L-appoġġ għall-istudji tal-interpretazzjoni
Minbarra li jappoġġja l-istudji tal-interpretazzjoni fl-UE u fil-pajjiżi kandidati, id-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni (DĠ SCIC) jikkoopera wkoll ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE. Il-programmi internazzjonali jappoġġjaw il-bini tal-kapaċità fl-interpretazzjoni u jżidu l-kooperazzjoni u l-fehim reċiproku.
Iċ-Ċina
Il-Programm ta’ Taħriġ għall-Interpreti UE-Ċina (EUCITP) kien stabbilit uffiċjalment fl-1986 u joffri taħriġ fuq il-post tax-xogħol fl-interpretazzjoni tal-konferenzi għal uffiċjali żgħażagħ Ċiniżi. Il-ministeru u l-koordinatur inkarigat min-naħa Ċiniża hu l-Ministeru tal-Kummerċ (MOFCOM). Hemm ukoll rabtiet ma’ universitajiet fiċ-Ċina li jgħallmu l-interpretazzjoni bħall-Università tal-Istudji Internazzjonali f’Shanghai.
- Video: Experience Europe – Intervista mad-Direttur Ġenerali preċedenti tad-DĠ Interpretazzjoni
- Intervista ma’ parteċipant: “L-esperjenza tiegħi fil-Kummissjoni Ewropea fi Brussell tatni sens ta’ appartenenza”
Id-DĠ SCIC, flimkien mad-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni (DGT), tella’ wirja dwar il-multilingwiżmu fl-UE, li ġiet inawgurata f’Settembru 2021 fil-Mużew tal-Lingwi tad-Dinja tal-Università tal-Istudji Internazzjonali ta’ Shanghai. Tista’ żżur il-wirja virtwalment.
Il-Macao
Id-DĠ SCIC għandu programm ta’ taħriġ mar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Macao, li ilu mill-2006, li jgħin biex jiżdied l-għadd ta’ interpreti kwalifikati fl-amministrazzjoni pubblika bilingwi (Portugiż - Kantoniż/Mandarin).
Id-DĠ SCIC jikkoopera wkoll mal-Università Politeknika tal-Macao, u jipprovdi assistenza pedagoġika għall-kors tal-interpretazzjoni tal-Masters tagħhom kif ukoll korsijiet ta’ taħriġ għat-trainers.
- Video: L-Arti u l-Uffiċċju tal-Interpretazzjoni (sottotitoli bl-Ingliż)
- Video: L-Arti u l-Uffiċċju tal-Interpretazzjoni (sottotitoli biċ-Ċiniż)
Il-pajjiżi Afrikani
Il-Konsorzju Pan-Afrikan Masters fl-Interpretazzjoni u t-Traduzzjoni (PAMCIT 2015-2019) għandu l-għan li jippromwovi l-iżvilupp tal-korsijiet tat-taħriġ fl-interpretazzjoni tal-konferenzi u fit-traduzzjoni fl-Afrika, bi sħubija mal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti f’Nairobi, il-Kenja (UNON). Għalkemm il-programm u l-appoġġ finanzjarju formalment intemmu fl-2019, id-DĠ SCIC ikompli jipprovdi assistenza pedagoġika fl-għamla ta’ klassijiet virtwali lill-universitajiet parteċipanti:
Iċ-Ċentru għat-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni fl-Università ta’ Nairobi, il-Kenja
L-Universidade Pedagogica, Maputo, il-Mozambique
L-Iskola Avvanzata għat-Tradutturi u l-Interpreti (ASTI) l-Università ta’ Buea
L’Université Gaston Berger de Saint-Louis, is-Senegal
Għal aktar informazzjoni dwar il-PAMCIT, ara l-video tagħna.
Kuba
L-ewwel inizjattiva UE-Kuba li kellha l-għan li tibni l-kapaċità għall-interpretazzjoni tnediet fl-2017. Is-sieħeb Kuban prinċipali hu l-Equipo de Servicios de Traductores e Intérpretes (ESTI) fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Id-DĠ SCIC jorganizza klassijiet virtwali għall-interpreti Kubani u taħriġ għat-trainers.
Ir-Russja
F’konformità mal-miżuri restrittivi eżistenti tal-UE, il-kooperazzjoni ġiet sospiża sakemm jingħata avviż ieħor.
Id-DĠ SCIC jikkoopera ma’ żewġ universitajiet Russi fil-qasam tat-taħriġ tal-interpreti tal-konferenzi, billi jipprovdi assistenza teknika u pedagoġika. Iż-żewġ universitajiet sħab jipparteċipaw ukoll b’mod regolari fit-taħriġ għas-seminars tat-trainers u għaż-żjarat ta’ studju: l-Università tal-Istat ta’ Herzen (Skola ta’ St Petersburg għall-Interpretazzjoni u t-Traduzzjoni) u l-Università tal-Istat ta’ Astrakhan. L-Università Lingwistika Statali ta’ Moska (MSLU) hija assoċjata wkoll ma’ ċerti attivitajiet bħal żjarat ta’ studju u klassijiet virtwali.
L-organizzazzjonijiet internazzjonali
Id-DĠ SCIC hu parteċipant attiv tal-Laqgħa Annwali Internazzjonali dwar l-Arranġamenti Lingwistiċi, id-Dokumentazzjoni u l-Pubblikazzjonijiet (IAMLADP), li ġiet stabbilita min-Nazzjonijiet Uniti u tippermetti lill-Kapijiet tas-servizzi lingwistiċi u tal-konferenzi ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali biex jiltaqgħu, jidentifikaw u jiddiskutu kwistjonijiet komuni, jiskambjaw l-esperjenzi u jaslu għall-aqwa prattiki.
Il-Laqgħa Annwali tal-2019 kienet ospitata b’mod konġunt mill-UE fi Brussell fis-27-29 ta’ Mejju 2019 (il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea).
Il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ospitat il-Laqgħa Annwali tal-2022 online u se tospita l-Laqgħa Annwali tal-2023 f’Bonn, il-Ġermanja.
- Iddawnlowdjaбългарски(114.73 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaespañol(76.65 KB - PDF)
- Iddawnlowdjačeština(117.08 KB - PDF)
- Iddawnlowdjadansk(76.6 KB - PDF)
- IddawnlowdjaDeutsch(80.6 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaeesti(73.95 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaελληνικά(115.29 KB - PDF)
- IddawnlowdjaEnglish(77.31 KB - PDF)
- Iddawnlowdjafrançais(77.57 KB - PDF)
- IddawnlowdjaGaeilge(75.02 KB - PDF)
- Iddawnlowdjahrvatski(111.77 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaitaliano(100.01 KB - PDF)
- Iddawnlowdjalatviešu(153.79 KB - PDF)
- Iddawnlowdjalietuvių(113.46 KB - PDF)
- Iddawnlowdjamagyar(121.7 KB - PDF)
- IddawnlowdjaNederlands(76.85 KB - PDF)
- Iddawnlowdjapolski(114.78 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaportuguês(77.86 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaromână(114.34 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaslovenčina(119.76 KB - PDF)
- Iddawnlowdjaslovenščina(112.68 KB - PDF)
- Iddawnlowdjasuomi(74.55 KB - PDF)
- Iddawnlowdjasvenska(75.17 KB - PDF)