L-aktar reċenti
Aħbarijiet minn dan id-dipartiment
Responsabbiltajiet
B’mandat mill-Kummissjoni Ewropea biex tappoġġja l-Politika tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka (REA), tiffinanzja proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni li jiġġeneraw l-għarfien għall-benefiċċju tas-soċjetà. Ir-REA timmaniġġja miżuri ta’ promozzjoni li jirrigwardjaw il-prodotti agrikoli.
Ir-responsabbiltajiet tar-REA huma li:
- Timmaniġġja proġetti ta’ riċerka appoġġjati taħt Orizzont Ewropa, l-akbar programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni fid-dinja sa issa, li jopera mill-2021 sal-2027.
- Timmaniġġja proġetti ta’ riċerka appoġġjati taħt Orizzont 2020, il-programm qafas preċedenti għar-riċerka u l-innovazzjoni (2014-2020).
- Timplimenta l-programmi tal-Unjoni Ewropea Promozzjoni ta’ prodotti agrikoli u Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar, kif ukoll proġetti li għaddejjin bħalissa ffinanzjati taħt il-baġit tal-UE għall-2014-2020.
- Tassisti lill-applikanti għall-finanzjament u għas-sejħiet għall-offerti, lill-benefiċjarji u lill-esperti indipendenti.
- Timmaniġġja s-Servizz ta' Informazzjoni dwar ir-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, li jwieġeb għall-mistoqsijiet mingħand l-applikanti tal-għotjiet, ir-riċerkaturi ffinanzjati mill-UE u l-pubbliku.
- Tappoġġja lill-esperti indipendenti li jevalwaw proposti ta’ proġetti li jikkompetu għall-fondi ta’ riċerka tal-UE.
- Tassisti fil-validazzjoni legali u finanzjarja tal-għotjiet kollha tal-programmi tal-Unjoni Ewropea u l-operazzjonijiet ta’ akkwist iffinanzjati direttament mill-Kummissjoni Ewropea.
Programmi u opportunitajiet ta’ proġetti
L-aġenzija timmaniġġja dawn il-programmi tal-UE (jew partijiet minnhom):
Orizzont Ewropa
Pilastru 1 ta’ Orizzont Ewropa - Xjenza Eċċellenti
Pilastru 2 ta’ Orizzont Ewropa - Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea
- Kultura, Kreattività u Soċjetà Inklużiva
- Sigurtà Ċivili għas-Soċjetà
- Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent
Attivitajiet trasversali li jkopru t-tliet pilastri kollha ta’ Orizzont Ewropa: Twessigħ tal-parteċipazzjoni u tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka
- Twessigħ tal-parteċipazzjoni u tixrid tal-eċċellenza
- Riforma u titjib tas-sistema Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni
Programmi oħra tal-Unjoni Ewropea
L-informazzjoni u l-proċeduri kollha dwar kif tapplika għal finanzjament jinsabu fil-portal tal-Finanzjament u tal-Offerti
Orizzont 2020
Orizzont 2020 kien il-programm ta’ finanzjament tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni mill-2014 sal-2020. Ir-REA mmaniġġjat madwar 7,000 proġett, li uħud minnhom għadhom għaddejjin, fl-oqsma li ġejjin:
- Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie
- Infrastrutturi ta’ Riċerka
- Sigurtà tal-ikel, agrikoltura u forestrija sostenibbli, riċerka tal-baħar, marittima u tal-ilmijiet interni u l-bijoekonomija
- Azzjoni klimatika, Ambjent, effiċjenza fir-riżorsi u materja prima
- Soċjetajiet innovattivi, inklużivi u riflessivi
- Soċjetajiet siguri
- Tixrid tal-eċċellenza u twessigħ tal-parteċipazzjoni
- Xjenza mas-soċjetà u għaliha
Governanza
Bażi legali u governanza tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka
Pjanijiet u rapporti
Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni - ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-istituzzjoni kollha għas-sena kurrenti
Rapport tal-attività annwali - kisbiet tad-dipartiment, riżorsi użati matul is-sena preċedenti
Programm ta’ ħidma annwali - linja tal-baġit għal ċerti politiki u programmi ta’ finanzjament għas-sena kurrenti
Baġits annwali u kontijiet annwali - ħarsa ġenerali lejn il-baġits u l-kontijiet operattivi annwali
Tmexxija u organizzazzjoni
Kuntatt
- Isem
- European Research Executive Agency
- Numru tat-telefown
- +32 2 299 11 11 (is-switchboard tal-Kummissjoni)
- Indirizz postali
- l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, Place Rogier 16, 1049 Bruxelles/Brussel, Belgium