Mur għall-kontenut ewlieni
Vertical and horizontal screens on a wall displaying photos of different people, with a screen in the shape of the Berlaymont building in the back corner.
Ċentru tal-wirja Experience Europe

Perspettiva unika dwar l-Ewropa

Dwar Experience Europe

Experience Europe hi l-wirja permanenti fi Brussell fejn tista’ ssir taf dwar il-ħidma ewlenija, il-prijoritajiet u l-politiki tal-Kummissjoni Ewropea u dwar il-valuri tal-UE f’ambjent divertenti u interattiv. Hi tinsab fir-roundabout Schuman, fil-qalba taż-żona Ewropea fi Brussell u hi miftuħa sebat ijiem fil-ġimgħa.

Permezz ta’ stazzjonijiet ta’ komunikazzjoni b’temi differenti, se jkollok l-opportunità li:

  • tiltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni f’ambjent virtwali
  • tivvjaġġa lejn postijiet fejn il-Kummissjoni hi attiva permezz ta’ esperjenza ta’ realtà virtwali immersiva
  • tagħmel żjara virtwali tal-binja ikonika tal-Berlaymont
  • issegwi l-Kummissjoni Ewropea fuq il-media soċjali
  • tieħu sehem fil-logħob u ttejjeb l-għarfien tiegħek dwar l-UE fi “Play Europe”
  • ittemm iż-żjara tiegħek bi tbissima u ritratt ta’ tifkira

Experience Europe tilqa’ lil kulħadd biex igawdi minn din l-esperjenza unika.

Id-dħul hu mingħajr ħlas.

Żur Experience Europe

Mhi meħtieġa ebda reġistrazzjoni minn qabel għal viżitaturi individwali jew gruppi ta’ anqas minn 10 persuni. Madankollu, għal aċċess garantit, ibbukkja ż-żjara tiegħek.

Il-gruppi ta’ 10 persuni jew aktar għandhom jibbukkjaw iż-żjara tagħhom minn qabel permezz ta’ email lil EC-experienceeurope [dot] brusselsatec [dot] europa [dot] eu jew bit-telefown (+32 2 29 65555) matul il-ħinijiet tal-ftuħ.

Jekk jogħġbok ibagħtilna email fuq EC-experienceeurope [dot] brusselsatec [dot] europa [dot] eu jekk ma tistax iżżomm il-booking tiegħek u nkunu nistgħu niskedaw iż-żjara mill-ġdid.

Ippjanar taż-żjara tiegħek

Experience Europe hi magħluqa f’dawn id-dati:

1 ta’ Jannar / 1 ta’ Mejju/ 1 ta’ Novembru/ 24 - 31 ta’ Diċembru

Experience Europe se tkun magħluqa matul is-summits tal-UE li ġejjin:

17 -18 ta’ April, 27-28 ta’ Ġunju 2024

Faċilitajiet

Il-Wi-Fi hu disponibbli

Aċċessibbiltà

Experience Europe hi aċċessibbli għas-siġġijiet tar-roti.

Opra tal-arti - Magħquda fid-diversità

Kuntatt

Email
EC-experienceeurope [dot] brusselsatec [dot] europa [dot] eu
Numru tat-telefown
(+32) 2 296 5555

Informazzjoni prattika

 

The brochure of Experience Europe
Enfasizzat
Pubblikazzjonijiet ġenerali27 Marzu 2023
Experience Europe leaflet

Want to know more about the European Commission? It's easy! Download the leaflet and visit Experience Europe.

  • Experience Europe Broschüre

    Du möchtest mehr über die Europäische Kommission erfahren ? Ist einfach ! Lade die Broschüre herunter und besuche Experience Europe.

    Deutsch
    (944.49 KB - PDF)
    Iddawnlowdja
  • Dépliant "Experience Europe"

    Voulez-vous en savoir plus sur la Commission européenne ? Rien de plus simple ! Téléchargez le dépliant et visitez Experience Europe

    français
    (909.03 KB - PDF)
    Iddawnlowdja
  • Experience Europe flyer

    Wenst u meer te weten te komen over de Europese Commissie? Download deze flyer en bezoek Experience Europe.

    Nederlands
    (910.18 KB - PDF)
    Iddawnlowdja
Plan of Experience Europe with the various media stations.
Pubblikazzjonijiet ġenerali27 Marzu 2023
Plan of Experience Europe

Discover the different activities at the Experience Europe exhibition centre.

 

19 JANNAR 2023
Data protection notice for visitors to the European Commission