adottat strateġija biex timmonitorja u tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tad-drittijiet u l-libertajiet minquxa fil-Karta. L-istrateġija għandha 3 objettivi ewlenin:
- il-garanzija li d-drittijiet u l-prinċipji tal-Karta jitqiesu b’mod korrett f’kull stadju tal-proċess leġiżlattiv
- it-titjib tal-fehim taċ-ċittadini tal-UE dwar il-protezzjoni fi ħdan l-UE
- il-monitoraġġ tal-progress tal-applikazzjoni tal-Karta permezz tar-rapporti annwali.
Proposti leġiżlattivi ġodda
Il-proposti kollha għal-leġiżlazzjoni tal-UE għandhom jirrispettaw il-Karta. Għaldaqstant il-Kummissjoni saħħet il-valutazzjoni tagħha dwar l-impatt ta' proposti ġodda ta' leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet fundamentali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni Ewropea adottat sett ta’ linji gwida dwar id-drittijiet fundamentali fil-valutazzjoni tal-impatt.
Mill-2015 ’l hawn, il-pakkett għal regolamentazzjoni aħjar jinkludi wkoll lista ta’ kontroll speċifika għall-valutazzjonijiet tal-impatt.
Il-Kummissjoni Ewropea tuża din il-lista ta’ kontroll biex tidentifika liema drittijiet fundamentali jistgħu jiġu affettwati minn proposta u tivvaluta b’mod sistematiku l-impatt ta’ kull opzjoni ta’ politika prevista fuq dawn id-drittijiet.
Matul il-proċess leġiżlattiv, il-Kummissjoni Ewropea taħdem mal-koleġiżlaturi biex tiżgura li l-liġi tal-UE tkun konformi mal-Karta.
Lista ta’ kontroll tad-Drittijiet Fundamentali
Proġetti
Il-proġett Ch@rter Click! iffinanzjat mill-UE ħoloq sett ta’ għodod prattiċi, lista ta’ kontroll u tutorial, maħsuba biex jassistu lill-vittmi ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali, l-avukati, l-imħallfin nazzjonali, l-ombudspersons, il-korpi tal-ugwaljanza u istituzzjonijiet nazzjonali oħra tad-drittijiet tal-bniedem fid-determinazzjoni jekk il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tistax tipprovdi protezzjoni f’każ speċifiku.
Ch@rter Click! - lista ta’ kontroll
Il-Karta u l-liġi nazzjonali
Il-Karta ma tistabbilixxix setgħa ġenerali għall-Kummissjoni Ewropea biex tintervjeni fil-qasam tad-drittijiet fundamentali. Tista’ tintervjeni biss meta l-liġi tal-UE tkun applikabbli (pereżempju, meta l-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi adottata jew meta miżura nazzjonali tapplika l-liġi tal-UE b’mod inkompatibbli mal-Karta).
Il-pajjiżi tal-UE għandhom is-sistemi tagħhom stess għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali permezz ta’ kostituzzjonijiet u qrati nazzjonali. Huma għandhom ukoll jirrispettaw l-obbligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, bħall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-Karta mhijiex sostitut għal dawn. Għalhekk, hu f’idejn il-qrati nazzjonali li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet fundamentali.
New legislative proposals
All proposals for EU legislation must respect the Charter. The Commission therefore reinforced its assessment of the impact of new legislative proposals on fundamental rights. In particular, the European Commission adopted a set of guidelines on fundamental rights in impact assessments.
As of 2015, the new better regulation package also includes a specific check list for impact assessments.
The European Commission uses this checklist to identify which fundamental rights could be affected by a proposal and systematically assesses the impact of each envisaged policy option on these rights.
During the legislative process, the European Commission works with co-legislators to ensure that EU law is in line with the Charter.
Projects
The EU funded Ch@rter Click! project has created a practical toolkit, a checklist and tutorial, aimed to assist victims of fundamental rights violations, lawyers, national judges, ombudspersons, equality bodies and other national human rights institutions in determining whether the Charter of Fundamental Rights of European Union can provide protection in a specific case.
The charter and national law
The Charter does not establish a general power for the European Commission to intervene in the area of fundamental rights. It can intervene only when EU law comes into play (for example, when EU legislation is adopted or when a national measure applies EU law in a manner incompatible with the Charter).
EU countries have their own systems for protecting fundamental rights through national constitutions and courts. They also have to respect their international human rights obligations, such as the European Convention of Human Rights. The Charter is not a replacement for them. Therefore, it is up to the national courts to ensure respect for fundamental rights.