Il-mira tagħna
Reġjuni li jikbru flimkien
Il-Viżjoni Tagħna
Il-viżjoni tagħna hija Unjoni Ewropea fejn in-nies fir-reġjuni u fl-ibliet kollha tagħna jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Nimmiraw li nġibu titjib fit-tul fl-ekonomija u fil-kwalità tal-ħajja għal kulħadd, kull fejn ngħixu.
Il-prinċipji u l-valuri tagħna
Trasparenza, integrità, objettività u kontabilità huma l-valuri ewlenin tagħna. Aħna impenjati li niksbu l-ogħla standards u l-aqwa riżultati.
Min aħna
Aħna madwar 700 professjonista minn madwar l-Unjoni Ewropea kollha li nifhmu l-isfidi diversi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom. Nużaw il-firxa wiesgħa ta' ħila tagħna biex nimmiraw l-investimenti li jkattru t-tkabbir u li joħolqu l-impjiegi. Nimmiraw li nsiru bażi ta' għarfien fi ħdan il-Kummissjoni sabiex ninformaw it-tfassil tal-politiki b'dejta u b'intelliġenza reġjonali.
Kif naħdmu
Naħdmu mal-Istati Membri, mar-reġjuni u ma' oħrajn b'interess biex nivvalutaw il-ħtiġijiet, l-investimenti finanzjarji u biex nevalwaw ir-riżultati minn perspettiva fit-tul tal-UE. Flimkien niżguraw li l-flus jintnefqu sew.
Kburin b'dan li nagħmlu u nagħmlu ħilitna biex nagħmlu differenza.