Mur għall-kontenut ewlieni

Postijiet

Il-biċċa l-kbira tad-dipartimenti tal-Kummissjoni jinsabu fi Brussell jew fil-Lussemburgu, iżda l-Kummissjoni għandha uffiċċji f'kull pajjiż tal-UE. L-uffiċċji barra l-UE jissejħu delegazzjonijiet u jitmexxew mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. 

Kwartieri ġenerali

Id-dipartimenti u l-aġenziji eżekuttivi tal-Kummissjoni huma bbażati fi Brussell u fil-Lussemburgu.

Il-laqgħat ta' kull ġimgħa tal-Kummissarji jsiru fil-kwartieri ġenerali ta' Brussell u fi Strasburgu.

Id-dipartimenti u l-aġenziji eżekuttivi

Żur il-Kwartieri Ġenerali tal-Kummissjoni

F’pajjiżek

Fil-pajjiżi tal-UE

L-uffiċċji tar-rappreżentanzi fl-UE kollha jaġixxu bħala l-vuċi tal-Kummissjoni u jimmonitorjaw l-opinjoni pubblika fil-pajjiż ospitanti.

Huma joffru informazzjoni dwar l-UE u jorganizzaw avvenimenti b'temi tal-UE. Uħud jorganizzaw ukoll żjarat għall-iskejjel u l-organizzazzjonijiet u jipprovdu l-binjiet tagħhom - Spazji Pubbliċi Ewropej (EPSs) - għall-attivitajiet relatati mal-UE.

Il-Kummissjoni tiffinanzja wkoll:

Barra mill-UE

L-UE għandha wkoll 139 uffiċċju barra l-UE, magħrufin bħala delegazzjonijiet. Dawn huma mmaniġġjati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Huma jippreżentaw, jispjegaw u jwettqu l-politiki barranin tal-UE. Janalizzaw u jirrapportaw ukoll dwar il-politiki u jinnegozjaw f'isem l-UE.

Sib l-eqreb uffiċċju tal-UE barra mill-UE.